Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632
Nr 553 • 21 ta' Mejju 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Jurgen Degabriele Ara paġni 34 u 35 NEWSPAPER POST 'Dan hu attakk fuq Malta' • Muscat jinsisti li se jiġġieled l-interessi ta' pajjiżna wara l-'Malta Files' • Il-Ministru Scicluna jgħid li 'ħobżna qed ikun attakkat' Minn Albert Gauci Cunningham ILĠURNATA tal-bieraħ kienet iddominata mill-Malta Files li 'żvelaw', anke jekk fil-fatt minn dejjem kienu aċċessibbli u kien sigriet magħruf għal snin, li Malta topera sistema ta' taxxa fejn il-kumpaniji joperaw bl-aktar rata baxxa ta' taxxa fl-Unjoni Ewropea kollha. Fit-tielet kwart tal-2015 is-settur tas-servizzi finanzjarji ammonta għal €2 biljuni f 'termini ta' Valur Miżjud Totali (GVA), li kienet żieda ta' 10% meta mqabbel mas-sena ta' qabel. Dan b'kollox kien jgħodd għal €160 miljun jew 8% tal-GVA. Fit-tieni kwart tal-2015 il-qasam tal-impjiegi f 'Malta f 'dan is-settur kien ilaħħaq it-8,800 persuna, jew 4.8% tat-total ta' nies fil-qasam tax- xogħol. F'konferenza f 'Kastilja l-PM Joseph Muscat iddeskriva dak li ġara lbieraħ bħala "attakk fuqna. Imma issa għandna nagħżlu. Jew se namplifikaw il- problema jew inkella nkunu b'saħħitna u niddefendu dak li hu tagħna." Huwa qal li l-Gvern mhux se jibża' u se jwieġeb il-mistoqsijiet imma sostna wkoll illi; "Jien se niddefendi s-servizzi finanzjarji, irridu mmorru fuq il-kontra-attakk u nistaqsu. Dwar trasparenza? Malta hija ġurisdizzjoni ħafna aktar trasparenti minn pajjiżi oħrajn. Veru li tista' tiftaħ kont b'faċilità f 'Malta? Nistiednu lil min irid jiġi pajjiżna u jipprova jiftaħ kont tal-bank. Jekk hemm ilment wieħed meta tiġi biex tiftaħ kont tal- bank f 'pajjiżna, dan huwa l-ilment li l-banek tagħna jżommu jdejhom, jiġifieri mhu vera xejn li hemm xi faċilità partikolari." F'difiża għas-settur, li ilu taħt il- lenti minn kompetituri Ewropej u pajjiżi tal-UE li qed jimbuttaw l-idea ta' Tax Harmonaization, Muscat fakkar illi "kemm ilna li dħalna fl-UE is-sitema tat-taxxa qatt ma nbidlet u l-prinċipju baqa' l-istess, l-istess prinċipju approvat mill- Unjoni Ewropea. Ikun hemm pressjoni, iva u se tkompli tiżdied, il-punt kollu huwa hux se jkollna Gvern sod li se jirreżisti. Bħala Gvern se niddefendu s-sistema b'mod assolut..." Ara l-paġna 9 Tkompli fuq paġna 10 Busuttil u l-PN jiddeċiedu li ma jsemmux aktar lil Daphne MINN ġimagħtejn 'l hawn bi ftehim mal-blogger Daphne Caruana Galizia, il-Partit Nazzonalista u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għażlu li ma jsemmux aktar lil Daphne Caruana Galizia f 'diskorsi f 'laqgħat pubbliċi u dan wara li qed joħroġ li hemm numru mdaqqas ta' Nazzjonalisti u switchers li ma jniżżlux il-kitba tagħha. Fl-aħħar elezzjoni rapport estensiv kien innota li l-kitba ta' Caruana Galizia kkontrbwiet biex aktar nies jitbiegħdu mill-PN. X'qed jgħidu n-nisa dwar l-elezzjoni... Ara l-paġni 6,7,8