Illum previous editions

ILLUM 14 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259441

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 Renee Laivera L-Edukazzjoni, il-benesseri u l-vjolenza domestika; x'għandhom x'jaqsmu ma' xulxin? L il Pablo (isem fittizju) ħadd ma seta' jikkontrollah – meta jieħu għalih fuq xi ħaġa jew ma jiimx xi jkun qed jiġri, kien jinfexx jitkellem ħażin, jitgħajjar, isabbat u jwaddab l-affarijiet. Min jaf kemm qala' kastigi l-iskola! Min jaf kemm xenati mal-membri tal-amministrazzjoni u mal-għalliema! Pablo kien bidel diversi foster homes u kien jgħidli li lilu ma jridu ħadd. Missieru kien dieħel u ħiereġ il-ħabs, u meta kien ikun barra rari kien ifittex lill-ibnu. Ommu għamlet żmien f 'istituzzjo- ni għas-saħħa mentali u wara ma riditx taf b'binha li skontha kien frott ta' stupru u kien ifakkarha fir-raġel li tant kienet tobgħod. Iktar tard iżżewwget u għamlet familja oħra. Pablo sadanittant kien qed jgħix daqqiet għand in-nanna u daqqiet f 'istituzzjoni, imxennaq u fl-istess ħin irrabjat kemm għal ommu kif ukoll għal missieru. Qatt ma kien jagħmel lezzjoni sħiħa, moħħu biex jinbex jew jara kif se jiskarta. Kien sensittiv ħafna u jirreaġixxi għal min jagħtih ħarsa żejda jew imqar jgħaddi ċajta li lil Pablo ma togħġbux. Spiss kien imur joqgħod fit-toilet jew jitlajja fil-kurituri tal-iskola, dejjem imfittex, dejjem irrappurtat, dejjem meqjus diżbubbidjenti u mingħajr rispett. Il-membri tal-amminis- trazzjoni spiss kien ikollhom kunflitt dwar l-aħjar mod kif tissolva 'l-problema' Pablo: ' niskużawh milli jattendi l-iskola għax qed jagħmel il-ħsara kemm lilu nnifsu kif ukoll lill-oħrajn!' 'Jew naraw kif nistgħu ngħinuh iktar?' 'Imma kif??' 'Ippruvajna kollox!' Hawn xi ħadd minna li konna nagħmlu aħjar kieku għaddejna milli jgħaddu żgħażagħ bħal Pablo? Meta qalbek tkun daqshekk maqsuma, tista' tkun 'normali? Xi tfisser 'normali' fuq kollox? Il-vjolenza fost it-tfal u ż-żgħażagħ Diversi studji sabu li hemm fatturi varji u kumplessi li jwasslu għal riskju ikbar ta' mġieba vjolenti fit-tfal u fl-addoloxxenti, fost oħrajn li tkun int stess vittma ta' abbuż u vjolenza (American Academy of Child and Adolescent Psychiatry, 2015). M'ilux, fil-media soċjali ġie rappurtat li kien hemm żieda f 'każijiet ta' vjolenza domestika fejn l-ulied jerfgħu idejhom fuq il-ġenituri. Dan huwa suġġett li ma tantx jissemma' f 'diskussjonijiet dwar vjolenza domestika u huwa kkunsidrat bħala fenomenu moħbi u li hemm bżonn jiġi studjat iktar (Ibabe, 2019, Coogan, 2011). Ir-riċerka turi li f 'familji bħal dawn aktarx li jkun hemm abbuż fiżiku u psikoloġiku fuq l-ulied minn-naħa tal-ġenituri stess. Huwa maħsub li din l-mġieba tkun ġejja minn sens ta' disprament għax ma jafux kif ikunu ġenituri aħjar (Cottrell & Monk, 2004; Edenborough et al., 2008; Gallagher, 2004). Dawn il-familji spiss ikunu iżolati fil-komunita' u jsofru fis-silenzju (Coogan, 2011). L-edukazzjoni u l-imħabba Meta t-tfal u ż-żgħażagħ imorru l-iskola ikun hemm it-tentazzjoni li narawhom bħala ħaġa waħda: studenti. Imorru l-iskola biex jitgħallmu u jiħu moħħhom, ħalli meta jikbru jsibu xogħol u jieħdu l-istat tagħhom. Dan hu s-sens komun. Iżda filfatt, kull tifel u tifla għandhom l-istorja partikulari tagħhom, u jkun hemm stejjer li kapaċi jwaħħxu lil kull min jaħseb li jeżisti xi tip ta' 'normal'. Hemm nies li jsofru fis-skiet, f 'sitwazzjonijiet li mhux faċli tiimhom jew tagħmel sens minnhom. Il-vjolenza u l-abbuż spiss huma riżultat ta' dawn is-sitwazzjonijiet u hawnhekk l-iskola, bħala 't-tieni dar' tat-tfal tagħna, għandha rwol importanti ħafna. Tfal u żgħażagħ bħal Pablo jġorru magħhom kull fejn imorru t-tbatijiet li jesperjenzaw fit-trobbija tagħhom. It- traskuraġni, l-iżolament u n-nuqqas ta' stabbilita' jiffurmawhom u jimmarkawhom ħafna drabi għal għomorhom (Crowley, 2016). Huma ma jisgħux jiffukaw fuq it-tagħlim jekk il-bżonnijiet fundamentali tagħhom tal-imħabba u tas-sigurta' ma jiġux sodisfatti. Ma tkunx qed issir ġustizzja magħhom jekk (ikomplu) jiġu esklużi u/jew diskriminati minħabba imġieba frott ħruxijiet f 'ħajjithom li huma qatt ma għażlu (Case, 2018). Jeħtieġ jingħata iktar spazju u valur lill-ħsieb ħieles u kritiku fl-edukazzjoni ta' uliedna. Ir-riflessjoni u d-djalogu jistgħu jgħinuhom jimu aħjar dak li jkun għaddej f 'ħajjithom u madwarhom. Jimu r-rabja u d-dispjaċir minn fejn ġejjin u kif jistgħu isibu l-wens u tama ġdida. Il-Covid-19 kompla jiħilna għajnejna għal realtajiet varji ta' żvantaġġ li jgħixu fihom diversi tfal u studenti. Jekk qabel kienu iżolati, issa qed ikunu iktar, minħabba li l-kuntatt bejn l-edukaturi u l-istudenti qed jiddependi esklussivament mit-teknoloġija. Apparti l-arranġamenti varji li jistgħu jgħixu fihom familji differenti, fejn jista' jkun hemm nuqqas ta' spazju u kwiet neċessarju biex it-tfal jistgħu jikkonċentraw, il-ġenituri mhux kollha midħla tal-kompjuter, mhux kollha għandhom ir-riżorsi meqjusa bħala 'normali' fil-post fejn joqgħodu, u mhux kollha kapaċi jiddixxiplinaw u jgħallmu 'l uliedhom skont kif tassumi l-iskola. Jeħtieġ nitgħallmu mill-esperjenza li offritilna l-pandemija u nfittxu modi oħra kif nilħqu 'l dawn it-tfal u ż-żgħażagħ individwalment, sabiex tassew issir ġustizzja magħhom. B'hekk huma wkoll ikollhom aċċess għall- assistenza partikolari li jista' jkollhom bżonn u għal edukazzjoni xierqa li tgħinhom isiru persuni kapaċi u attivi fid-demokrazija ta' pajjiżna. Audrey Friggieri hija Kummissarju dwar vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika. Tfal u żgħażagħ bħal Pablo jġorru magħhom kull fejn imorru t-tbatijiet li jesperjenzaw fit-trobbija tagħhom. It-traskuraġni, l-iżolament u n-nuqqas ta' stabbilita' jiffurmawhom u jimmarkawhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 June 2020