Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 CLINT, hu fil-fatt sindku tal-Qala u mill-Qala stess, għad għandu biss 29 sena. Dan iż-żagħżugħ jibqa' magħruf li mill-gżira daqs naqra ta' Għawdex għal żbrixx m'għamilhiex għall- Ewropa meta falla s-siġġu Ewropew għal ftit voti. Issa jidher li hu determinat li jieħu siġġu fil-Parlament tal- Belt u jirbaħ siġġu Għawdxi għall-Partit Laburista. "Ħafna nies meta nidħol fid- djar tagħhom dlonk jagħrfuni u jgħiduli 'Clint, jaħasra għal ftit voti ma għamilnihiex tal-Ewropa'. Naf li dik kienet diżappunt mhux biss għalija, iżda wkoll għal ħafna nies speċjalment għall-poplu Għawdxi. Mill-elezzjoni tal- Parlament Ewropew tgħallimt ħafna. Terraqt mat-toroq ta' Malta u Għawdex u ltqajt man-nies. Ridt inwassal il- messaġġ tiegħi u l-viżjoni li kelli bħala kandidat Għawdxi fil-Parlament Ewropew. Xħin tiltaqa' man-nies u żżurhom fi djarhom, tesperjenza tabilħaqq dak li jkunu għaddejjin minnu ċ-ċittadini u tipprova kull fejn tista' tagħti daqqa t'id biex ittejjeb il-ħajja tagħhom. Mhux biss, iżda l-kuntatt maċ-ċittadini jgħin biex il-leġislatur ikun jista' jfassal liġijiet u miżuri li jkunu tabilħaqq ġusti u idonei." Il-perit żagħżugħ Għawdxi qal ukoll li hu jinsab ottimist ħafna dwar iċ-ċansijiet tiegħu li jirbaħ siġġu Għawdxi. "Sinċerament ferm aktar ottimist minn meta ħriġt għall-Ewropa u għalkemm dakinhar kien jonqosni biss ftit voti, illum fiduċjuż li l-votant Għawdxi lest ipoġġi l-fiduċja tiegħu fija ħalli nkun nista' nippreżentah fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Min-naħa tiegħi nwiegħed il- lealtà tiegħi lejn il-kostitwenti u li lest li nuża l-enerġija kollha tiegħi biex intejjeb il- ħajja f 'Għawdex." Clint Camileri ġej minn familja sinonima Laburista u ma' dawk li matul is- snin imqallba tas-sittinijiet baqgħu magħrufa bħala suldati tal-azzar, "In-nannu tiegħi Anġlu, magħruf bħala l-Bedeq serva għal erba' leġislaturi mal-Partit Laburista fil-gvern ta' Dom Mintoff. Tnejn miż-żewġ uliedu wkoll ikkontestaw mal-Partit Laburista fis-snin ta' wara. Missieri Anton kien kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Qala, f 'isem l-istess Partit. Kif jgħidu d-demm jiġbed. Meta rajt ir-rispett li baqa' jgawdi n-nannu minħabba l-ħidma sfiqa tiegħu b'risq il-poplu Għawdxi, ma stajtx ma nħossx il-ġibda li nkompli nagħmel il-ġid għal Għawdex tagħna. Missieri dejjem kien jgħidli biex naqdi lil min ikun fil-bżonn u nħossni ferħan u sodisfatt kull meta ngħin. Li kien jemmen poġġieh fil-prattika kif jixhdu l-kummenti sbieħ li għandi nisma' fuqu anke illum." Clint irrakonta wkoll li mal- mewt ħesrem ta' missieru ġie avviċinat minn bosta nies fil-Qala biex jikkontesta floku għall-kunsill. "Minn dakinhar ma ħaristx aktar lura u fl-età ta' 23 sena għall-ewwel darba fil-Qala ġie elett Kunsill b'maġġoranza Laburista u bija bħala Sindku, kariga li għadni nokkupa sal-lum. Fis- sena 2014, il-Prim Ministru inkoraġġieni biex nikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Niftakar li jiena kont għedtlu: 'Imma lili min jafni? Min ħa jivvutali?' Għalkemm ġejt fil-ħames post fl-ewwel għadd tal-voti, minħabba s-sistema elettorali tal-wirt, ma kontx ġejt elett għal ftit voti u sal-aħħar ittamajna li jien ser inkun l-kandidat li nagħmel unur lil Għawdex. Waslet l-elezzjoni tal-2017 u l-Prim Ministru avviċinani biex nikkontesta għall- elezzjoni ġenerali." Huma l-ħafna li jaħsbu li l-voti li kien ġab fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kienu ġejjin mill-kaċċa li llum dan is-suġġett m'għadux rilevanti għall-elezzjoni Ġenerali, "Hawnhekk ma naqbel xejn miegħek. Ma naħsibx li s-saħħa tiegħi kienet il-kaċċa biss iżda wkoll il-fiduċja tal- poplu fi bniedem żagħżugħ, mimli enerġija li lest li jservi lill-poplu Malti u Għawdxi minn qalbu. Nemmen li jiena kont onest u kuraġġjuż biżżejjed li ngħid dak li nħoss u naħseb, mingħajr ma noqgħod ninħeba wara subgħajja. Jekk ħafna voti ġibthom mill-kaċċaturi, persważ allura li kien hemm ħafna ma vvutawlix għax ma jaqblux mal-kaċċa. Jien ma bżajtx nuri dak li tabilħaqq jien għax ħobbni jew obgħodni jien hekk magħmul. Il-perit żagħżugħ li tilef bi żbrixx l-Ewropa John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt L-eżitu tal-inkjesta huwa importanti ħafna għal tlieta minn nies Tkompli minn paġna 1 ILPN għażel ukoll li meta hemm pubblikazzjoni ta' materjal sensittiv jużaw it-tifel tagħha Matthew Caruana Galizia, li huwa aħrax daqs ommu u segwaċi kbir tal-Partit Nazzjonalista. Apparti li għandu isem tajjeb minħabba li jaħdem mal- ICIJ (International Consortium of Investigative Journalists). Id-deċiżjoni li titwarrab Caruana Galizia qed tiġi nnuttata iżda minkejja kollox kuntatt dirett bejn Simon Busuttil u Caruana Galizia baqa' b'mod kontinwu. Caruana Galizia hija determinata li ma tnaqqas xejn mill-attakki tagħha għal kull min jappoġġja l-Partit Laburista u b'mod speċjali kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat.Importanti ħafna għal Busuttil u Caruana Galizia huwa l-eżitu tar- rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja bbażat fuq il-whisteblower Russa; Maria Efimova minn Tas-Sliema ta' 33 sena li kienet tkeċċiet bħala intern mill-bank Pilatus. Hija tilfet appell kontra l-pulizija dan l-aħħar u qed taffaċċja proċeduri kriminali mill- pulizija stess wara kwerela mill-bank Pilatus is-sena li għaddiet. Jekk jinstab xi verità mill-istqarrijiet ta' Efimova mela tkun rebħa bla preċedent ta' Busuttil u Caruana Galizia, imma jekk le, jista' jkun hemm konsegwenzi kbar għat-tnejn li huma, inkluż Efimova. Aktar art għall-użu sportiv ILBIERAĦ kien iffirmat il- ftehim sabiex tliet siti jkunu trasferiti lil tliet clubs sportivi biex huma wkoll ikollhom il- faċilità sportiva tagħhom. Il-clubs in kwistjoni huma l-clubs tal-football tal-Marsa u Naxxar Lions, u l-club tal-waterpolo ta' Valletta. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius irringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw fit-tragward li ntlaħaq.Huwa saħaq li fl-irwol tiegħu jħoss id-dover li jara kif il-clubs ikunu moqdija bl-aħjar mod; it-trasferiment tal-art mhux biss se jagħti faċilità sportiva lil dawn it-tliet clubs, imma se jkun ukoll qed jgħinhom ikunu aktar sostenibbli meta jħaddmu l-liġi tal- kummerċjalizzazzjoni tal-art. Is- Segretarju Parlamentari għall- Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva Deborah Schembri faħħret il-ħidma tal-voluntiera. Hija spjegat kif il-board il-ġdid tal-Awtorità tal-Ippjanar huwa impenjat li jassisti fejn jista' fir-rigward ta' faċilitajiet sportivi; dan imur id f 'id mal-liġi tal- kummerċjalizzazzjoni tal-art li tnediet miż-żewġ segretarjati fil-ġimgħat li għaddew. Saru wkoll interventi mit-tliet presidenti rispettivi: Twanny Mercieca (Marsa FC), Pierre Sciberras (Naxxar L.), u Victor Spiteri (Valletta Waterpolo), li kollha kellhom kliem ta' tifħir u li qiesu dan il-ftehim bħala wieħed storiku u ħolma li saret realtà.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017