Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 X'ġiegħlek tidħol fil-politika? Jiena miżżewġa b'żewġt itfal u ħdimt għal erbatax-il sena bħala għalliema. L-edukazzjoni u t-taħriġ kienu parti integrali f 'ħajti u għenuni biex insawwar il-personalità u l-perspettivi li għandi llum. Fl-2003 gradwajt mill-Università ta' Malta fil- Business Management, kors illi wassalni biex nieħu l-inkarigu ta' Manager fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi, Agrikoltura u Affarijiet Rurali. Dan l-irwol ressaqni ħafna lejn il-qorti, fejn ta' spiss kont inkun preżenti f 'każijiet illi kien ikollhom x'jaqsmu ma' moħqrija ta' annimali. Dan wassalni biex nieħu d-deċiżjoni li nibda l-kors fil-liġi, u fil-fatt din is-sena jekk Alla jrid insir avukat. Illum Jiena nifforma parti mill-Uffiċċju tal- Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, u parti importanti minn xogħli huwa proprju t-tqassim ta' informazzjoni u promozzjoni fuq il-ħarsien tal-annimali fost l-istudenti fl-iskejjel. Fuq xiex ser tkun qed taħdem jekk tiġi eletta? L-irwol tal-mara fis-soċjetà, il-familja, l-edukazzjoni ta' wliedna, l-isport, preservazzjoni tal-ambjent ta' madwarna u l-ħarsin tal-annimali huma fost l-aktar suġġetti għal qalbi. Nemmen li permezz ta' emendar fil-liġijiet u programmi edukattivi ġodda jistgħu jitjiebu ħafna kundizzjonijiet u nkunu aħna lkoll li ngawdu minnhom. Bħala kandidata mara, x'temmen li għandu jsir biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara f 'kull livell, partikolarment f 'dak politiku? Nemmen li n-nisa għandhom ikunu aktar parteċipi fis- soċjetà u fil-kamp politiku però b'mod realistiku nemmen li dan mhux dejjem ikun possibbli speċjalment meta omm tkun għadha qed trabbi lil uliedha ta' età żgħira. Għalkemm diskriminazzjoni pożittiva, ħafna huma kontriha, jiena naqbel ma' ħafna studji mondjali f 'dan ir-rigward u hemm lok li wieħed jikkunsidraha. L-ulied għandhom bżonn li ommhom tkun viċin tagħhom u allura jrid ikun hemm allowances biex dan isir. Eżempju tipiku huma s-seduti tal-parlament innifsu, dan jitlaqqa' regolari filgħaxijiet, f 'ħin fejn it-tfal jirritornaw id-dar. Dan hu biss inċident wieħed mill-ħafna li jżomm nisa ta' ċertu opinjonijiet milli jipparteċipaw fil-kamp politiku, ovvjament hemm ħafna u ħafna ostakoli oħra li mara bit-tfal żgħar tiltaqa' magħhom kontinwament. Għaliex għandu jirbaħ il-Partit Nazzjonalista? Il-Partit Nazzjonalista għandu jirbaħ din l-elezzjoni ġenerali għax il-Kap tagħna qed jibni s-sisien ta' politika nadifa, onesta, trasparenti li ddur mal- individwu u l-bżonnijiet tiegħu. Dr Busuttil permezz tal-PN jemmen fil-meritokrazija u allura li kull individwu jingħata l-pjattaforma tiegħu flimkien mal-għodda meħtieġa biex jirnexxi. Il-Partit tiegħu hu kompletament u kontinwament f 'battalja mal-korruzjoni ta' kull tip, il-kap tagħna dejjem kien konsistenti u f 'dan ir-rigward qatt ma beża' jieħu deċiżjonijiet, anke jekk forsi seta' jitlef il-voti ta' xi wħud li ma jaqblux miegħu f 'dan. Jiena nagħżel li nistieden lin-nies biex jivvutaw lill-PN immexxi minn Dr. Busuttill għax hu l-partit li qed joffri proposti serji li huma fattibbli mibnija fuq prinċipji soda. Għaliex m'għandux jirbaħ il- Partit Laburista? Ma nħobbx inkun negattiva u allura ma nħossx li għandi ngħid lin-nies hemm barra għalfejn m'għandhomx jivvutaw lill-PL. Dik l-informazzjoni jistgħu jiksbuha minn ġurnali indipendenti li jistgħu jiġu aċċessati minn kulħadd u għaldaqstant ikunu jistgħu jiffurmaw opinjoni politika matura. Ladarba l-pajjiż sejjer tajjeb, għaliex għandu jinbidel il- Gvern? Il-PN dejjem kien partit li jeċċella partikolarment fil-bini ta' ekonomija soda u b'saħħitha, saħansitra anke meta l-bqija tad-dinja sofriet riċessjoni wara l-oħra, Malta baqgħet għaddejja b'sodezza li għamlitilna gieħ mal-bqija tal-pajjiżi. Kienet ukoll previżjoni tal-PM ta' dak iż-żmien, cioe, Dr Gonzi li saħansitra wara dawn is-snin kollha ta' ħidma fl-2017, Malta kien ser ikollha surplus għall- ewwel darba, u tabilħaqq dan ġie mxandar u kkonfermat mill-PM tal-lum. Kien il-PN li ħoloq setturi differenti ġodda li regolarment illum iħallu eluf kbar ta' ewro fil-kaxxa ekonomika Maltija. Simon dejjem baqa' konsiderevolment inqas fdat minn Joseph Muscat, f 'kull stħarriġ. Għaliex taħseb li qed ikun dan? Dr Busuttil ħa f 'idejh dan il-partit b'36,000 vot minn taħt, illum skont stħarriġ differenti jidher li d-distakk bejn iż-żewġ partiti hu minimu, dan ġara biss wara 4 snin bl-istess Dr Busuttil fit-tmexxija tal-PN. Ir-raġuni tgħidli li t-tmexxija ta' Dr Busuttil allura qed tiġi apprezzata u saħansitra poġġiet Gvern li kellu dan il-vantaġġ hekk kbir, f 'pożizzjoni li jxolji l-governanza tiegħu sena qabel ma skada l-mandat. Dan jirrifletti suċċess kbir fit-tmexxija tal-kap tagħna Dr Simon Busuttil, li qed jiġi apprezzat mhux biss min-Nazzjonalist iżda minn Forza Nazzjonali li tiġbor fiha individwi li jħaddnu twemmin politiku differenti iżda kollha favur Malta. X'ġiegħlek tidħol fil-politika? Politika tfisser li sservi u tgħin lil kulħadd. Ħassejt li rrid nagħti lura għal dak li rċivejt jien. Il-Partit Nazzjonalista tani formazzjoni sħiħa biex jiena llum dik li jien. L-istess partit kellu l-viżjoni li jdaħħal lil Malta fl-UE u d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ssarraf f 'ħafna opportunitajiet ġodda speċjalment għalina ż-żgħażagħ. Li kien għal ħaddieħor, Malta ma daħlitx fl-UE u konna nitilfu ħafna opportunitajiet. Jien nappella liż-żgħażagħ biex ifittxu l-opportunitajiet li qed tagħtina l-Unjoni Ewropea u nisfruttaw minnhom. Dan diġà ili nwettqu bħala kunsilliera fil-Belt Victoria fejn offrejt opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fi skambji tal- Erasmus+ barra minn xtutna. X'se tkun qed taħdem fuqu jekk tiġi eletta? Fiduċja fija tfisser fiduċja fil-Partit Nazzjonalista. Bħala team player se naħdem fuq dak kollu li jixraqlu l-poplu Għawdxi fuq il-linja kredibbli li qed iwiegħed u jwettaq il- Partit Nazzjonalista. Nemmen li Għawdex jixraqlu aħjar minn dak li ra fl-aħħar 4 snin. Il-wegħda u l-patt tagħna hi mas-settur kollha f 'Għawdex u sehmi se jkun biex verament inkun il-vuċi ta' kulħadd. Bħala kandidata mara, x'temmen li għandu jsir biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara f 'kull livell, partikolarment f 'dak politiku? Il-mara, bħar-raġel, hija ċ-ċentru ta' kollox, mhux biss il-politika. Hawn ħafna nisa tajbin u għandhom għatx biex jagħtu sehemhom fil-politika. Personalment ma nemminx fil-kwoti iżda naqbel mal-linja tal-Partit Nazzjonalista li jimpenja ruħu biex jagħti fiduċja ikbar lin-nisa fil-ħajja pubblika. Nittama li l-kandidatura tiegħi, bħal tal- kollegi oħra nisa sservi wkoll t'eżempju. In-nisa Għawdxin qatt ma qagħdu lura mill- politika u kellna saħansitra Ministru mara li tat sehem mill-aqwa fl-Iżvilupp tal-Gżira Għawdxija. Nemmen ukoll li l-elettorat jaf jagħżel u se jkollna iktar nisa fil-Parlament ukoll. Għaliex għandu jirbaħ il- Partit Nazzjonalista? Partit Nazzjonalista mhux biss iġġedded iżda għandu l-ideat u l-pjani ċari biex jerġa' jmexxi l-poplu Malti u Għawdxi kollu fid-direzzjoni li tixraqilna. Il-Partit Nazzjonalista għandu jingħata l-fiduċja għax huwa l-unika partit li qed joffri valur miżjud f 'din il-kampanja elettorali. Aħna qed ngħidu li se nkomplu nżidu l-impjiegi u l-kwalità tal-ħajja billi nqassmu l-ġid lil kulħadd u fl-istess ħin nxejnu l-korruzzjoni li għerriqna fiha Gvern Laburista fl-aħħar snin. Għaliex m'għandux jirbaħ il- Partit Laburista? Jekk il-poplu irid Gvern li jwiegħed kollox iżda mbagħad għax korrott lanqas kellu l-ħila jagħmel leġiżlatura sħiħa allura jerġa' jagħżel Labour. Nemmen li l-poplu hu intelliġenti, ma jridx tmexxija involuta fi skandli kbar li qatt ma rajna bħalhom. Il-poplu ma jridx iktar qerda tal-ambjent kif rajna fl-aħħar 4 snin. Il-poplu ma jridx kirjiet għoljin, impjiegi li jħallsu bil-loqom u ħajja dejjem togħla. Dawn l-affarijiet huma biss garanzija taħt il-Labour. Il-poplu Malti u Għawdxi jaf li jixraqlu aħjar u 'fit-tieni half ' se jibdel it-tim u jagħżel Malta. Ladarba l-pajjiż sejjer tajjeb, għaliex għandu jinbidel il- Gvern? Kieku l-pajjiż sejjer tajjeb, kieku m'għadniex elezzjoni bikrija. Kieku l-pajjiż sejjer tajjeb kieku għandna gazzetti u mezzi tax-xandir li qed jitkellmu dwar il-ġid u mhux dwar l-iskandli li ħammrulna wiċċna. Il-Partit Nazzjonalista se jtejjeb fuq it-tajjeb li sar, jiżgura kontinwità iżda hija biss is- soluzzjoni biex insalvaw wiċċha mill-korruzzjoni li rabtilna isimna magħha dan il-Gvern. Għalhekk għandu jinbidel il- Gvern. Simon dejjem baqa' konsiderevolment inqas fdat minn Joseph Muscat, f 'kull stħarriġ. Għaliex taħseb li qed ikun dan? Joseph Muscat uża flus il-poplu biex nefaħ ismu bir- riklami u l-propoganda f 'kull mezz u istituzzjoni. Dan biex jgħatti xturu u l-korruzzjoni tal-klikka li jibqa' jiddefendi. Simon Busuttil huwa l-unika soluzzjoni biex il-pajjiż jerġa' jikseb id-demokrazija sħiħa li għandna bżonn. L-elettorat se juri lil min jafda verament għall- ġid ta' Malta fis-silenzju fit-3 ta' Ġunju. soċjetà u fil-kamp politiku però b'mod realistiku nemmen li dan mhux dejjem ikun possibbli speċjalment meta omm tkun għadha qed trabbi lil uliedha ta' età żgħira. Għalkemm diskriminazzjoni pożittiva, ħafna huma kontriha, jiena naqbel ma' ħafna studji mondjali f 'dan ir-rigward u hemm lok li Età: 40 sena Distretti: 3 Professjoni: Uffiċjal fl-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Trattament xieraq tal-annimali Età: 27 sena Distretti: 13 Professjoni: Projects Manager EU Funds Janice Chetcuti Maria Portelli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017