Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Elezzjoni2017 7 Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum 2017 X'ġiegħlek tidħol fil-politika? Twelidt u trabbejt fil-politika. Bħala żagħżugħa ħassejt li stajt nagħti kontribut iktar dirett fil-politika u allura ddeċidejt li nikkontesta l-elezzjoni tal- Kunsill Lokali fejn ġejt eletta bħala Sindku, liema kariga nservi wkoll illum. Permezz tal- politika nemmen li nista' nservi lil pajjiżi sabiex dan jimxi 'l quddiem, u naraw titjib f 'diversi setturi. Fuq xiex se taħdem jekk tiġi eletta? Matul l-aħħar għaxar snin, permezz tal-Kunsill Lokali, stajt nara x'inhuma l-problemi li n-nies jiltaqgħu magħhom, fil-ħajja ta' kuljum. Tgħallimt dwar dawk ir-realtajiet soċjali liż-żgħażagħ iridu jaffaċċjaw kuljum. Stajt nara kif jintlaqtu dawk il-familji li f 'daqqa waħda jkollhom jaffaċċjaw ċirkostanzi li ma kinux qegħdin jistennew. Jekk niġi eletta rrid nara li dawn iċ-ċirkostanzi u ċirkostanzi oħra simili tagħhom jiġu indirizzati. Bħala kandidata mara, x'temmen li għandu jsir biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara f 'kull livell, partikolarment f 'dak politiku? Bħala mara nagħraf li n-nisa jridu jaffaċċjaw diffikultajiet ikbar, speċjalment jekk ikunu ommijiet, biex ikunu jistghu jservu fil-ħajja pubblika. Li tkun mara u omm m'għandiex tkun żvantaġġ għall- parteċipazzjoni f 'livelli diversi. Minn l-esperjenza diretta tiegħi meta tokkupa karigi pubbliċi, li n-nisa kapaċi jaqdu dmirhom b'mod tajjeb anke meta jkollhom sitwazzjonijiet diffiċli. Aħna n-nisa stess għandna nagħrfu dawn il-kapaċitajiet, u nemmnu fina nfusna. Għaliex għandu jirbaħ il-Partit Nazzjonalista? Pajjiżna għaddej minn sitwazzjoni diffiċli ħafna, u qed nirriskjaw li nitilfu dak kollu li nbena matul ħafna snin. Il- Partit Nazzjonalista hu l-uniku partit li jista' jagħti d-direzzjoni li tistħoqq lil pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista matul iż-żmien li ggverna pajjiżna wera titjib bil-provi, u għaldaqstant għandu jkun il-PN li jerġa' jiġi fdat bit-tmexxija ta' pajjiżna sabiex iwettaq dak li jwiegħed. Għaliex m'għandux jirbaħ il- Partit Laburista? Min-naħa l-oħra fil-ftit snin li għaddew li fihom rajna t-tmexxija tal-Partit Laburista, stajna faċilment nindunaw kif flok ġie l-ewwel pajjiżna, ġie l-ewwel l-interess personali. Kellna diversi politiċi li flok raw li jservu lil pajjiżna, raw kif jużaw il-politika biex jisservew huma. Pajjiżna jixraqlu ferm aħjar. Jixraqlu tmexxija onesta. Ladarba l-pajjiż sejjer tajjeb, għalfejn għandu jinbidel il- Gvern? Li wieħed jgħid li pajjiżna sejjer tajjeb hi dikjarazzjoni pjuttost pożittiva għal dak li qed jiġri f 'pajjiżna. Li isem pajjiżna jitħammeġ internazzjonalment żgur ma jistax jitqies bħala kunsiderazzjoni li pajjiżna sejjer tajjeb. Li jkollok diversi li jsibuha ferm diffiċli li jkollhom ħajja deċenti sal-aħħar tax-xahar lanqas ma tista' titqies li pajjiżna sejjer tajjeb. Simon Busuttil dejjem baqa' konsiderevolment inqas fdat minn Joseph Muscat, f 'kull stħarriġ. Għaliex taħseb li qed ikun dan? Dr. Busuttil beda t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista wara telfa elettorali ta' iktar minn 36,000 vot, u ried ikollu kuraġġ kbir biex jidħol għal din it- tmexxija. Dan ġab miegħu sfida kbira għal dak li jikkonċerna l-fiduċja fil-mexxejja. Madanakollu tajjeb wieħed jinnota li l-fiducja f 'Simon Busuttil baqgħet tiżdied, u konvinta li dan ser ikompli jseħħ fil-ġimgħat li ġejjin X'ġiegħlek tidħol fil-politika? Tul dawn l-aħħar 20 sena bħala ġurnalista użajt il-pinna bħala l-vuċi tan-nies. Meta erba' snin ilu ġejt avviċinata minn Dr Joseph Muscat biex nikkontesta l-elezzjoni m'għidtx iva għax quddiemi ġibt lil binti Eliza li dak iż-żmien kellha biss 4 xhur. Għad li ma kinitx deċiżjoni faċli, ftit ġimgħat ilu kkonfermajt l-impenn tiegħi f 'din l-elezzjoni ġenerali. L-unika għan li għandi hu li sad-data tal-elezzjoni nkompli nisma' eluf ta' każijiet li kienu għadhom mhux mismugħa. Persentaġġ kbir mill-każijiet solvejnihom. Fuq xiex ser tkun qed taħdem jekk tiġi eletta? Mhux qed inħares lil hinn mit-3 ta' Ġunju. Dik prerogattiva tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat. Ikun xi jkun l-irwol tiegħi taħt Gvern Laburista, inwiegħed li se nkun viċin in-nies u nibqa' nkun il-vuċi tal-poplu dejjem u mhux meta tkun ġejja elezzjoni ġenerali biss. Se nibqa' nisma' lin-nies. U naħdem fuq dak li dejjem emmint fih: ġustizzja soċjali, ugwaljanza u l-qerda tad-diskriminazzjoni. Bħala kandidata mara, x'temmen li għandu jsir biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara f 'kull livell, partikolarment f 'dak politiku? Nemmen li għandna nkomplu nibnu fuq il- pedament sod li bnejna f 'dawn l-aħħar erba' snin. Dwar il-parteċipazzjoni fil-Parlament, nemmen li l-ħinijiet tal-Parlament mhumiex family friendly kemm jekk int raġel kif ukoll jekk int mara. Dan huwa fattur ewlieni li jbiegħed lin-nies bit-tfal żgħar mill-politika. Għandna nsibu mudell li jagħmel aktar sens, jew nikkunsidraw serjament il-kunċett li min ikun fil- Parlament jagħmel dan full time. Għaliex għandu jirbaħ il- Partit Laburista? Se nwieġbek bl-istess tweġiba li tani eks-Nazzjonalist, li se jivvota għall-ewwel darba lill-PL. Qalli li l-pajjiż għandu jkollu kontinwità b'serenità mingħajr skossi ekonomici u inċertezzi. Fi kliemu, s'issa l-PN ma kienx konvinċenti fil-ftit wegħdi li għamel. Jien nemmen li l-PL għandu jirbaħ għaliex hu l-unika partit f 'Malta fl-istorja, li sejjer għal elezzjoni b'90% tal-wegħdi elettorali mwettqa fl-ewwel erba' snin. Għandu jirbaħ ukoll għax fit-tmexxija tiegħu hemm Joseph Muscat, li wera r-rieda u l-ħila tiegħu biex imexxi dan il-pajjiż li tant jgħożż, kemm fuq livell nazzjonali u anke internazzjonali. Nemmen ħafna fil-proposti tal-Partit Laburista għaliex huma studjati tajjeb, costed u realistiċi. Għaliex m'għandux jirbaħ il- Partit Nazzjonalista? It-track record tal-PN hu l-aqwa raġuni. Aqbad il-programmi elettorali ta' kull elezzjoni u ara kemm irnexxielhom iwettqu fuq medda ta' 25 sena. Hemm track record ieħor: ilkoll rajna u smajna l-attakki u l-akkużi bla bażi li għamel il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar ġimgħat. Dawn l-attakki juru biċ-ċar sa liema punt lest jasal il-Partit Nazzjonalista biex ikun fil-poter. Barra minn hekk, nemmen li hemm diskrepanzi kbar fil-proposti ta' Dr Simon Busuttil u Dr Marlene Farrugia. Ħafna mill-proposti lanqas biss huma costed, u oħrajn saħansitra diġà ġew imwettqa mill-Partit Laburista! Ma tħossx li l-każ Panama tefa' dell fuq ix-xogħol kollu li jagħmel il-Gvern? Il-PN għandu track record li qabel kull elezzjoni jipprova jħammeġ u jitfa' t-tajn. Ħares lejn l-elezzjonijiet li saru mill-1996 u ssib li wara l-allegazzjonijiet infondati, snin wara, il-Qrati dejjem taw raġun lill-Partit Laburista. Każ tipiku: lejlet elezzjoni minnhom l-eks-Prim Ministru Eddie Fenech Adami gideb fuq Alfred Sant u snin wara nstab ħati fi proċeduri legali. In-nies rasha fuq għonqha. Il-kisbiet u r-riżultati tajbin li ġab dan il-Gvern ma jista' jħassarhom ħadd. L-ebda gidba ma tiżboq dan. Minkejja li Joseph Muscat huwa fdat iktar minn Busuttil, id-differenza bejn il-partiti llum naqset ħafna. Għaliex taħseb li hu dan? L-aqwa stħarriġ hu dak tat-3 ta' Ġunju. Nemmen li Joseph Muscat igawdi ħafna aktar fiduċja minn Simon Busuttil mhux għax qed jgħiduh l-istħarriġ imma għaliex il-fatti ħjuru li Joseph Muscat dejjem wettaq dak li wiegħed u għandu l-kredenzjali ekonomiċi ideali biex imexxi pajjiż. Min-naħa l-oħra s'issa Dr Simon Busuttil ma rnexxilux iwettaq l-aktar punti bażiċi fi ħdan il-partit tiegħu stess – fosthom ir-riforma li kien hemm bżonn internament, u li jindirizza l-problemi ekonomiċi fil-partit. In-nies kontinwament tistaqsi dwar Simon Busuttil. Jekk ma kienx kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet interni, kemm se jkun kapaċi jieħu deċiżjonijiet akbar fuq livell nazzjonali? Joseph? Il-kandidati nisa jispjegaw Età: 33 sena Distretti: 11 u 12 Professjoni: Perit Graziella Galea fil-Parlament, nemmen li l-ħinijiet tal-Parlament mhumiex family friendly kemm jekk int raġel kif ukoll jekk int mara. Dan huwa fattur ewlieni li jbiegħed lin-nies bit-tfal żgħar mill-politika. Għandna nsibu mudell li jagħmel aktar sens, jew nikkunsidraw serjament Età: 40 sena Distretti: 5 u 7 Professjoni: Ġurnalista u Manager fi Projects Malta Ltd, taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Julia Farrugia Portelli Tkompli fuq paġna 8

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017