Illum previous editions

ILLUM 14 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259441

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 • illum Rural Development Programme for Malta 2014-2020 Part financed by the European Union Co-financing Rate: 75% European Union; 25% Government of Malta The European Agricultural Fund for Rural Development: Europe investing in rural areas 14 ta' Ġunju 2020 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 AVVIŻ (Sotto-Miżura 2.1) Miżura 2.1 – Appoġġ għal-għajnuna biex jibbenefikaw mill-użu ta' servizzi konsultattivi Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej iħabbar li ser tiġi miftuħa l-miżura 2.1 Appoġġ għal għajnuna biex jibbenefikaw mill-użu ta' servizzi konsultattivi taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020. L-aħħar applikazzjonijiet taħt din is-sottomiżura ser jintlaqgħu nhar il-Ġimgħa 30 ta' Ottubru 2020 sa nofsinhar, sakemm ma jiġix notifikat mod ieħor mill-Awtorità ta' Ġestjoni fuq is-sit web tagħha. Din il-Miżura 2.1 għandha l-għan li toffri assistenza lill-bdiewa permezz ta' servizzi ta' konsulenza għall- azjendi agrikoli. L-użu ta' servizzi konsultattivi għas-settur agrikolu jikkumplimenta l-għan ta' miżuri għat- titjib tal-potenzjal uman permezz ta' taħriġ u l-provvista ta' inċentivi lill-bdiewa biex ifittxu parir dirett għall-indirizzar tas-sitwazzjoni speċifika tagħhom. Il-benefiċjarji eliġibbli għall-appoġġ taħt din il-miżura huma l-Fornituri tas-Servizz Konsultattiv hekk kif rikonoxxuti mill-Bord tar-Reġistrazzjoni għas-Servizzi Konsultattivi għall-Azjendi Agrikoli (FASRB) skont l-Avviż Legali 99 tal-2019. Il-benefiċjarji ser jirċievu 100% tat-total tal-ispejjeż eliġibbli, b'limitu massimu fejn applikabbli. Il-benefiċjarji aħħara huma dawk li jirċievu l-parir (bdiewa, kemm jekk persuni fiżiċi jew ġuridiċi) li japplikaw għal assistenza konsultattiva fir-rigward tal-attivitajiet agrikoli tagħhom. Aktar dettalji dwar il-proċess ta' applikazzjoni ser jiġu ppubblikati dalwaqt fuq is-siti web tal-Awtorità ta' Ġestjoni www.eufunds.gov.mt u www.eufundsmalta.gov.mt. Applikanti (Fornituri tas-Servizz Konsultattiv) interessati huma mistiedna biex jirreġistraw l-interess tagħhom fuq rdd.mfea@gov.mt jew 2200 1137. L-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tistieden applikanti reġistrati għal sessjoni ta' informazzjoni Il-President li jmiss se jkun l-ewwel wieħed maħtur biż-żewġ terzi ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela li l-President tar- Repubblika li jmiss se jkun qed jinħatar biż-żewġ terzi tad-Deputati tal-Parlament Malti - għall-ewwel darba fl-istorja ta' Malta Repubblika - jiġifieri mill- 1974. Il-gazzetta ILLUM hija infurmata illi l-Kabinett ħa din id-deċiżjoni b'mod finali fil-ġranet li għaddew u bħala parti minn kullana ta' riformi li għadejjin bħalissa fil-qasam tal-governanza kif ukoll saltna tad-dritt. Sal-lum kien il-Prim Minstru li jiddeċiedi lil min se jaħtar f 'din l-ogħla kariga Kostituzzjonali, bil-vot dwar il-kandidat magħżul mill- Prim Ministru mbagħad imur quddiem il-Parlament fejn jgħaddi b'maġġoranza sempliċi (50%+1). Is-sistema se taħdem biż- żewġ terzi - jiġifieri kieku bħalissa, bin-numru kurrenti ta' Deputati, il-persuna magħżula tkun teħtieġ 44 vot mis-67 Deputat biex tkun tista' tinħatar President tar-Repubblika. Bħalissa kull ma teħtieġ persuna biex tinħatar President huwa 34 vot. Dan ikun ifisser li din il- kariga issa se jkun jeħtiġilha appoġġ miż-żewġ partiti biex tkun approvata - xi ħaġa li riċentement dejjem ġrat. Kien hemm każi iżda ta' Presidenti tar-Repubblika li ma kienx hemm qbil dwarhom. Primarjament u l-aktar li qajmet kontroversja fl-aħħar snin kienet il-ħatra ta' Eddie Fenech Adami fl-2004 it biss wara li rriżenja minn Prim Ministru. Il-Partit Laburista - l-avversajru ta' Fenech Adami għal 26 sena - ma qabilx u qal li din il-ħatra kienet wisq diviżiva. Maż-żmien il-kontroversja iżda mietet, xi it jew wisq. Ħatra oħra li dwarha ma kienx hemm qbil kien Ċensu Tabone - mill-ġdid ħatra li saret minn Gvern Nazzjonalista. Dakinhar l-Oppożizzjoni Laburista kienet saħansitra għamlet bojkott Minn naħa l-oħra il-Gvern Nazzjonalista ta' Lawrence Gonzi kien l-ewwel Gvern li ħatar President mill-kamp politiku oppost, b'George Abela - missier il-Prim Ministru kurrenti. Fuq din il-ħatra qablu ż-żewġ partiti. Kif kien hemm qbil ukoll fuq il- ħatra ta' Marie Louise Coleiro Preca minn Gvern Laburista ta' Joseph Muscat. Bil-bidliet approvati mill-Kabinett jekk ħatra tibqa' ma tgħaddix wara numru ta' votazzjonijiet fil- Parlament, il-Gvern xorta imbagħad iżomm il-jedd li jgħaddi l-ħatra b'maġġoranza sempliċi bħala mezz ta' żblokk. Kliem ta' tifħir u anke riżervi mill-Kummissjoni Venezja għall-proposti tal-Gvern Il-gazzetta ILLUM tiżvela l-ewwel dettalji mir-rapport li l-Kummissjoni Venezja bagħtet lill-Gvern ... Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata illi l-Kummissjoni Venezja għaddiet opinjoni varjata lill-Gvern dwar il- proposti tiegħu li jitrattaw il- governanza f 'rapport li fih kemm tifħir imma wkoll tmaqdir. Minn dak li qalu sorsi lill-gazzetta ILLUM jidher illi l-Kummissjoni faħħret il-kunċetti leġiżlattivi wrara l-proprosti dwar il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, dwar il-persons of trust, Segretarji Permanenti u l-mod kif se jkun maħtur il-Kummissarju tal-Pulizija. Il-Kummissjoni ddeskriviet il- proposti relatati ma' dawn is-suġġetti bħasla "pass fid-direzzjoni t-tajba." Il-Gvern kien diġa' rċieva dan ir- rapport meta mbagħad ħabbar li l-kandidat favorit tiegħu għal din il-kariga - kif kienet żvelat din il- gazzetta - huwa Angelò Gafa'. Minkejja dan, il-proposti tal- Gvern qalgħu xi it tal-kritika wkoll hekk kif il-Kummissjoni Venezja esprimiet ir-riżervi tagħha dwar l-irwol tal-Avukat tal-Istat fil- Kumitat għall-Ħatra tal-Ġudikatura u fil-Kummissjoni għall- Amministrazjoni tal-Ġustizzja. Il- Kummissjoni qalet lill-Gvern Malti wkoll illi ma taqbilx li d-Deputati b'xi mod ikunu parteċipi fit-tneħħija ta' membri tal-ġudikatura. Finalment din il-gazzetta tinsab infurmata li l-Kummissjoni faħħret il-proposti tal-Gvern fil-qasam tal-ħatra u l-iddixxiplinar tal- Ġudikatura. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 June 2020