Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632
4 illum | Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 Eks PM, artisti, kittieba u individwi b'numru ta' proposti għall-elezzjoni Jipproponu li d-dritt ta' paga minima diċenti jkun imnaqqax fi l-kostituzzjoni Minn Albert Gauci Cunningham NUMRU ta' artisti, kittieba u anke individwi, flimkien mal-eks PM ta' Malta Karmenu Mifsud Bonnici qed jagħmlu diversi proposti pre-elettorali, li kellhom jitressqu quddiem iż-żewġ partiti politiċi fl-aħħar sigħat. Fost il-proposti li qed isiru hemm dik illi d-dritt għal paga minima nazzjonali diċenti, biex tkun biżżejjed għall-għixien tal-ħaddiem u l-familji, tkun imnaqqxa fil- kostituzzjoni. Id-dħul tal-ħaddiem u l-kundizzjonijiet fuq il-post tax- xogħol fil-fatt huma parti kruċjali minn dak li dan il-grupp qed isejjaħ 'manifest soċjali'. Tant li dawn l-individwi, magħqudin bil- prinċipju iktar minn kollox, qed jitolbu lill-Gvern li se jkun maħtur wara l-elezzjoni tat-3 ta' Ġunju biex jieħu azzjoni kriminali kontra min jisfrutta l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjiegi irregolari. Dawn l-individwi qed jisħqu illi l-Gvern għandu jaħdem għal aktar ugwaljanza soċjali billi, "jara li kulħadd ikollu d-dritt għal residenza diċenti b'kera li tkun aċċessibbli għal kulħadd bi prezzijiet raġonevoli." Għalkemm tindika dak li kienet ipproponiet Yana Mintoff dwar kontrolli fuq kemm kirjiet jistgħu jogħlew, il-proposta ma tagħmilx referenza diretta għas-sistema li kienet ipproponiet l-istess Mintoff u li kienet żvelat din il-gazzetta. Dan il-manifest qed jagħmel proposta ċara wkoll biex isiru dawk li qed isejjaħ 'reference budgets' , fejn l-għoli tal-ħajja jiġi mkejjel f 'rabta ma' kemm persuna tonfoq għall-ħtiġijiet essenzjali u partikolari tagħha." Fil-qasam tal-ambjent dan il- grupp ta' nies qed jitolbu li tinbidel il-politika tal-għoli tal-bini, li jsir sforz biex jinħolqu aktar spazji ħodor l-aktar f 'żoni ta' popolazzjoni u moratorju fuq bini f 'ODZ (Żona barra l-Iżvilupp). Finalment, dan il-grupp li jlaħħaq mad-90 persuna, qed jinsisti li Malta għandha tibqa' tgħożż l-identità ta' pajjiż newtrali u "tibqa' topponi l-gwerer u l-azzjonijiet militari ... u jaħdem biex jiġu żarmati l-armamenti u l-bażijiet fil- Mediterran." Fost dawk li ffirmaw tali proposti, apparti l-eks PM laburista, hemm l-awtur Alex Vella Gera, Mark Camilleri, Fr Vince Magri li jmexxi l-Istitut Paolo Freire, Andre Callus mill-Moviment Graffiti, Andrea Dibben vuċi qawwija favur id- drittijiet tan-nisa, Michael Grech opinjonista tal-ILLUM u Johanna Mc Rae, vuċi qawwija favur inkwilini u l-Professur Peter Mayo. Magħhom jingħaqdu bint l-eks PM Laburista Dom Mintoff, Yana Mintoff, Fr Mark Montebello u Dun Anġ Seychell. Kollox jibqa' l-istess "IKUN hemm min ikun hemm fil-gvern, jitbiddlu l-partiti, jitbiddlu l-uċuh, iżda kollox jibqa' l-istess," hekk sostna ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola li kompla jgħid ukoll illi, "l-PN u l-PL qegħdin jikkonfermaw li t-tnejn huma favur il- kaċċa fir-rebbiegħa. Aħna ngħidu bla tlaqliq li aħna kontra. Joseph Muscat irid inaqqsilhom il-multi. Simon Busuttil mhux biss issa qed jgħid li vvota favur il-kaċċa, meta lill-ambjentalisti qalilhom bil-maqlub, talli qed jgħid li l-kaċċa fir-rebbiegħa hi 'case closed'. Fil-waqt li aħna nirrispettaw ir-riżultat tar-referendum għalina l-każ ma jkunx magħluq sakemm il-kaċċa fir-rebbiegħa tieqaf." "Il-PN u l-PL jaqgħu fil-muta dwar il-boathouses illegali fl- Armier fl-Aħrax tal-Mellieħa, f 'San Tumas u postijiet oħra," sostna Cassola li fakkar kif l-AD tgħid bla tlaqliq li dawn kollha jridu jitwaqqgħu. "Il-PN u l-PL jaqblu t-tnejn li għandha ssir il-mina bejn Malta u Għawdex. Minkejja li lanqas għadu biss ġie ppubblikat studju ġeoloġiku wieħed, Simon jgħid li kif jitla' fil-gvern jibda jħaffer, u Joseph iwiegħed li sa 7 snin oħra tkun lesta." Fi stqarrija pjuttost iebsa ilhom 9 snin jitmellħu bl- Għawdxin bil-wegħda ta' fibre optic cable u fast ferry li ma rajnihomx b'nemes. Tant għadda malajr il-fast ferry li lanqas rajnieh. Aħseb u ara kif ser ilestu proġett tant ikkumplikat bħall-mina f '7 snin. Aħna bla tlaqliq ngħidu li dan il-proġett enormi mhux sostenibbli għal pajjiżna, mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali. Il-PN u l-PL t-tnejn jaqblu li għandha tinbena korsa tal-karozzi tat-tlielaq f 'Malta. Muscat irid isallab lir-residenti tal-Mosta u Ħ'Attard bit-tniġġis ta' ħsejjes u arja b'korsa f 'Ta' Qali; Busuttil minflok irid li jkunu r-residenti ta' Ħal Kirkop, Ħal Safi u l-madwar li jgawdu dan l-inkonvenjent minn korsa f 'Ħal Far. Aħna ngħidu bla tlaqliq li minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna ma hemm l-ebda lok għal ebda track ta' dan it-tip fl-ebda parti ta' pajjiżna. U xi ngħidu għall- istituzzjonijiet ta' pajjiżna? Ħlief l-Uffiċċju tal-Ombudsman u tal-Awditur, dawna spiċċaw biex jaqdu l-interessi tal-gvern tal-ġurnata u jieħdu l-ordnijiet mill-Prim Ministru tal-ġurnata. Addio checks and balances u min jieħu l-gvern jieħu kollox: mill-BOV sal-Enemalta; mill- Kunsill tal-Isports sat-Teatru Manoel; mill-Water Services sa Monte Carmeli u Mater Dei; mill-Brigadier tal-Armata sal- Kummissarju tal-Pulizija. L-affarijiet ma jistgħux jibqgħu sejrin hekk. Aħna qegħdin nipproponu fil- manifest tagħna li l-parlament għandu jieħu lura mingħand il-gvern il-poter li jaħtar l-ogħla karigi fl-istituzzjonijiet u aġenziji tal-istat wara smigħ pubbliku. Korruzzjoni u l-Malta Files U xi ngħidu għall- korruzzjoni? Lanqas naf minn fejn nibda. F'50 sena ż-żewġ partiti li ħatfu kollox wassluna għal dan kollu. Tafu li lbieraħ ħarġu rapporti fil-media internazzjonali dwar is-servizzi finanzjarji ta' Malta, ibbażati fuq dawk li qed jissejħu l-'Malta Files'? Mijiet ta' eluf ta'dokument sigrieti dwar it-taħwid finanzjarju f 'Malta mikxufin mad-dinja kollha. Tafu x'qed jgħid dwarna? Kumpaniji internazzjonali jużaw lil Malta bħala bażi tal-pirati. Malta bażi tal-pirati u l-piraterija għall-iskartar tat-taxxi fl-Unjoni Ewropea. Prosit kbira liż-żewġ partiti li fil-parlament approvaw liġijiet li ġabuna bejta tal-pirati. U tafu x'aktar qed jgħidu? U nikkwota: 'Malta has become a target for firms linked to the Italian Mafia, Russian loan sharks and the highest echelons of the Turkish elite' – il-mafja Taljana, l-użuraj Russi u l-elit Tork. Prosit immens! Is-sitema PL u PN wasslet biex pajjiżna jikseb din ir- reputazzjoni tant ħażina. Araw fiex ġabuna. Sistema li wasslet għal abbużi sfrenati. Kunflitti ta' interess lampanti u nuqqas totali ta' mġiba etika. Ewlenin fosthom ma nistax ma nsemmix lil Konrad Mizzi u Keith Schembri. Imma l-maġġoranza tal-Maltin m'għandhomx x'jaqsmu mal- politiċi delinkwenti li jaħsbu biss fl-interessi tagħhom. Vot Alternativ, vot nadif Fil-pajjiz hawn eluf ta' Maltin onesti. Jekk xbajtu taraw lil Keith Schembri jmexxi lill-gvern minn imnieħru. Jekk xbajtu mis- sistema li tħalli dan kollu jiġri. Jekk xbajtu mill- istituzzjonijiet dgħajfa apposta – iddisinjata hekk mill-PN u l-PL. Huwa biss vot għall- Alternattiva Demokratika li jista' jassigura li fil-parlament ikun leħen tar-raġuni. Leħen kontra l-korruzzjoni u tarka kontra l-abbuż mill-istituzzjonijiet. Illum għandkom opportunita, li ssaħħuna ħa nbiddlu l-istorja tal-pajjiż. Vot Alternattiv, vot nadif. Vote Green, vote clean.