Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum Sports 31 ILLUM il-Ħadd 21 ta Mejju 2017 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkun qed torganizza t-tmien programm mill- istaġun ASMK Pasta Poiatti 2016/2017. Il-ġurnata se tibda kmieni bil-muturi Motocross jibdew fit-8am u fis-1pm jibda l-programm bil-Karozzi Autocross. Dan il-programm li se jkun l-aħħar wieħed matul il- ġurnata tal-Ħadd għall-fatt li mill-attività li jmiss il-Karozzi u Muturi se jibdew jiġu organizzati matul is-Sibtijiet fejn tibda tard wara nofsinhar u l-attività tibqa' sejra sa tard bil-lejl. Intant, ħarsa ħafifa lejn il-klassifika tal-Muturi Motocross wara ħames attivitajiet fejn fil-Kampjonat Nazzjonali nsibu lil Paul Muscat fuq KTM 450cc fuq quddiem f 'din il-klassifika b'232 punt segwit minn David Dimech fuq Honda 450cc b'190 punt. Fit-tielet post insibu lil Clayton Camilleri fuq KTM 350cc b'185 punt. Fil-Klassifika Motocross Klassi B insibu lil Ryan Faenza fuq Yamaha 250cc fuq quddiem b'209 punti segwit minn Elvin Debono fuq mutur Kawasaki 250cc b'131 punt. Fit-tielet post insibu lil Peter Lee Sammut fuq mutur KTM 250cc b'128 punt. Fil-Klassifika Motocross Veterans William Sant fuq mutur Suzuki 250cc jinsab fuq quddiem nett f 'din il- klassi b'228 segwit u ferm viċin tiegħu Paul Deguara fuq mutur KTM 250 b'226 punt. It-tielet post huwa okkupat minn Jethro Sant fuq mutur Yamaha b'216-il punt. Intant, nhar is-Sibt 13 ta' Mejju li għadda, l-ASMK organizzat il-ħames attivtà Enduro li saret fil-Barriera tas-Sagħjtar fin-Naxxar. Din l-attività kienet issapportjata minn Blokrete Ltd u Dunlop Tyres. Minkejja li kellna numru żgħir ta' kompetituri kellna dawn ir-riżultati. Fi Klassi A rajna lil Krist Falzon fuq mutur Honda 125cc jiddomina din il- klassi b'ħin ta' 3 minuti 46.70 sekondi segwit minn Brandon Attard fuq KTM 200cc b'ħin ta 5 minuti 14.51 sekondi. Fi Klassi B rajna għal darb'oħra lil Joseph Scicluna fuq mutur KTM 250cc jiddomina u jirbaħ il-ġurnata bl-aħjar ħin tiegħu jkun dak ta' żewġ minuti 34.37 sekondi. Scicluna kien segwit minn Bernard Sammut fuq mutur KTM 300cc b'ħin ta' żewġ minuti 42.29 sekondi filwaqt li fit-tielet post spiċċa David Micallef fuq mutur KTM 250cc b'ħin ta' tliet minuti 7.85 sekondi. Fl-aħħar jiem, l-aħwa Camilleri Clayton u Kyle pparteċipaw għall-ewwel darba din is-sena fil- Kampjonat tal-Federazzjoni Taljana FMI fi Sqallija bil- Muturi Motocross. Clayton li saq fil-Klassi MX1-Over 21 fuq mutur KTM 350cc rebaħ it-tielet post fuq il-podju waqt li Kyle kkompeta fil-Klassi MX2 Under 21 fuq mutur KTM 250cc. Kyle ukoll wettaq prestazzjoni tajba ferm billi rehaħ ir- raba' post fl-ewwel kompetizzjoni tiegħu fil- kampjonat FMI ġewwa Francavilla fi Sqallija. Fil-11 ta' Lulju li ġej, l-aħwa Camilleri se jerġgħu jkunu qed jikkompetu fost l-aqwa sewwieqa Sqallin tal- Motocross fil-korsa ta Hi-Fly, fil-belt ta Carlentini SR. Intant, l-Assoċjazzjoni tinforma lill-pubbliku li minħabba l-Elezzjoni Generali 2017 l-attività li kellha ssir fit-3 ta' Ġunju 2017 ġiet ikkanċellata għal data ġdida li titħabbar iktar tard mill-Kumitat Eżekuttiv. Iktar informazzjoni wiehed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assocjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq info@asmk.org. mt jew permezz tal-Mowbajl fuq 9942 5489. Illum isiru attivitajiet oħra Autocross u Motocross mill-ASMK il-podju waqt li Kyle kkompeta fil-Klassi qed jikkompetu fost l-aqwa sewwieqa Sqallin tal- Iktar informazzjoni wiehed CHARLOTTE Wingfield magħżula biex iġġor il- bandiera Maltija. Il-Kumitat Olimpiku Malti, ħabbar uffiċjalment il-kontinġent li se jirrappreżenta lil Malta fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li se jsiru ġewwa San Marino bejn id-29 ta' Mejju u t-3 ta' Ġunju li ġej. Il-lista ta' atleti ġiet mħabbra waqt il-konferenza stampa li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti fil-preżenza ta' uffiċjali, atleti, kowċis u membri tal-media. Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, is-Sur Julian Pace Bonello ser jakkumpanja lil atleti, filwaqt li ic-Chef de Mission ser jkun is-Sur William Beck li kkonferma li Malta se tieħu sehem fit-tnax id- dixxiplina li jinkludu Sparar bil-qaws, Atletika, Baskitbol, Beach Volley, Boċċi (Raffa), Cikliżmu, Judo, Sparar, Għawm, Table Tennis, Tennis u Volleyball. B'kollox Malta se tkun rappreżentata b'total ta' 88 atleta. Din is- sena Malta se tikkompeti fid-dixxiplini tal-isparar bil-qaws, boċċi u ċikliżmu – il-kompetizzjonijiet fid-dixxiplini tal-golf u tal- ġinnastika din is-sena mhux se jsiru. L-atleti se jkunu akkumpanjati minn numru ta' kowċis u kontinġent mediku. Id-Direttur Tekniku għal dawn il-Logħob, is-sur Mario Micallef stqarr li hu kunfidenti li l-kontinġent Malti huwa mħejji sew għall-Logħob. Hu wera t-tama li l-ammont ta' midalji mirbuħa ser jaqbżu l-ammont miksub fl-Islanda sentejn ilu. Huwa sostna li l-fatt li Team Malti huwa rrappreżentat fid-dixxiplini kollha, jixhed il-kunfidenza li l-Kumitat Olimpiku Malti ghandu fit-tħejjija tal-atleti, u l-Federazzjonijiet rispettivi tagħhom, għal dawn il- Logħob. Fit-tmiem tal-konferenza, il-President is-sur Julian Pace Bonello ippreżenta l-bandiera Maltija lil Charlotte Wingfield. Hi ser tkun qed iġġorr il-bandiera Maltija fic- ċerimonja tal-ftuħ li se ssir fil-ground ta' San Marino Serravalle nhar it-Tnejn 29 ta' Mejju. Wingfield, hija atleta Maltija li tgħix ir-Renju Unit u ħadet sehem f 'numru sostanzjali ta' kompetizzjonijiet barra minn pajjizna. Wingfield irrappreżentat lil Malta fil-Logħob tal-Pajjizi Żgħar ġewwa l-Islanda fl-2015 fejn hi rebħet żewġ midalji tad- deheb, il-Logħob Ewropew f 'Baku fl-2015 u l-Logħob Olimpiku f 'Rio 2016. Il-lista sħiħa ta'atleti li ser jiffurmaw il-kontinġent Malti huma dawn:- Atletika – Luke Bezzina, Matthew Croker, Charlton Debono, Ian Paul Grech, Daniel Saliba, Lisa Marie Bezzina, Francesca Borg, Sarah Busuttil, Mona Lisa Camilleri, Antonella Chouhal, Peppijna Dalli, Rachel Fitz, Janet Richard, Rebecca Sare, Roberta Schembri, Annalise Vassallo, Joanne Vella, Charlotte Wingfield Basketball - Hanna Al-Tumi, Maria Bonett, Samantha Marie Brincat, Elena Cassar, Christina Curmi, Stephanie De Martino, Christina Grima, Josephine Grima, Nicola Handreck, Gabriella Mifsud, Sarah Jayne Pace, Ashleigh Vella, Beach Volley – Dorianne Caruana Bonnici, Gertrude Zarb, Robert Balzan, Manuel Raffa Boċċi (Raffa) – David Farrugia, Reno Farrugia, Stefan Farrugia, Giuseppe Gemelli Ċiklizmu– Etienne Bonello, Maurice Formosa, James Mifsud, Alexander Pettett, Patrick Scicluna, Stephanie Alden, Marie Claire Aquilina, Michelle Vella Wood Għawm- Jeremy Bugeja, Andrew Chetcuti, Matthew Galea, Michael Stafrace, Mikhail Umnov, Thomas Wareing, Matthew Zammit, Mya Azzopardi, Francesca Falzon Young, Alexandra Mcgonigle, Amy Micallef, Leah Tanti Judo – Rodney Zammit Sparar– Gianluca Azzopardi Spiteri, Gianluca Chetcuti, William Chetcuti, Bozhidar Dimitrov, Clive Farrugia, Brian Galea, Francis Pace, William Vella, Eleonor Bezzina Sparar bil-Qaws – Daniel Schembri, Patrick Zammit Table Tennis – Viktoria Lucenkova, Jessica Pace Tennis – Matthew Asciak, Omar Sudzuka, Francesca Curmi, Elaine Genovese Volleyball - Amanda Agius, Daniela Bonnici, Alison Borg, Lindsay Cordina, Maria Anne Costa, Isabel Cutajar, Sarah El Gasi, Marjoe Falzon, Thais Gatt, Zane Malasevksa, Francesca Sarcina, Sarah Spiteri Imħabbar il-kontinġent għal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal- Ewropa 2017 mill-Kumitat Olimpiku Malti Mix-Xellug għal-Lemin: William Beck, Julian Pace Bonello u Mario Micallef. Ritratt - Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017