Illum previous editions

illum 10 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 569 • 10 ta' Settembru 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST 'Il-Partit Nazzjonalista qiegħed qrib li jinqasam' -Joe Ellis Razziżmu jew tħassib ġenwin? X'qalu l-Marsin... Ara paġni 4 u 5 Ara paġna 19 Tkompli f 'paġna 12 Telefonati u door-to-door kontra Delia Minn Jesmar Baldacchino MEMBRI tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, inkluż il-Kap uxxenti Simon Busuttil, qed jagħmlu telefonati u żjarat fid-djar ta' tesserati tal-partit, biex jipperswaduhom ma jivvutawx lil Adrian Delia, kandidat flimkien ma' Chris Said għat-tmexxija tal-partit. Esponenti għolja fil-PN stqarrew dan mal-ILLUM, hekk kif it-tellieqa għall-Kap se tintemm nhar is-Sibt li ġej. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata wkoll minn persuni li qed imexxu l-kampanja ta' Delia. Numru ta Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista li tkellmu mal- ILLUM qalu li fil-jiem qabel is-Sibt li għadda saru telefonati mid-Dar Ċentrali u pressjoni kbira fuqhom biex ma jagħżlux lil Adrian Delia. Qalulna li l-messaġġ kien li Adrian Delia "mhux bniedem integru" u li għalhekk m'għandhomx jagħtuh il-vot għaliex inkella l-partit ma jibqax ibbażat fuq il-valuri li fuqhom inbena. Intqal ukoll li l-attakk fuq min jissimpatizza ma' Adrian Delia kien wieħed sistematiku mhux biss bil-persważjoni u bit- telefonati imma wkoll b'theddid u ċanfir tal-espressjoni ħielsa fuq il-mezzi soċjali. Żvelaw kif posts fuq Facebook ta' persuni fi ħdan il-partit ġew saħansitra riferuti lill-amministrazzjoni għaċ- ċanfir għaliex "iħossu li għandhom id-dritt li jagħmlu li jridu". • It-tmexxija tal-PN f 'kampanja qawwija biex Delia ma jsirx Kap • Uffiċjali gżati talli tkellmu fuq FB

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 September 2017