Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632
6 illum | Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 X'ġiegħlek tidħol fil-politika? Għandi passjoni kbira għal Għawdex u għall-politika, u għalhekk minn jeddi, fl-2003 tfajt ismi bħala kandidat għall- elezzjoni ġenerali biex immexxi 'l quddiem l-interessi ta' Għawdex u l-Għawdxin. Issa ili 14-il sena, u lesta nibqa' nservi. Fuq xiex ser tkun qed taħdem jekk tiġi eletta? Matul dawn is-snin ta' ħidma, dejjem poġġejt lil Għawdex u l-ġid u l-interessi tal-Għawdxin fuq quddiem nett ta' ħidmieti. Tul l-aħħar tliet snin kelli l-privileġġ inservi bħala Segretarju Parlamentari għall- anzjani u l-persuni b'diżabilità. Għalkemm ħdimt kemm flaħt biex dawn is-setturi mmexxihom 'il quddiem, dejjem żammejt id-dimensjoni Għawdxija f 'moħħi, u għalhekk sarraft l-esperjenza li akkwistajt f 'ħafna proġetti, servizzi u inizjattivi b'risq l-Għawdxin u hekk nibqa' nagħmel. Bħala kandidata mara, x'temmen li għandu jsir biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara f 'kull livell, partikolarment f 'dak politiku? Huma n-nisa nfushom li jridu jersqu 'l quddiem biex iservu u jiksbu l-appoġġ ta' nisa bħalhom biex jikber is-sehem tal-mara fil-ħajja pubblika. Irridu nkunu aħna li b'ħidmietna u bl-eżempju nikkonvinċu iktar appoġġ lill-kandidati nisa u b'hekk ninkoraġġixxu iktar nisa jidħlu fid-dinja tal-politika biex nibdlu l-affarijiet. Għaliex għandu jirbaħ il- Partit Laburista? Il-PL għandu jirbaħ għax għandhom jirbħu l-Għawdxin u l-Maltin li jridu ġenerazzjoni aħjar għal uliedhom. Jirbaħ għax għandu viżjoni għat-tul u kredenzjali ta' kredibilità li jwettaq dak li jwiegħed. Jirbaħ għax umli u jammetti li mhux perfett, imma determinat bi proposti serji biex kull suċċess nazzjonali jilħaq lil kulħadd u l-iktar dawk li jeħtieġu appoġġ iżjed minn oħrajn. Għaliex m'għandux jirbaħ il- Partit Nazzjonalista? M'għandux alternattivi fattibbli għal dak li jeħtieġ u li jistenna l-poplu. Ma jirbaħx għax fil-ftit li qed jipproponi, nieqes mill-konsistenza, b'figuri dubjużi u nuqqas ta' għarfien tar-rilevanza jew ħsara għall- ekonomija. Minflok bena alternattivi aħjar mis-suċċessi miksuba s'issa, qed iressaq proposti riċiklati li diġà qed jitwettqu minn dan il-Gvern. Dan juri distakk mir-realtà u allura distakk mill-bżonnijiet tal-poplu u tal-pajjiż. Ma tħossx li l-każ Panama tefa' dell fuq ix-xogħol kollu li jagħmel il-Gvern? Dan il-Gvern kiseb suċċessi kbar għal pajjiżna. Fejn qabel id-dejn kien qed jifni lil pajjiżna, illum għandna surplus li nistgħu ninvestu fil-poplu tagħna. Fid-dawl tal-allegazzjonijiet bla provi, ittieħdu l-miżuri li kienu meħtieġa skont il- provvedimenti tal-istrutturi amministrattivi u legali tal- pajjiż. Id-dell inħoloq u kien iffomentat minn min ma kellux risposta għas-suċċessi li kiseb il-Gvern. Minkejja li Joseph Muscat huwa fdat iktar minn Busuttil, id-differenza bejn il-partiti llum naqset ħafna. Għaliex taħseb li hu dan? Hija unika li l-Gvern Laburista żamm appoġġ kbir matul il-leġiżlatura kollha, meta s-soltu kull Gvern jitlef fil-popolarità. Dr Muscat baqa' dejjem fdat aktar għax bil- mod kif imexxi jispira aktar kredibilità - dak li jwiegħed, iwettqu. B'mod kontinwu u kostanti jżomm kuntatt mal-poplu, jisma' u jwettaq. Jemmen f 'pajjiżna u fil-poplu tagħna u ħadem bis-sħiħ biex kif wiegħed illum pajjiżna huwa l-aqwa fl-Ewropa. F'KULL elezzjoni, il- kandidati nisa jilagħbu rwol importanti, minkejja li l-persentaġġ tagħhom meta mqabbel ma' dak tal-irġiel għadu lura. Fl-elezzjoni tat-3 ta' Ġunju, dan l-irwol se jkun ikbar, bl-impenn tal-mexxejja tal-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista jkun li n-nisa jpoġġihom fuq quddiem tal-politika. Minn kliem Simon Busuttil, li se jkun qed jafda rwoli importanti lil dawk il-kandidati nisa li jkunu eletti fil-Parlament, u minn dak li għamel Joseph Muscat fl-aħħar leġiżlatura u ta pożizzjoni fil-Kabinett lil kull mara eletta f 'isem il- PL, jidher li iktar minn qatt qabel, din l-elezzjoni se tkun waħda importanti għan-nisa. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' sitt kandidati nisa miż-żewġ partiti ewlenin dwar l-irwol tan-nisa fil-parlament, il-ħidma prospettiva tagħhom jekk ikunu fil-Parlament u l-andament tal-kampanja elettorali. Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Għalfejn Simon? Għalfejn Joseph? Età: 42 sena Distretti: 13 Professjoni: Avukat (Segretarju Parlamentari) Justyne Caruana Età: 54 sena Distretti: 2-3 Professjoni: Soċjologa Helena Dalli X'ġiegħlek tidħol fil-politika? Il-vokazzjoni li nagħmel il-ħajja tan-nies aħjar u nmexxi lill-pajjiż 'il quddiem Fuq xiex ser tkun qed taħdem jekk tiġi eletta? Skont xi rwol jagħtini l-Prim Ministru Bħala kandidata mara, x'temmen li għandu jsir biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara f 'kull livell, partikolarment f 'dak politiku? Sakemm jiġi indirizzat id-defiċit qawwi li hemm, irridu nużaw l-għodda tal-kwoti. Għaliex għandu jirbaħ il-Partit Laburista? Għax għandna track record ta' xogħol tajjeb li hemm bżonn inkomplu nibnu fuqu. Għaliex m'għandux jirbaħ il-Partit Nazzjonalista? Il-proposti tagħna huma aħjar u costed, u għax vapur b'żewġ kaptani ma jimxix. Ma tħossx li l-każ Panama tefa' dell fuq ix- xogħol kollu li jagħmel il-Gvern? Ovvja, mhux l-inqas għax l-Oppożizzjoni jitkellmu fuqha biss. Minkejja li Joseph Muscat huwa fdat iktar minn Busuttil, id-differenza bejn il-partiti llum naqset ħafna. Għaliex taħseb li hu dan? Mhux il-polls kollha qed juru hekk.