Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... JAMES RODRIGUEZ - Kollox jinsab lest biex James Rodriguez ikun imħabbar bħala plejer ta' Manchester United. Dan hekk kif Real Madrid jinsabu lesti li jaċċettaw offerti ta' iktar minn €75 miljun għal dan il-plejer internazzjonali Kolumbjan li naqas milli jħalli l-effett mixtieq fit-tim immexxi minn Zinedine Zidane u qed jitqies li mat-tim minn Old Trafford huwa jirnexxielu jagħmel il-qabża neċessarja. Dan il-plejer kien impressjona ferm fit-Tazza tad-Dinja tal-2014 mal-Kolumbja fejn kien spiċċa wkoll bħala l-aqwa skorer tat-tournament. MARCO VERRATTI U ALEXIS SANCHEZ - Bayern Munich jinsabu lesti li jonfqu s-somma ta' £120 miljun biex jakkwistaw lil Marco Verratti u Alexis Sanchez matul is-sajf li ġej. Danil-midfielder Taljan kien qed jiġi segwit ukoll minn Barcelona iżda r-relazzjoni mill-aqwa li għandu mal-kowċ ta' Bayern Munich Carlo Ancelotti, għandha tixpruna lil Verratti biex jingħaqad mal-Bavarjani u mhux mal- Katalani għas-somma ta' £60 mijun. Sadanittamt, l-ambizzjonijiet ta' Alexis Sanchez u Bayern Munich huwa mifhum li huma fuq l-istess livell, u Bayern Munich jinsabu lesti li jagħmlu offerta ta' £60 miljun għal dan il-plejer. ANDREA CONTI - L-attakkant żagħżugħ ta' Atalanta, Andrea Conti, stqarr li jixtieq jilgħab ma' team importanti. Huwa esprima x-xewqa li jilgħab ma' Juventus fejn kollax qed jindika li huwa se jkun qed jingħaqad magħom matul is-sajf li ġej wara li huwa jieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena mal-Italja. Madankollu, għadha mhux magħrufa s-somma li l-Bianconeri lesti joffru għal dan il- plejer. FRANCK KESSIE - AC Milan jinsabu viċin li jakkwistaw lill-plejer ta' Atalanta Franck Kessie li qed jiġi segwit ukoll minn Juventus, Chelsea u Roma. Jidher li diġà ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ klabbs fuq somma ta' £28 miljun, waqt li l-midfielder diġà laħaq ftehim personali mar-Rossoneri. Il-coach ta' AC Milan Vincenzo Montella qed ifittex li jsaħħaħ l-iskwadra tiegħu fosthom nofs il-ground għal matul l-istagun li ġej u Kessie qed jitqies bħala t-tragward numru 1. LUAN - Il-manager ta' Liverpool Jurgen Klopp jinsab viċin li jiffinalizza trasferiment li se jkun qed iġib lill-istilla Brażiljana Luan għas-somma ta' £26 milun. Dan il-plejer qed jiġi mlaqqam bħala r-Ronaldinho l-ġdid. Huwa mifhum li Liverpool ilhom isegwu lil dan l-attakkant ta' Gremio u diġà kellhom taħdidiet ma' rappreżentanti ta' dan il-plejer f 'Londra matul ix-xahar li għadda. Luan, li riċentament irrifjuta kuntratt ġdid ma' Gremio kien minn ta' quddiem fis- suċċess li l-Brażil kisbu fl-aħħar edizzjoni tal-Olimpjadi flimkien ma' Neymar. LUKA MODRIC Il-midfielder ta' Real Madrid, Luka Modric, jista' jħalli lil Real Madrid matul is-sajf li ġej biex jirritorna fl-Ingilterra iżda din id-darba mhux ma' Tottenham Hotspur iżda ma' Chelsea jew Arsenal. Intant, interessati f 'dan il-plejer hemm ukoll PSG u Bayern Munich. Il-fatt li Zinedine Zidane qed jipprova jdaħħal iktar element żagħżugħ fit-tim tiegħu jista' jixpruna lil Modric biex iħalli lill-Galacticos. Madankollu, għadha ma saret l-ebda talba jew offerta uffiċjali mill-ebda klabb għal dan il-plejer. JAMIE VARDY - Atletico Madrid qed jippjanaw offerta għall-attakkant ta' Leicester City, Jamie Vardy. Madankollu, biex Vardy jingħaqad mal-Mdarileni,huwa jrid li dan it-tim jibqa' jiġi kkowċjat minn Diego Simeone hekk kif Vardy għandu ammirazzjoni kbira lejn dan il-kowċ li qed jissemma' li jista' jingħaqad ma' Inter. Għadha ma ġiet irrapurtata l-ebda somma ta' kemm il-Madrileni lesti li jħallsu għal Vardy. PEPE - Id-difensur internazzjonali Portugiż ta' Real Madrid, Pepe, jidher lest li jirrifjuta offerta attraenti miċ-Ċina biex jingħaqad ma' Inter. Dan il-plejer jidher li se jkun qed iħalli lill-Galacticos meta jintemmlu l-kuntratt fi tmiem l-istaġun, b'PSG u Hebei Fortune ukoll jinsabu interessati f 'dan il-plejer. Madankollu, kollox qed jindika li Inter jinsabu favoriti netti biex jakkwistaw lil dan il-plejer ta' 34 sena, fejn iżda għadha ma ssemmiet l-ebda offerta ta' kemm huma lesti joffru għalih. BRUNO ALVES - Il-manager ta' Rangers Pedro Caixinha se jkun qed jagħmel lid-difensur ċentrali tal- Portugall Bruno Alves bħala t-tragward numru 1 għalih f 'dak li għandu x'jaqsam ma' akkwisti għal matul is-sajf li ġej. Pedro Caixinha irid jara lil Rangers lura mal-aqwa timijiet taI-Iskozja hekk kif matul dan l-istaġun reġgħu temmew wara timijiet bħal Celtic u Aberdeen u huwa se jkun qed jirrinova l-iskwadra tiegħu b'mod komplet fejn huwa mifhum li huwa għandu l-ħsieb li jakkwista 12-il plejer ġdid bi Bruno Alves ikun wieħed minnhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017