Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632
illum | Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn meta kelli tliet snin. Ovvjament missieri kien plejer ukoll u kien jeħodni miegħu nilgħab il-futbol. Minn hemmhekk bqajt nilgħab u nħobb il-futbol. X'tirrakkonta fuq l-esperjenza tiegħek sa issa ma' Hibernians? L-esperjenza tiegħi ma' Hibernians sa issa hija waħda sabiħa ħafna kemm fl-aspett ta' nursery fejn tgħallimt ħafna u rbaħna kważi l-kategoriji kollha u mat-tim tal- kbar. Dan kien ir-raba' staġun tiegħi magħhom fejn irbaħna żewġ Kampjonati u Super Cup. U fuq il-fatt li sirtu champions matul dan l-istaġun, fejn ftit li xejn kienu emmnu fikom fil-bidu tal- istaġun? Dan l-istaġun huwa memorabbli iktar għax nemmen li ħadd ma ħaseb jew basar li aħna nistgħu nieħdu l-Kampjonat imma bis- saħħa tal-għaqda li hemm fid- dressing room għamilnieha u sirna Champions ta' Malta. Dan kien it-tieni rebħ tal- Kampjonat tiegħek ma' Hibernians hekk kif irbaħt ieħor sentejn ilu. Tqis li dan il-Kampjonat kien iktar diffiċli mill-ieħor? U tqisu bħala iktar sabiħ u għal qalbek? Kien ħafna diffiċli għax nemen li ma kienx hemm tim li ma setax jieħu punti lil xulxin. Kien kampjonat bilanċjat ħafna u iktar sabiħ għalija personali għax ipparteċipajt ħafna iktar fih, allura ovvjament huwa għal qalbi ħafna. X'tikkummenta fuq il-kowċ Mark Miller? Jidher li dan għandu fiduċja assoluta fik... Mark Miller huwa kowċ tajjeb ħafna u li flimkien ma' Josef Mansueto għaqqad tim tajjeb ħafna. Mill- aspett personali huma emmnu fija ħafna, dejjem jinkoraġġuni u jkellmuni u ta' dan nixtieq nirrangrazzjahom tal-fiduċja. X'sapport issib mill-kumitat ta' Hibernians? Personali insib sapport kbir mill-kumitat ta' Hibernians u nirringrazzjahom ta' kollox. U minn sħabek il-plejers ta' Hibernians? Il-plejers nista' nqishom bħala t-tieni familja tiegħi. Huma għenuni ħafna f 'dan l-istaġun speċjalment meta ma konniex għaddejin minn perjodu tajjeb jew meta nitilfu xi partita importanti. Qed nirreferi speċjalment għal dawk il-plejers ta' esperjenza. Hemm xi logħba li tibqa' tiftakar iktar minn oħrajn kemm bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti, kif ukoll b'dak ta' Hibernians? Naħseb li kull logħba kienet sabiħa dan l-istaġun imma naħseb li meta bħala nazzjonal ta' taħt il-21 sena ksirna r-rekord ta' punti kienet l-isbah logħba ta' dan l-istaġun. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek sa issa mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena? Hija esperjenza sabiħa ħafna. Huwa dejjem sabiħ li tirrapreżenta lil pajjiżek f 'dak il-livell u meta jiġu r- riżultati tħossok iktar kburi li qed tilbes il-flokk ta' Malta. X'tikkummeta fuq il-kowċ ta' dan it-tim Silvio Vella? Il-kowċ Silvio Vella huwa l-kowċ li miegħu ksirna r-rekord ta' punti. Naħseb li ma tista tgħid xejn fuqu ħlief affarijiet pożittivi. Huwa kowċ li jgħin ħafna lill-plejers u tattikament huwa bravu ħafna. X'tikkummenta fuq it-tragward storiku li rnexxielkom tiksbu bħala tim nazzjonali ta' taħt il-21 meta ksibtu rekord ta' 11-il punt fil-fażi ta' kwalifikazzjoni? Meta jiġu r-riżultati tħossok kburi iktar li kont parti mis-suċċess. Naħseb li ksirna rekord ta' punti u kien tragward importanti u sabiħ ħafna. Konna grupp ta' plejers li mhux biss aħna ħbieb imma familja waħda u naħseb li dak kien is-sigriet ta' dan is-suċċess flimkien mal-istaff tal-Under 21. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek mat-tim nazzjonali tal-kbar? Jien dejjem nagħti l-100% tiegħi, imbagħad ovvjament li jiġi merħba bih. Naħseb li hija ħolma ta' kull plejer li jilgħab mat-tim nazzjonali ta' Malta. Taqbel mal-fatt li fl- istaġun li ġej se jkun hemm 14-il tim fil-Kampjonat Premier? Ma tanx naqbel magħha personalment, imma ovvjament naħseb li min ħareġ bl-idea jaf x'inhu Il-Ġojjell ta' Hibernians FC u tat-Tim Cristian Antony Muscat Jurgen Degabriele - plejer li jista' jitqies bħala ġojjell kemm ta' Hibernians FC kif ukoll tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Ġie vvutat bħala l-aqwa plejer żagħżugħ kemm -Unuri mogħtija mill- MFA kif ukoll f'dawk tal-MFPA. Ikklassika wkoll bħala t-tieni l-aqwa skorer overall tal-Kampjonat BOV Premier u l-ewwel mill-plejers Maltin b'16-il gowl. "Kien ħafna diffiċli għax nemen li ma kienx hemm tim li ma setax jieħu punti lil xulxin. Kien kampjonat bilanċjat ħafna u iktar sabiħ għalija personali għax ipparteċipajt ħafna iktar fih, allura ovvjament huwa għal qalbi ħafna." "Dan l-istaġun huwa memorabbli iktar għax nemmen li ħadd ma ħaseb jew basar li aħna nistgħu nieħdu l-Kampjonat imma bis-saħħa tal-għaqda li hemm fid-dressing room għamilnieha u sirna Champions ta' Malta."