Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Elezzjoni2017 11 Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum 2017 l-Ewropa iżda determinat li jirbaħ Għawdex Jien ma ħriġtx favur il- kaċċa u l-insib għax hekk kien jaqbilli politikament, iżda għax tabilħaqq jien nassab u kaċċatur bħal ħafna eluf u ħassejt li kelli nieħu pożizzjoni favur dan id- delizzju. Fil-fatt, jien għent ukoll bis-sħiħ fir-referendum favur il-kaċċa fir-rebbiegħa u anke f 'din l-elezzjoni ser inkun ta' tarka għall-istess sħabi l-kaċċaturi u n-nassaba biex din it-tradizzjoni tibqa' titgawda kif tabilħaqq jixraq. Kull min jafni, jaf li jien bniedem li nħoss għal min ikollu bżonn u dejjem inkun dispost biex ngħin. Illum aktar minn qabel saru jafuni sewwa ħafna nies u jafu b'kemm ideat, riformi u proġetti għandi jbegħrnu f 'moħħi lesti biex isiru realtà għall-benefiċju tal- Għawdxin." Dwar Għawdex u l-Għawdxin, Clint Camilleri qal, "Inħoss li jien li ngħix, naħdem u ser nibni l-familja tiegħi Għawdex m'għandux iħossni li jien privileġġjat aktar minn ħaddieħor. Dan għandu jkun id-dritt ta' kull Għawdxi u mhux biss ħolma. Din li ma tmintax-il sena, ulied din il-gżira jitilqu minnha u jmorru jgħixu Malta permanentement ma għandhiex tibqa' tkun kważi ta' bilfors, iżda nixtieq li tkun għażla libera. Nixtieq li ż-żagħżugħ Għawdxi jħoss li f 'Għawdex jista' jaħdem u jipprogressa fix-xogħol tiegħu mingħajr ma jħossu li hu żvantaġġjat li qed jgħix Għawdex." Clint qal ukoll li Għawdex dan l-aħħar ra tibdiliet kbar speċjalment fl-ekonomija u fil-livell ta' għajxien tan- nies, "Personalment nixtieq nara aktar investiment fl-infrastruttura u dan biex noffru toroq aħjar, bajjiet aktar aċċessibbli u żoni turistiċi aktar mgħammra u moderni. Fil-fatt, irrid inkun minn ta' quddiem li naħdem u ngħin biex il-proposta ambizzjuża tal-Prim Ministru li t-toroq kollha ta' Malta u Għawdex jiġu asfaltati titwettaq fi żmien 7 snin." Il-perit Għawdxi jemmen li hemm bżonn aktar inċentivi fiskali "Biex niġbdu lejn Għawdex, aktar investimenti billi noffru pakkett iżjed attraenti għall-industriji bħal dawk tal-gaming minħabba d-domanda kbira li hemm f 'dan is-settur. Dan apparti wkoll il-bżonn li jitwettaq il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex li tant hu bżonjuż għalina l-Għawdxin. Jiħtieġ li ma nmexxux l-arloġġ lura. Dan qed jingħad b'referenza partikolari għal dak li qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li jfisser li nistgħu ngħidu addio għall-iskola ta' Barts. Għawdxi li qed jara l-opportunità sabiex jikri l-proprjetà tiegħu tisfuma fix-xejn. Negozji li kienu qed jaraw domanda ġdida għall- prodotti u servizzi tagħhom tevapora. Il-pazjenti diġà qegħdin jibbenefikaw minn servizz ħafna aħjar minn qatt qabel. Anke Għawdxin Nazzjonalisti qegħdin jammettu l-qabża fil-kwalità fis-servizz li qegħdin igawdu l-isptar f 'Għawdex. Ikun kastig kiefer u bla mistħoqq nippruvaw nidħku bil-poplu u ngħidulu li aħjar kif konna u nwegħduh li nkissru t-tajjeb li diġà sar s'issa u li għad ikompli jsir minn Gvern Laburista." Dwar jaħsibx jekk hux kif qed jingħad li t-tielet siġġu t'Għawdex qed ixaqleb lejn il-Partit nazzjonalista l-kandidat żagħżugħ laburista qal li dan jista' jmur kull naħa. "Ovvjament il-PN għandu kull interess li jgħid li ser jirbaħ it-tielet siġġu, għalkemm meta wieħed iħares lejn il-lista tal-kandidati li qed joffru ma tantx jistgħu jħossuhom ottimisti ħafna. Min-naħa tal- PL, hemm tim tajjeb. Tim li joffri għażliet differenti imma xorta għandu għan li jkompli fejn ħallejna speċjalment fit- tkattir tax-xogħol." Mitlub jgħid x'ilmenti qed jisma' mill-Għawdxin Clint qal li dawn huma parti mill- pakkett tal-politika lokali, "Ħafna minnhom jkunu pożittivi mmens filwaqt li oħrajn jesprimu xi diżappunt għax iħossu li kellhom dritt għal xi ħaġa u ma ħadux dak li jaħsbu li kien jixraq lilhom. Hemm ukoll minn jipproponi miżuri u ideat ġodda. Però rrid nagħmilha ċara mal-votanti li joqogħdu d-dar u ma joħorġux jivvutaw minħabba diżappunt f 'xi kandidat mhix is-soluzzjoni. Dawn in-nies iridu anzi joħorgu jivvotaw bi ħġarhom, b'konvinzjoni, lil kandidat ieħor tal-Partit Laburista li jemmnu li ser jagħmel id- differenza kemm f 'Għawdex kif ukoll f 'ħajjithom!" It-tema prinċipali li qed jiġġieled il-Partit Nazzjonalista biha hi l-korruzzjoni. Meta jżur lin-nies fid-djarhom jaħseb li l-poplu qed jara l-elezzjoni bażata fuq l-għajta tal- korruzzjoni jew irid aktar proposti milli, "Sa erba' snin ilu, in-nies kienu inkwetati fuq il-kontijiet għolja tad- dawl u l-ilma, fuq in-nuqqas ta' xogħol, fuq saħħa ta' paga li dejjem qed tonqos u fuq taxxi li kienu dejjem jogħlew. Kienu jibżgħu li wliedhom ma jkunux aħjar minnhom. Illum in-nies għandhom serħan il-moħħ fuq dawn kollha. L-oppożizzjoni tafu dan u ikkreat intoppi sabiex tipprova toskura l-ħidma sfiqa ta' dan il-Gvern. L-oppożizzjoni weħlet mad-diska tal-korruzzjoni u kull nuqqas żgħir kemm hu żgħir, pront jiġi msejjaħ korruzzjoni. Dan l-aġir tal-kap tal-oppożizzjoni li jonfoħ l-issue tal-korruzzjoni mingħajr ebda evidenza, qed jispiċċa jagħmel ħafna ħsara lill-pajjiż u konvint li daqt jisplodi f 'wiċċ il- partit Nażżjonalista. Din in-negattività monotona marrdet lill-Maltin u l-Għawdxin li jippreferu jsiru jafu kif il-livell tal-għejxien tagħhom ħa jkompli jitjieb." Clint qal li meta n-nies se jmorru jivvutaw ser ipoġġu kollox f 'miżien u hu konvint li t-tajjeb li għamel il-gvern il-poplu mhux se jinsih. "Perfetti m'aħniex u żbalji jsiru wkoll. Il-Partit Laburista għad baqagħlu ħafna x'joffri. Nemmen li l-isbaħ żmien għal Għawdex għadu ġej. Irrid nara lil Għawdex magħqud ma' Malta permezz ta' mina. Irrid li f 'Għawdex noffru l-aħjar edukazzjoni possibbli. Irrid li f 'Għawdex noffru l-aħjar kura medika. Dan kollu huwa possibbli biss bi gvern Laburista. Għaldaqstant nappella lis-suldati tal-azzar li tant stinkaw u ħadmu biex jaraw lil dan il-Partit fil-gvern kif ukoll u b'mod speċjali liż- żgħażagħ Għawdxin li tant għandhom għal qalbhom il-futur ta' din il-gżira sabiex joħorġu jivvotaw vot ta' fiduċja f 'dan il-gvern." 'Ninsab ottimist li din id-darba jirnexxili nagħmilha' 'It-tielet siġġu f 'Għawdex jista' jmur kull naħa iżda meta wieħed iħares lejn il-lista tal-kandidati li qed joffru l-PN ma tantx jistgħu jkunu ottimisti' 'Rekords f 'erba' snin anke fil-qasam tad-drittijiet ta' nies b'diżabilità' "ILGVERN Malti hu kburi li f 'erba' snin kiseb rekords f 'bosta oqsma, l-aktar dawk ekonomiċi u soċjali, fejn id-drittijiet tal-persuni vulnerabbli u tal-minoranzi huma l-epiċentru tal-politika soċjali tiegħu", qalet is- Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fl-Assemblea Ġenerali tal-European Union of the Deaf waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE. Il-laqgħa saret f 'pajjiżna fuq stedina tad-Deaf People Association (Malta). Is-Segretarju Parlamentari spjegat li l-Gvern ħaddem proċess ta' konsultazzjoni biex jisma' u jifhem dak li hemm bżonn jitwettaq fuq livell nazzjonali biex kull settur tad-diżabilità jingħata bi dritt dak li jistħoqqlu. "Il-metodu tal-Gvern Malti hu li jimxi lejn l-inklużjoni soċjali billi jikkumplimenta u jsaħħaħ b'mod strutturat il-kontribut dirett tal-persuni b'diżabilità, tal-familji tagħhom, tal-esperti, u tal-għaqdiet volontarji involuti", kompliet Dr Justyne Caruana. Qalet li dan wassal għal bidla kulturali fis-soċjetà li llum tilqa' iktar id-diversità bħala realtà kostanti fil- komunità. "Il-Gvern jilleġiżla waqt li s-soċjetà ċivili tħeġġeġ l-opinjoni pubblika, imma hi l-populazzjoni kollha li trid tkun sensittiva biex taħdem għal inklussività sħiħa fi ħdan soċjetà ġusta f 'kull rokna ta' pajjiżna", qalet Justyne Caruana. Fissret li l-azzjoni tal-Gvern hi maħsuba biex tipprovdi l-ħarsien u l-empowerment kollu possibbli biex il-persuni b'diżabilità jsiru parti integrali mis-soċjetà. Faħħret is-sehem b'saħħtu tal-għaqdiet volontarji fosthom il-komunità Maltija tal-persuni neqsin mis-smigħ. Fi żmien qasir dan il- gvern għadda liġi apposta li tistabilixxi l-lingwa tas-sinjali bħala lingwa nazzjonali Maltija - pass importanti li kien ilu snin jintalab li jittieħed minn din il-komunità. Justyne Caruana qalet li permezz ta' din il-liġi ħloqna mezz kif dawn il-persuni issa jistgħu jwasslu l-fehmiet u t-talenti tagħhom lill-bqija tas-soċjetà. Ħloqna l-ħtieġa għal aktar interpreti u ftaħna korsijiet apposta biex din il-komunità tingħata s-servizzi li jistħoqqilha fosthom programmi ta' taħriġ f 'Għawdex u tagħlim bi sħab mal-MCAST u mal-Istitut tal- Lingwistika tal-Università ta' Malta. Is-servizz tal-interpreti llum hu servizz tal-gvern u permezz ta' diversi inizjattivi li ttieħdu qed isiru iktar programmi televiżivi bis- sottotitoli. "Fassalna politika strateġika biex nipprovdu appoġġ sħiħ u ġenerali b'miżuri fiskali u soċjali fil-firxa kollha tad- diżabilità, imma stajna wkoll nidħlu fil-fond ta' diżabilitajiet speċifiċi bħal tad-deaf u l-firxa tal-awtiżmu li għalihom għaddejna liġijiet apposta", spjegat Justyne Caruana. Fakkret ukoll li l-Gvern baqa' jaħdem biex inaqqax il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità fil-qafas tal-liġijiet ta' Malta. "Ir-rivoluzzjoni li bdejna fil- qasam tad-diżabilità jeħtieġ li tkompli bis-sehem ta' kulħadd. Daqskemm dan jgħodd għal Malta u għal Għawdex, jgħodd ukoll għall-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u għall- organizzazzjonijiet dinjija, bil-Gvern Malti jibqa' jimbotta u jħeġġeġ għal aktar inklużjoni, aktar komunikazzjoni, u aktar ugwaljanza u ekwità", ikkonkludiet is-Segretarju Parlamentari.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017