Illum previous editions

ILLUM 14 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259441

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni L-investiment fit-tisħiħ tal-ħiliet tal-ħaddiema IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol P arti mix-xogħol tiegħi bħala ministru re- sponsabbli wkoll mill-qasam tax-xogħol huwa li nipparteċipa f 'laqgħat ma' ministri tal-istati membri tal-Un- joni Ewropea li għandhom ukoll din ir-responsabbiltà. Din il-ġimgħa kelli laqgħa informali tal-Ministri tax-Xogħol u Affarijiet Soċjali permezz ta' video conference li matulha tkellimna u ddiskutejna diversi punti konnessi mat-titjib u t-tisħiħ tal-ħiliet tal- ħaddiema. Dawn huma kruċjali għal ekonomija iktar reżiljenti u kompetittiva. Semmejt kif l-Iskema għall- iżvilupp tal-ħiliet, li se tinvesti €5 miljun għat-taħriġ in-house tal- ħaddiema, u l-għotja ta' €5,000 lill- kumpaniji biex isaħħu l-business models tagħhom huma inizjattivi li se jikkontribwixxu għal iktar ħiliet fost il-ħaddiema tagħna, u għalhekk għal tkabbir ekonomiku. Sostnejt ukoll li r-rabta bejn l-impiegi fuq livell nazzjonali u l-politiki soċjali jeħtieġu approċċ ħolistiku bl-għan li wieħed jitgħallem mill-opportunitajiet li jiġu preżentati u jara kif dawn jistgħu jiġu adattati. Irridu naraw l-investimenti li għamilna s'issa fit-tranżizzjoni diġitali u ambjentali tagħna fid- dinja tax-xogħol, kif ukoll insaħħu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna biex insaħħu l-innovazzjoni b'mod sostenibbli f 'dawn is-setturi. Tkellimt kif l-Unjoni Ewropea trid tibqa' sensittiva għall-ħtiġijiet individwali tas-swieq tax-xogħol fid-diversi stati membri fid-dawl tal-isfidi medium-term u long- term li jaffaċċjawna. Li huwa żgur hu, li l-pandemija wriet kif it-teknoloġiji tal- informatika jistgħu jkomplu jirrivoluzzjonaw id-dinja tax- xogħol kif nafuha llum. Dawn it-teknoloġiji għamluha possibbli li nintroduċu arranġamenti ta' xogħol flessibbli li jkunu ta' benefiċċju ekonomiku u soċjali fit-tul. F'Malta qed nimxu 'l quddiem u qed nieħdu in konsiderazzjoni l-impatt pożittiv tax-xogħol b'distanza u aħna nemmnu li dawn il-miżuri li għandhom l-għan li jilħqu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għandhom jissaħħu f 'dinja ġdida tax-xogħol. Qed tingħata attenzjoni speċjali biex iktar ħaddiema jiksbu l-ħiliet li għandhom bżonn fid-dinja tal- lum sabiex ikabbru l-flessibilità u l-adattabilità tagħhom. Fl-istess waqt irridu naraw x'inhuma l-ħtiġijiet ta' dawk is- setturi li wrew dgħufija fejn tidħol il-preparazzjoni diġitali. ll-ħolqien ta' sistemi ppersonalizzati ta' tagħlim matul il-ħajja u t-tisħiħ tar-rwol tal- edukazzjoni vokazzjonali jibqgħu prerekwiżit kruċjali biex nilqgħu għall-bidliet li ġejjin u li diġà qegħdin naraw fid-dinja tax- xogħol. Dan anke billi nsaħħu l-investiment għat-tisħiħ ta' tagħlim flessibbli, aċċessibbli u relevanti. Huwa kruċjali li nżommu f 'moħħna l-ġlieda kontra l-fenomenu ta' studenti li jaqgħu 'l barra mis-sistema edukattiva kmieni wisq. Din hija prijorità jekk irid ikollna ħaddiema mħarrġa li jistgħu jadattaw għat- transizzjonijiet li għaddejjin. Għalhekk, l-istrateġiji ta' tagħlim ta' ħiliet ġodda qed jiġu wkoll imwieżna b'miżuri long-term għal rotot miuħa fil-kamp tal- edukazzjoni mandatorja sabiex nippreparaw l-individwi sa minn età żgħira bil-ħtiġijiet transversali neċessarji biex jimxu 'l quddiem fiċ-ċirkostanzi tas-swieq tax- xogħol tal-lum li dejjem jinbidlu. Irridu nsaħħu l-ħidma tagħna biex nagħtu iktar miżuri ta' appoġġ fejn jidħlu bidliet fis- swieq tax-xogħol fid-dawl tat-teknoloġija u forom ġodda ta' xogħol. Dwar l-aspett soċjali sostnejt li l-pandemija kompliet titfa' sfidi fuq l-oqsma tal-ugwaljanza, fejn il-vittmi ta' vjolenza domestika ġew esposti iktar għall-possibilità ta' vjolenza u diffikultajiet ġodda fl-ogħti ta' assistenza. Minħabba l-inċertezzi finanzjarji li l-pandemija ġabet magħha, vittmi li mhumiex finanzjarjament indipendenti sabuha iktar diffiċli. Fid-dawl ta' dan f 'Malta nedejna diversi kampanji biex inqajmu kuxjenza biex iktar nies jirrapportaw każi ta' vjolenza domestika u jfittxu l-għajnuna. Daħħalna sistema ta' 'silent reporting' permezz tal-app 112. Rajna wkoll li s-servizzi ta' support għall-vittmi u l-aċċess għax-xelters marbuta mal-vjolenza domestika jibqgħu miuħa u aċċessibbli matul il-perjodu tal-pandemija. Meta kont qed niddiskuti ma' sħabi l-Ministri Ewropej irreferejt għall-iskema tal-"Private Rent Housing Benefit", li ġiet estiża wkoll għall-vittmi tal-vjolenza domestika. Il-Gender Wellbeing Clinic baqa' jagħti servizzi ta' assistenza lil persuni trans u l-familji tagħhom matul dan il- perjodu. Semmejt kif il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza kompliet taħdem fuq diversi inizjattivi u offriet is-servizzi tagħha lill-pubbliku in ġenerali u stakeholders oħra. Ħassejt li kelli nsellem lis- Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci li tat lin-nazzjon sens ta' riassigurazzjoni u serenità matul il-pandemija. Charmaine rebħet ir-rispett ta' pajjiż sħiħ u hija eżempju għal ħafna bniet u nisa. Aħna nemmnu f 'approċċ ħolistiku biex insaħħu l-kapital uman biex inkunu fl-aħjar pożizzjoni li naffaċċjaw l-isfidi tad-dinja tax-xogħol tal-lum, imma wkoll insaħħu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. B'hekk inkunu ċerti li ebda talent ma jitħalla fil-ġenb u nimmassimizzaw il-potenzjal tagħna għal tkabbir ekonomiku u jum aħjar għada. +++ Din il-ġimgħa ħadt gost ukoll inżur l-iskola Sekondarja li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun, fejn qed isiru xogħlijiet li huma mistennija li jitlestew sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss. F'din l-iskola li bosta jafuha bħala l-Liċeo, l-istudenti u l-edukaturi kien qed ikollhom inkonvenjent biex jimxu minn naħa għall-oħra tal-iskola. Aħna bħala Ministeru waslilna dan l-ilment u mill-ewwel rajna kif stajna nsibu rimedju. L-iskola hija magħmula minn żewġ binjiet prinċipali u biex in- nies imorru minn naħa għall-oħra jridu bilfors jinżlu fis-sular t'isfel. Flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada rajna li jinbnew footpath u footbridge fit-tieni u fit-tielet sular rispettivament bil-għan li tgħaqqad iż-żewġ binjiet minn kull sular. B'hekk se nnaqqsu ħafna ħela ta' ħin għall-istudenti u għall- edukaturi, filwaqt li dan kollu sar biex mis-sena skolastika li jmiss il-ħajja tal-istudenti se tkun iżjed komda. Il-proġett qiegħed isir b'investiment ta' madwar nofs miljun Ewro u se jkun jista' jintuża mis-sena skolastika li jmiss. Qed tingħata attenzjoni speċjali biex iktar ħaddiema jiksbu l-ħiliet li għandhom bżonn fid-dinja tal-lum sabiex ikabbru l-flessibilità u l-adattabilità tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 June 2020