Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum Opinjoni 17 D in l-elezzjoni ddeċidejt li nsegwiha mid- dar, eżattament permezz tal-media soċjali, kemm f 'dak li għandu x'jaqsam ma' meetings, diskorsi politiċi u fuq kollox kummenti ta' kull tip u għamla li n-nies ikunu qed jagħmlu fuq dan is- suġġett. F'dan il-kuntest laqtni post li ttella' mill-kollega tiegħi, Giorgio Peresso, fuq paġna li għandu f 'wieħed mis-siti soċjali l-aktar popolari mal- Maltin. Din kienet karikatura qadima, magħmula mill- Partit Laburista, jew kif kien jissejjaħ, qabel il-gwerra bħala l-Partit tal-Ħaddiema. Fiha, il-Partit tal-Ħaddiema għajjar lill-Partit Nazzjonalista u qallu kliem profetiku, li l-partitarji tiegħu qatt ma jieħdu xejn ħlief iservu ta' staffa biex tinqeda klikka. Bi klikka f 'dik il-ħabta, jiġifieri fis-snin għoxrin u l-bidu tas- snin tletin tas-seklu l-ieħor, kienu jifhmu professjonisti primarjament tal-liġi. Il- verità hija, li meta Malta ħadet is-self-government u ddaħħlet is-sistema elettorali li għandna llum, jiġifieri dik tas-single transferrable vote, mhux klikka waħda spiċċa għandna iżda klilek. Għalhekk dak is-supporter Nazzjonalist li qed jidher iservi ta' staffa, iżomm borgeż fuq dahru, biex skont l-avversarji politiċi, jgħin lin-Nazzjonalisti, isaħħu l-interessi ta' klikka mingħajr ma jieħu xejn għadha attwali għal-lum. Anzi llum il-Partit Laburista qed ikun mgħajjar mil- Laburisti stess li huma spiċċaw iservu ta' staffa ħalli klikka li ffurmat fil-moviment, ikkreat fl-2013, tpaxxiet matul dawn l-erba' snin askapitu tal- laburisti genwieni. Mhux ta' b'xejn li qed naraw numru ta' switchers jiddefendu lill-gvern iżda dawn mhux fl-interessi tal-ħaddiema qed jagħmluh iżda biex jiddefendu l-ħlas eżorbitanti li ngħataw. Jafu li jekk ma jitlax il-Labour, ser jitilfu l-pappa kollha li qed igawdu sa issa. Jekk f 'dan il-perjodu tal- għoxrinijiet, il-klikka kienet assoċjata mal-avukati, illum dan il-kunċett infetaħ aktar u fih daħlu setturi oħra tas- soċjetà tagħna. L-anqas hu xi kunċett marbut ma' xi partit jew ieħor. Kull partit f 'Malta kien akkużat matul diversi kampanji elettorali passati li jagħmel biss l-interessi tal- klikka tiegħu. Infatti, waħda mit-temi ewlenin ta' din l-elezzjoni hija l-korruzzjoni, preżunta jew le. Il-partiti l-kbar qed jitkellmu fuqha. Il-Partit Nazzjonalista qed jakkuża lill-Gvern li f 'Kastilja hemm klikka ta' nies korrotti u din il-klikka hija mmexxija mill-Prim MInistru. Hemm ir-reazzjoni tal-istess Prim Ministru. Hu stess qed jiddiskutiha u dan juri l-preokkupazzjoni tiegħu dwarha. Naħseb li ser tgħiduli. Sa hawn ma għidt xejn ġdid. Personalment nemmen li hemm il-korruzzjoni u l-mod kif il-Prim Ministru ddefenda liċ-Chief of Staff tiegħu u anki lill-Ministru Konrad Mizzi tefa' l-ġebla fuq saqajh. Qabel l-elezzjoni tal-2013, kont għamilt kumment li Konrad Mizzi ser irebbaħ l-elezzjoni lil-Labour u Konrad Mizzi ser ikun li jtellef l-elezzjoni ta' wara lill-istess Labour. Għaliex anki jekk verament dawn innoċenti u vittma ta' kalunji, l-affarijiet xorta qed jidhru mċajpra. Biss il-mistoqsija tiegħi hija din. Il-klikek ta' korruzzjoni f 'Kastilja biss qegħdin? Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nitkellem dwar sitwazzjonijiet li għaddejjin minn pajjiżna, iżda la l-gvern u l-anqas l-oppożizzjoni ma huma qed jitkellmu dwarhom. Biss dawn ser ikollhom effett fuq kif ċertu nies jivvutaw jew ma jivvutaw xejn matul din l-elezzjoni. Nibda biex immur għad- dibattitu li sar fl-Univeristà. Dan segwejtu kollu minn fuq il-media soċjali. Matulu, il-Prim Ministru tkellem fuq il-viżjoni tiegħu ta' Malta tal- lum u ta' għada. Qal li qed jara tliet pilastri li fuqhom ser ikun qed jibni Malta ġdida. Tnejn minnhom huma dawk tal- edukazzjoni u tas-saħħa. Fil- qasam tal-edukazzjoni, naħseb li kellu f 'moħħu l-Università Amerikana. Fil-qasam tas- saħħa żgur kellu f 'moħħu l-ftehim li Konrad Mizzi għamel ma' Barts fost l-oħrajn. Nixtieq nieqaf fuq x'qal il- Prim Ministru dwar il-qasam tas-saħħa. Kif pajjiż jista' jiftaħar li ser ikollu servizz eċċelenti tas-saħħa meta llum biopsy f 'Mater Dei trid tliet ġimgħat sakemm tkun taf ir-riżultat tagħha. Jekk tkun xiħ jew ta' ċertu età, wisq probabbli tilħaq tmut sakemm jasallek dan ir-riżultat. Ħadt pjaċir nisma' d-diskors tal-Prim Ministru meta f 'Ħal Tarxien qal li spiċċaw il-kju tal-operazzjonijiet l-isptar. Biss kemm hu minnu dan? U jekk minnu, kif intlaħaq dan ir-riżultat? Jew din hija perċezzjoni ta' problema akbar marbuta fost l-oħrajn mal-problema ta' sodod fl-isptar? Jien demografu. L-isptar baqa' kif kien waqt li l-popolazzjoni tagħna għadha qed tiżdied u waħda mill-kawżi ewlenin ta' din iż-żieda hija li qed jiżdiedu x-xjuħ. Mela kif setgħu naqqsu l-morda fl-isptar? Fil-verità dan ir-riżultat qed jiġi milħuq biss għaliex pazjenti qed jintbagħtu d-dar allavolja ma fiqux għal kollox. F'numru ta' każi, xi wħud qed ikollhom jerġgħu jiddaħħlu b'emerġenza l-għada jew fil-ġranet ta' wara. Oħrajn qed jilħqu jmutu. Infermiera stess jgħidulek li għandhom istruzzjonijiet li josservaw il-pazjenti. Dawk xjuħ li jkollhom qraba jiġu jarawhom, ikunu dawk li l-ewwel jitqalftu 'l barra mill- isptar. B'hekk iridu nnaqqsu l-pazjenti mill-kuruturi tal-isptar? Illum spiċċajna li jekk trid li missierek xiħ jew ommok xiħa tiġi mfejjaq, tmurx tarah jew taraha għax b'hekk iżżid iċ-ċans li tinżamm ftit aktar fl-isptar! B'dan il-mod, pajjiżna jrid jilħaq l-eċċellenza fis-saħħa? Għandna biex inkunu kburin issa li ma hemmx sodod fil- kuruturi tal-isptar? F'ċertu każi, b'mod partikolari, dawk il-pazjenti li ma jmorrux privat, żidilhom iż-żmien biex isir fuqhom xi intervent. Dan jittawwal biex finalment ma jsir qatt. Mhux l-ewwel darba jkunu skoraġġiti biex jagħmluh, meta jkunu għadhom tajbin ħalli ma jkollniex lista twila ta' stennija u mbagħad meta verament ikollhom bżonnu, jgħidulhom "ħeqq issa ma tistax tagħmlu għax saħħtek ma tagħtikx". B'hekk irridu nniżlu l-lista tal- operazzjonijiet? Iżda dawk li jmorru privatament ikollhom trattament ieħor. Dawk jinqabżu l-listi. Din mhix korruzzjoni wkoll? Is-sistema tal-isptar tagħna hija baronali. Għaliex fl-operating theatres, ħafna drabi, ma jsirux operazzjonijiet wara nofsinhar? Ovvja. Għax il-professur ikun qed jara l-klijenti f 'dak il-ħin. Inutli li jsiru diskorsi dwar management tal-isptarijiet, għaliex fl-operating theatres jikkmanda min jopera u ħafna drabi min jopera jara l-klijenti wara nofsinhar. Jekk xi ħadd imur għand professur biex jarah privatament u jħallsu tajjeb, min hu sid dak il- professur biex iqabbżu l-kju għaliex f 'daqqa waħda dan sar każ urġenti? Min ser iwaqqa' l-kelma tal-professur fl-isptar? Il-politiċi ma jridux jattakkaw din is-sistema. Huma għandhom numru ta' sodod riservati għalihom l-isptar, irrispettivament jekk ikunx hemm pażjenti fil-kurutur jew le. Fil-każ tagħhom, nista' niggarantixxi li mhux ser jitfgħuhom 'il barra malajr u r-riżultati tal-biopsy ma jiħdux tliet ġimgħat biex jaslu! Il-Prim Ministru semma' f 'Ħal Tarxien li pass li jmiss hu li jitnaqqsu l-lista ta' stennija għal dawk li jixtiequ jdaħħlu l-qraba tagħhom fi djar tal-anzjani. Mhux ser ngħid li din l-istennija qed tonqos għaliex jekk l-anzjani li jkollhom bżonn ta' operazzjoni, u l-mod ta' kif qed titħadem is-sistema, ser twassal biex jilħqu jmutu u b'hekk ma jkollhomx la bżonn ta' operazzjoni. B'hekk l-anqas ikollhom bżonn li jmorru f 'xi dar tax-xjuħ. Biss jekk verament il-Prim Ministru għandu interess fix-xjuħ, għandu jmur sa' San Vincenż waqt ħin l-ikel. Nistenna l-Prim Ministru jmur għall- għarrieda f 'dan l-isptar u jiekol l-ikel li jieklu l-pazjenti. Xi drabi, u aktar minn darba, l-anqas il-kelb tiegħi ma jiekol l-ikel offrut lill-pazjenti f 'dan l-isptar. Naf persuni li marru l-customer care bl-ikel. Biss dawn l-istrutturi huma biss daħq fil-wiċċ. Xi ħadd tkellem fuq dawn il- problemi veri tan-nies matul din il-kampanja elettorali? Dan jgħodd b'mod partikolari għall-Oppożizzjoni. Matul din il-kampanja, l-Oppożizzjoni ppruvat tagħti xi soluzzjonijiet għal dan l-abbuż? Din id- darba, l-Oppożizzjoni ħarġet numru ta' kandidati tobba. Kollha tkellmu dwar it-travu tal-korruzzjoni f 'għajnejn il- Gvern. Biss ħadd minn dawn il-kandidati tobba tal-Partit Nazzjonalista ma tkellem dwar it-tibna ta' korruzzjoni li hemm l-isptar. Konrad Mizzi u Keith Schembri biss korrotti? Fil-verità ħadd ma jrid jitkellem dwar dan għaliex jekk tgħid il-verità f 'dan il- qasam, bħal kull qasam ieħor f 'pajjiżna, tbati l-konsegwenzi. B'hekk qed ikun garantit il- barunaġġ fewdali fis-sistema tas-saħħa f 'pajjiżna u f 'dan il- proċess, l-interessi tal-klikka jkomplu jirrenjaw. Simon Mercieca huwa opinjonista SIMON MERCIECA Mhux ta' b'xejn li qed naraw numru ta' switchers jiddefendu lill-gvern iżda dawn mhux fl-interessi tal-ħaddiema qed jagħmluh iżda biex jiddefendu l-ħlas eżorbitanti li ngħataw Biss ħadd minn dawn il-kandidati tobba tal-Partit Nazzjonalista ma tkellem dwar it-tibna ta' korruzzjoni li hemm l-isptar. Konrad Mizzi u Keith Schembri biss korrotti? Il-korruzzjoni u l-klikek fis-sis- tema tas-saħħa ta' pajjiżna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017