Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632
Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum Minn Brussell 15 għall-quċċata f '4 snin Silvan qal ukoll li anke f 'Għawdex tinħass l-bidla dwar l-LGBTIQ's, meta kien mistoqsi dwar li Għawdex il- gays u l-lesbjani għadhom ftit moħbija minħabba li l-kultura hi differenti. "Il-fatt li hemm organizazzjoni tal-LGBTIQ f 'Għawdex diġà hu pass pożittiv. Barra hekk għamilna 'zebra jew aħjar rainbow cross fil-belt kapitali ta' Għawdex, anke jekk hi ħaġa żgħira tgħin biex jitrawwem kuxjenza favur persuni gay, lesbjani, trans eċċ. Issa jekk tistaqsini jew dawn in- nies għadhomx isibuha diffiċli li joħorġu fil-beraħ f 'Għawdex, inwieġeb li probabbilment iva, iżda din nemmen li tiġri fl-Ewropa kollha meta toħroġ barra mill-bliet prinċipali u tmur fil-villaġġi żgħar. Hemm bżonn aktar enerġija fil-ġlieda tagħna għal aktar għarfien" Tkellmet ukoll ġurnalista lesbjana li qalet li hemm bżonn aktar, "li nuru li aħna lesbjani jew gays milli nitkellmu. Jien kif nara lil partner tiegħi tkun fejn tkun inbusha u ngħidilha li nħobbha fejn jista' jarana min irid, għax b'hekk inkunu qed nuru li aħna m'aħniex differenti mill-kumplament tas-soċjetà." 'Għax jiena gay u ma nemminx f 'reliġjon ir-reġim Sirjan ried jarrestani' – Mahmoud Hassino Mamoud Hassino hu Sirjan li kellu jaħrab mis-Sirja u llum hu rifuġjat Berlin, bi blog favur l-LGBTIQ's u darba kien anke organizza Mr Gay Sirja f 'Istanbul. He kellu jaħrab mis-Sirja għax kellu opinjoni u r-reġim kien qed ifittxu biex jarrestah. Mahmoud qal li minn meta kellu 4 snin kien mar jgħix mal-familja tiegħu fis-Sawdi Arabja. Ommu kienet mara normali iżda fi ftit snin ġiet sfurzata biex tgħatti wiċċha u anke tilbes ingwanti. Qal ukoll li ra żewġ maħbubin gays jaqtgħulhom rashom u minn età żgħira ma baqax jemmen fl-ebda reliġjon u mar is-Sirja. "Irrid nagħmilha ċara li jien ma tlaqtx mis-Sirja minħabba l-ISIS iżda minħabba r-reġim li ried jarrestani minħabba li kelli opinjoni dwar il-gays u dwar ir-reliġjon u tlaqt fl-2011. Ir- reġim kien qed jiċċekkja kulma niktbu u s-sesswalità tagħna kienet qed taħdem kontrina. Fuq il-karta jingħad li r-reġim hu sekulari iżda fir-realtà mhux hekk. Għandna dittatorjat u jekk titkellem kontra r-reġim jarrestawk bi skuża jew oħra. "Bħala liġi qatt ma kien hemm li ma tistax tkun omosesswali. Iżda fl-1973 li daħlet fil-kostituzzjoni xi parti reliġjuża. Iżda dan l-artiklu fil-kostituzzjoni Sirjana daħal meta konna okkupati mill- Franċiżi bħalma għandhom l-Alġerija u anke t-Tuneżija. Meta bdiet il-gwerra bdejt nuża l-internet u nitkeb dwar il-gays għax jien bniedem li ma nafx nagħlaq ħalqi u kelli naħrab." Illum Mahmout għandu organizazzjoni f 'Berlin fejn imexxi kampijiet tal-LGBTIQ's refuġjati fejn dis-sena biss kellu fihom 1,400 persuni LGBTIQ. "Tinsiex fid-dinja Musulmana hi diffiċli li toħroġ fil-beraħ li int gay jew lisbjana jew 'whatever' għalhekk sa ma joħorġu fil- beraħ inżommuhom flimkien ħa jagħmlu kuraġġ" temm Mahmoud. 'Ridt noħroġ il-ġmiel tas- sesswalità omosesswali' – Kris Micallef Kris Micallef hu artist Malti ta' 29 sena, li jispeċjalizza f 'arti fotografika mill-isbaħ billi jagħti senswalità, lill-arti tiegħu. Ritratti bbażati fuq l-imħabba ta' gays u lesbjani iżda b'mod mill-aktar b'saħħtu u miftuħ b'laqta senswali aktar milli sesswali. Fil-Bozar fi Brussell li hu l-mużew tal-fine arts, din l-esebizzjoni ntlaqgħet tajjeb sew mill-kommunità LGBTIQ iżda wkoll minn gruppi ta' studenti li daħlu jaraw din l-esebizzjoni miġbuda kollha fil-qiegħ tal-baħar jew aħjar kif inhi msemmija Underwater Love, ir-renju ta' qiegħ il-baħar. "Dawn ir-ritratti ħdimnihom fuq żewġt isjuf u ħdimnihom lejn tmiem is-sajf għax billi ħadnihom Kemmuna ridna li ma jkunx hemm daqshekk nies u dgħajjes li jtellfu l-viżibiltà ta' taħt wiċċ il-baħar. Warajhom kien hemm tim mhux waħdi, kien hemm jien u oħrajn għax ġieli domna tliet sigħat taħt l-ilma telgħin u neżlin." Kris qal li fir-ritratti tiegħu fittex naqra minn kollox, senswalità, sesswalità u mħabba. "Ridt noħroġ ukoll l-idea tal-ġmiel fis-sesswalità omosesswali. Però kull ritratt kellu storja warajh. Pereżempju ir-ritratt li għażilt int (arawh fil-paġna) huma ta' żewġ irġiel magħquda flimkien jinħabbu. Hemm oħrajn li jidhru jaqbżu fl-ilma li qed jieħdu gost u fih hemm l-ispirtu tal-libertà sesswali. Kull ritratt hu miftuħ għall-interpretazzjoni ta' dawk li jarawhom. Fihom sfidi li jgħaddu minnhom il-persuni LGBTIQ. Fejn ippruvajt noħroġ dawn il-persuni miftuħa fis-sesswalità tagħhom jew hemm oħrajn li jinħbew minnha." Kris Micallef qal li xi sitt snin ilu kien mar jara esebizzjoni l-Bozar u kien ħolom li xi darba jkollu waħda tiegħu, "u meta qaluli issa biex nagħmel waħda jien ħassejt li lħaqt il-quċċata tal-karriera tiegħi. Iżda m'iniex se nieqaf hawn u l-ħolma tiegħi li jkolli xogħlijiet oħra madwar id-dinja u żgur li din il-presidenza Maltija se tibqa' f 'moħħi għal dejjem." Neħħejna t-tariffi tar-roaming. Mis-sajf li ġej, ivvjaġġa kullimkien fl-UE bla ma toqgħod tinkwieta fuq kontijiet bla kontroll. Aċċertajna wkoll suq iktar kompetittiv billi llimitajna t-tariffi bejn operaturi internazzjonali tat-telekomunikazzjoni. TLABTNA NNEĦĦU GĦALKOLLOX IT-TARIFFI TAR-ROAMING WETTAQNA DAK LI XTAQT Inpoġġuk fil-qalba tal-Ewropa Kris Micallef l-artist b'wirja mill- aqwa 'Underwater Love' fil-Bozar fi Brussell Mahmoud Hassino Sirjan Gay u ateu li kellu jaħrab mis-Sirja għax ir-reġim ried jarrestah