Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Elezzjoni2017 9 Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum 2017 Tkompli minn paġna 1 KEMM Muscat u anke l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna saħqu illi f 'dak li qed jingħad minn ċerti rapporti ta' ġurnali li huma parti minn dawn il-'Malta Files' hemm żewġ affarijiet li mhumiex minnhom. L-ewwel, li f 'Malta hawn joperaw kumpaniji offshore u t-tieni li Malta tħaddem sistema ta' tassazzjoni sigrieta. Muscat m'aċċettax it-teorija li dan qed jiġri għax ma ħax azzjoni fil-konfront ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri, kif implika l-Kap tal-Oppożizzjoni u fakkar illi dak li qed jiġri, ġara lill-pajjiżi oħrajn bħal fil-każ tal- Luxleaks u l-iSwissleaks. Huwa qal ukoll illi jinsab infurmat illi, dan kollu sar fiż-żmien apposta waqt li l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea tinsab f 'idejn Malta. Il-PM Muscat aċċerta lil dawk kollha li jaħdmu u jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn dan is-settur illi l-Gvern illi l-Gvern se jkun sod kontra min għandu aġenda ovvja illi Malta titlef il-kompetitività f 'dan il-qasam, biex igawdi hu, filwaqt li wissa kontra l-moralizzazzjoni. "Milli rajt, jekk se nimmoralizzaw għandna niftħu din id- diskussjoni u nistaqsu jekk għandux ikollna kumpaniji tal- gaming u kumpaniji oħrajn. Xi mkien iridu jkunu dawn il- kumpaniji u aħna rridu noffru dik is-sistema," sostna Muscat. Fl-istess konferenza l-PM fakkar illi l-Unjoni Ewropea mibnija fuq il-prinċipji, fost l-oħrajn fuq il-prinċipju li tistabilixxi negozju xi mkien ieħor f 'pajjiż ieħor membru. "Malta mhix membru tal- UE part-time u jekk irridu nagħmlu argumenti dwar dan nistgħu." Intant kontinwament il- PM, flimkien mal-Ministru Scicluna appella għall-għaqda u l-importanza ta' "front nazzjonali" biex issir difiża tal-industrija tas-servizzi finanzjarji, anke jekk l-istess Ministru ma qagħadx lura milli jgħid illi dak li ġara seta' kien il-frott ta' "attakki" li saru fuq Malta, mill-Maltin barra l-pajjiż. Intant il-Ministru Edward Scicluna fakkar kif mhix xi ċajta meta jingħad li "Malta hija l-għira ta' pajjiżi oħra u allura l-gambetti biex pajjiż ieħor jieħu xi ħaġa oħra hija reali. L-interessi ta'pajjiżna u ħobżna qed jipi pperikolat għax qed jipprovaw jagħtu fama kerha lil Malta." Ċiniku ferm dwar l-istejjer, Scicluna fakkar illi Malta għaddiet liġijiet dwar l-anti tax avoidance u "għalhekk l-istejjer jiġu bħala sorpiriża meta jirreferu għal pajjiż membru tal-UE, li għandu sistema u li kienet approvata ma toħloqx differenzi bejn kumpaniji u oħra." Ir-reġistru, fakkar il-Ministru Scicluna huwa onlajn u aċċessibbli u spjega illi li tagħmel copy u paste ta' dak li huwa pubbliku ma jistax jissejjaħ bħala hacking. Min-naħa tiegħu, waqt li kien qed jitkellem f 'konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap ta-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li huwa ddispjaċut għal dak li qed jintqal u li jara lill-pajjiż jingħata prominenza fin-negattiv. "Ma naqbilx ma' dak li qed jingħad...aħna m'aħniex tax haven," sostna Busuttil, waqt li wiegħed l-appoġġ tiegħu lill-qasam finanzjarju, f 'dan il-mument diffiċli. Żied jgħid li, "l-unika raġuni li jista' jkun hemm għal din is-sitwazzjoni hi li Joseph Muscat ħalla r-reputazzjoni ta' pajjiżna titkisser, għax kieku ħadd ma jipprova jattakka lil pajjiżna b'dan il-mod." NOTICE by the Electoral Commission GENERAL ELECTIONS - 3RD JUNE, 2017 NOTICE FOR THE ATTENTION OF ASSISTANT ELECTORAL COMMISSIONERS The Electoral Commission reminds those persons registered in Malta selected as Assistant Electoral Commissioners that the briefing session they have been assigned to attend is being held at the Malta Fairs and Convention Centre (MFCC) in Ta' Qali. OFFICE OF THE ELECTORAL COMMISSION Evans Building, Merchants Street, Il-Belt Valletta, Malta www.electoral.gov.mt 'L-interessi ta'pajjiżna u ħobżna qed jiġi pperikolat' Simon Busuttil jgħid illi se jagħti l-appoġġ tiegħu lis-settur fi nanzjarju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017