Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Elezzjoni2017 3 Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum 2017 Minn Veronica Lynn Mizzi ILPRIM Ministru Joseph Muscat ħabbar li 12-il kumpanija wrew l-interess tagħhom sabiex joperaw is-servizz tal-fast ferry service bejn Malta u Għawdex. Qal kif wara li l-applikazzjonijiet għalqu tard il-ġimgħa li għaddiet, waħda minn dawn it-12- il kumpanija, li fosthom hemm ukoll kumpaniji internazzjonali se tkun qed twassal il-passiġġiera bejn Għawdex u Sa Maison, fi vjaġġ li m'għandux jieħu iktar minn 45 minuta. Fost iktar miżuri li l-PL qed iwiegħed li jagħmel fil- leġiżlatura li jmiss, jekk jiġi elett, huwa li jeżenta mill- income tax għal tliet snin, lin-negozji li jirrilokaw lejn Għawdex. Waqt li kien qed iħabbar il-proposti għal Għawdex fis-Sannat, Muscat semma għadd ta' inċentivi u żidiet fil-benefiċċji lil studenti Għawdxin li jinżlu Malta sabiex ikomplu bl-istudji tagħhom. Minbarra dan, il-ġenituri ta' dawn se jibbenefikaw minn massimu ta' €5,000 fi tnaqqis fit- taxxa, minħabba l-ispejjeż li jkollhom sabiex jgħinu lill-uliedhom. Semma wkoll kif wara li titlesta d-dar tal- anzjani f 'Għawdex, se tkun qed tinbeda oħra, bi spazju ta' 500 sodda, dan filwaqt li semma kif se jsir investiment f 'niċeċ ta' ekonomija ġodda. Iżda fuq kollox, fakkar fl-ikbar investiment f 'Għawdex, dak tal-iskola medika ta' Barts u l-isptar t'Għawdex, li sa Settembru se jkun qed jara l-ewwel 30 student tiegħu, li ntagħżlu minn fost 170 student li applikaw. Muscat sostna wkoll li l-proposti għal din l-elezzjoni mhumiex irkant, u wissa li jekk il-Partit Nazzjonalista jwettaq il- miżuri kollha li qed jelenka fil-programm elettorali tiegħu, se jkun qed iwassal għal tliet xenarji differenti, li jew dawn il-miżuri ma jitwettqux wara l-elezzjoni, jew jiżdiedu taxxi ġodda , jew inkella l-pajjiż ikollu jidħol f 'excessive deficit procedure. Insista li min- naħa l-oħra, il-proposti tal-Partit Laburista huma kkalkulati u diġà hu magħruf minn fejn se jkunu qed jiġu l-flus. Muscat tkellem dwar 'l-attakk fuq is-sistema ta' tassazzjoni ta' pajjiżna' li ilha hekk sa minn meta pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea. Iddeskriva dan bħala għira mill-pajjiżi li jridu dak li għandna aħna bħala pajjiż. "Tistennieha xi ħaġa bħal din, bħalma attakkaw pajjiżi oħra bħal-Lussemburgu. Iżda ma kkalkulawx li aħna sodi u lesti biex inkomplu niddefendu l-interess tal- pajjiż," sostna Muscat. Żied jgħid li meta jara lil pajjiżi oħra jgħiru għal pajjiżna, ifisser li verament Malta saret l-aqwa fl-Ewropa. Minkejja dan, Joseph Muscat semma li għandu biss dispjaċir wieħed, li f 'attakk ta' din ix-xorta, il- pajjiż jinsab mifrud. "Dan huwa qasam li ż-żewġ partiti dejjem qablu fuqu, imma issa, ħaddieħor, minħabba l-Panama li m'għandhiex x'taqsam, wara li kien jieħu kull ċans biex jiġri wara l-microphones biex jitkellem kontra pajjiżna, issa beżaq fl-ajru u ġie f 'wiċċu," sostna Muscat. Il-Prim Ministru apella li lest li joħroġ l-id tal-ħbiberija biex tal-inqas f 'dan il-qasam, "jerġa' jkollna front wieħed unit, mhux għal wiċċi jew wiċċ il-Kap tal-Oppożizzjoni, imma għal wiċċ il-Maltin u l-Għawdxin li jaħdmu f 'dan il-qasam. Muscat qal ukoll li hu infurmat li se jkunu qed jissemmew xi persuni qrib tal-PN, iżda sostna li anke jekk huma "l-iktar nies li tkellmu kontrija u li jobogħduni, jien se nkun qed niddefendi lill-kulħadd għax dak hu d-dover tiegħi u ta' kull min iħobb lill-Malta," temm jgħid Muscat. Interess minn 12-il kumpanija għas-servizz ta' fast ferry Eżenzjoni mill-income tax għal tliet snin lin-negozji li jirrilokaw lejn Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017