Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632
12 illum | Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 Lil hinn mid- daħna s-sewda Il-ħajja tar-residenti ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa wara l-waqfa mill-użu tal-HFO fi l-powerstation FTIT tal-ġimgħat ilu, b'ċerimonja li mmarkat mument storiku għal Malta, il-Power station ta' Dellimara bdiet titħaddem bil-gass u b'hekk temm darba għal dejjem l-użu tal-'heavy fuel oil'. Dan ġab miegħu tama ta' litteralment nifs ġdid, għall- Maltin, speċjalment għar-resident ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa li kien ilhom snin jgħixu bl-effetti tad- duħħan tal-powerstation. Hekk kif waqt iċ-ċerimonja l-Prim Ministru Joseph Muscat tefa l-magni li kienu qed iħaddmu l-power station li taħdem bil-heavy fuel oil darba għal dejjem huwa qal li "Għalaqna darba għal dejjem il-fabbrika tal-kanċer u llum stess qed jiġi kkonfermat li pajjiżna qiegħed fuq produzzjoni ta' enerġija nadifa". Għal ħafna dan il-mument kien wieħed storiku u importanti għall- ambjent u s-saħħa tar-residenti, għal oħrajn ta' valur politiku kbir hekk kif il-Gvern wettaq il-wegħda ta' enerġija nadifa, u għal oħrajn suġġett ta' kontroversja politika. L-ILLUM kellmet numru ta' residenti minn Marsaxlokk u Birżebbuġa biex tara kif din il-bidla għall-użu tal-gass minflok tal-'heavy fuel oil', se tibda teffetwalhom ħajjithom, b'kuntrast mas-snin li għaddew, meta dawn l-istess residenti kienu jaqsmu l-ħajja ta' kuljum tagħhom mad-daħna s-sewda. 'Arja aktar nadifa għan-neputijiet tiegħi...' Mara li tgħix il-Qajjenza, Birżebbuġa sostniet li "qed nieħu nifs aħjar u dak it-trab iswed li kien ikolli fuq il-bejt u anke ġewwa d-dar, issa mhux se jkolli aktar," hekk kif żiedet tgħid li "meta jaqbel ir-riħ lejna, aħna r-residenti tal-Qajjenza konna nibilgħu d-duħħan aktar minn postijiet oħra f 'Birżebbuġa." Hija temmet tgħid ma' din il-gazzetta li kuntenta li n-neputijiet tagħha se jikbru b'arja aktar nadifa milli kellhom huma u wliedha. 'Dħaħen u tniġġiż kullimkien hemm...' Resident ta' Birżebbuġa, iżda li trabba Marsaxlokk stqarr mal-ILLUM li skont hu, il-problema tat-tniġġiż qatt ma kienet xi waħda riservata għan-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta biss, jew li totalment tort tal- power station. Infatti huwa qal li sa minn tfulitu jgħix Marsaxlokk, ma tantx kien jagħti xi każ partikolari għat-tniġġiż mid-duħħan tal-power station għax kullimkien hemm it-tniġġiż Malta u dan ġej mill-karozzi. Huwa qal li bejn Birżebbuġa, fejn joqgħod bħalissa, u kull post ieħor fejn jieħdu x-xogħol tiegħu, kullimkien jiltaqa' dħaħen u 99% ġej mill-ħafna karozzi li hawn fi t-toroq. "B'mod ġenerali għall-pajjiż, issa almenu mingħajr id-dħaħen tal-powerstation, issa forsi jonqos naqra t-tniġġiż fl -arja minħabba l-bidla għall-gass."