Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259441
06 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 • illum L-ekonomija tibda tistenbaħ wara tumakka Ħafna minn negozji issa bdew ikunu rilaxxati. Imma kif sejrin il-ħwienet? Kullimkien sejrin l-istess? Hemm min sejjer tajjeb? U min sejjer l-aktar ħażin? U l-hairdressers, kif marru? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Jidher illi r-rota ekonomika sa fl- aħħar bdiet tiċċaqlaq, anke jekk bil- mod jew bil-mod wisq f 'xi setturi, wara prattikament 13-il ġimgħa illi matulhom l-ekonomija kienet magħluqa bi it jew xejn attività. Din kienet esperjenza li setgħet faċilment waqqgħet lill-ekonomija minn fuq l-irdum u għalkemm ir-riskju għadu hemm, il-Baġit ta' nhar it-Tnejn - skont ħafna minn dawk li jirrapreżentaw lin-negozji - jidher illi kien imbuttatura qawwija 'il bogħod minn dak l-irdum. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' żewġ rappreżentanti ta' negozji - Philip Fenech u Andrew Agius Muscat, ma' żewġ sidien - Julian Micallef u Rudolf Grima - kif ukoll ma' żewġ sidien ta' ħwienet tax-xagħar li ppreferew jibqgħu anonimi. 'Qbadna rittmu, imma se jkollna bżonn it-turiżmu biex niġru' Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM Philip Fenech li jmexxi t-taqsima tad- divertiment u Turiżmu fil-Kamra tal-SMEs, sostna illi fil-qasam tad- divertiment in-negozju qed jaqbad "bil-mod imma b'rittmu. Minn dawk li kellimna kien hemm saħansitra - anke jekk it - li rreġistraw bejgħ li huwa qrib in-normal." Filwaqt li wera' pożittività għan- negozji fiż-żoni tal-Gżira, Tas Sliema, San Ġiljan/ Paceville, Fenech iċċara illi mingħajr turiżmu xorta se jkun diffiċli ħafna li l-ekonomija taqbad tiġri. "Minkejja li x-xogħol huwa tajjeb f 'pockets u minkejja miżuri tajbin mħabbrin din il-ġimgħa, fosthom dik tal-voucher, xorta se jkollna bżonn it-turiżmu," qal Fenech. Philip Fenech