Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Elezzjoni2017 5 Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum 2017 Minn Veronica Lynn Mizzi ILKAP tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li Partit Nazzjonalista fil-Gvern ikun qed iżomm l-Istitut tal- Istudji Turistiċi f 'San Ġiljan, "fil-qalba tat-turiżmu," filwaqt li jkun qed itejjeb is-servizz, b'ITS modern. Minkejja dan, Busuttil sostna li l-ewwel se jkun qed jistenna lill-Avukat Ġenerali jtemm l-investigazzjoni tiegħu dwar is-sit fejn preżentament hemm l-ITS. "Jekk id-deċiżjoni tal- awditur tirriżulta li mhux regolari, inħallu kollox fejn hu u niżviluppaw dak li hemm. Però jekk l-awditur jgħid li kollox huwa regolari, se nkunu qed inċaqalqu s-sit fl-istess żona." Minkejja dan, meta mistoqsi dwar jekk instabx sit alternattiv dwar dan, Busuttil saħaq li dan għadu ma sarx. Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ f 'Ħal Qormi biex iħabbar iktar proposti tal-PN fil-qasam tal-edukazzjoni, Simon Busuttil qal kif Gvern Nazzjonalista jibni skola għall- performing arts fuq l-istess kunċett tal-iskola tal-isport. Busuttil sostna li l-Gvern Nazzjonalista jagħti lura wkoll iż-żidiet li kienu tħallsu bħala tariffi fuq l-eżamijiet tal- Matsec. Tħabbar ukoll li se jkun qed isir titjib fil-kundizzjonijiet u tnaqqis mill-workload tal-għalliema biex dawn ikunu jistgħu jiffukaw direttament fuq it-tagħlim. Fil-fatt, Busuttil insista li jekk ikun elett fil-Gvern, Partit Nazzjonalista jara li l-edukaturi jingħataw lura l-ogħla rispett billi jitjiebu l-kundizzjonijiet u l-pagi, filwaqt li jiddaħħlu kodiċi ta' mġiba u dixxiplina għall- istudenti fl-iskejjel. Dwar il-Learning Support Assistants, li hija professjoni tant meħtieġa fil-pajjiż fil- preżent, il-PN qal li se jkun qed iżid ir-riżorsi umani fl-iskejjel partikolarment LSAs, billi jitjibulhom il- kundizzjonijiet ħalli iktar żgħażagħ jitħajru għal din il-professjoni. Dan filwaqt li semma skemi ta' sigħat flessibbli, kif ukoll jiġu mħajra għalliema u LSAs li m'għadhomx jaħdmu, sabiex in-numru jiżdied fl-immedjat. Il-Partit Nazzjonalista għamel aċċenn ukoll għall- iskejjel privati u indipendenti, fejn sostna li jeħtieġ li jkun hemm relazzjoni msaħħa f 'dan ir-rigward billi jissaħħaħ l-appoġġ u jkunu inklużi kemm jista' jkun, f 'dak li jkun qed iseħħ, dejjem jekk dawn ikunu jridu. Dwar l-edukazzjoni post-sekondarja, Simon Busuttil qal kif l-MCAST għandha tingħata attenzjoni b'faċilitajiet iktar moderni u opportunitajiet ta' placements barra l-pajjiż. Qal ukoll kif studenti li se jkunu qed jiggradwaw mill-MCAST għall-inġinerija, jingħataw il-warrant. Għall-proposti edukattivi għall-Univeristà, il-PN insista li għandhom jitjiebu l-faċilitajiet sportivi, waqt li jinbnew studios, kemm għall- performing arts, kif ukoll għas-settur diġitali. Fost iktar proposti, il-PN qal kif se jkun qed jiżdied sostanzjalment il-baġit fil- qasam tar-riċerka, minn 0.6% tal-GDP għal 3% fuq medda ta' 5 snin. Dwar l-għajnuna lill-istudenti fil-livelli ta' Dottorat, Busuttil qal li dawn ikunu jeħtieġu l-għajnuna waqt li jkunu qegħdin jagħmlu l-kors tal-istudji tagħhom, u mhux daqstant wara li jkunu temmew l-istudju. Għaldaqstant, ippropona li jiżdiedu sostanzjalment il-fondi għall-ischolarships għall-istudenti fil-livell ta' PhD. Il-Partit Nazzjonalista propona wkoll li jekk ikun fil- Gvern, se jkun qed jiġġenera iktar investiment fil-qasam tal-edukazzjoni privata fil-livell post sekondarju billi jinħolqu skemi ta' scholarships apposta għal studenti Maltin, u dan filwaqt li jkunu appoġjati istituti privati li jkunu orjentati fuq ir-riċerka. Il-PN iwiegħed li jżomm l-ITS f 'San Ġiljan Simon Busuttil iħabbar iktar proposti fi l-qasam tal-edukazzjoni, fosthom il-bini ta' skola għall-performing arts Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017