Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895
illum Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol ALEXIS SANCHEZ - Il-kowċ ta' Real Madrid Zinedine Zidane, m'għoġbitux l-idea tal-klabb tiegħu illi fl - aħħar ġurnata tas-suq tat-trasferimenti riedu jakkwistaw lil Alexis Sanchez mingħand Arsenal. Skont is-sit tal- internet Spanjol Don Balon, Zidane jinsab kuntent bl-attakk illi għandu u għalhekk xejjen kull possibilta' illli ċ-Ċilen jiġi fi l-kapitali Spanjola. Huwa fatt magħruf illi Sanchez xtaq jiċċaqlaq minn mal-Gunners bit-team Ingliż ta' Manchester City ukoll juru interess fi h. GIANLUIGI DONNARUMMA - Minkejja li l-goalkeeper ta' Milan Gianluigi Donnarumma iffi rma kuntratt iehor ma' Milan wara sajf fejn kien qed jissemma' li ser jitlaq, id-diriġenti ta' Milan xorta għad għandhom moħħhom jhewden li eventwalment Gigio, kif inhu magħruf għadu jaħsibha. Aktar u aktar meta fi l-kuntratt hemm klawżola ta' €70 miljun li xorta baqgħet tattira clubs Ewropej bħal Paris St Germain u Real Madrid. Bl-aġent tieghu Mino Raiola li kapaci wkoll jinnegozja din il-klawżola, Milan ħasbu biex jibdew trattativi mal- goalkeeper ta' Napoli Pepe Reina li jiskadielu l-kuntratt f'Ġunju tal-2018. ADRIEN SILVA - Leicester City qed jistennew l-international clearance sabiex ikunu jistgħu jinkludu lill-akkwist il-ġdid tagħhom Adrien Silva mingħand Sporting Lisbon. Iż-żewġ klabbs ilbieraħ ħarġu stqarrija illi l-ftehim intlaħaq sabiex Silva jilbes il-flokk blu ta' Leicester. Minkejja dan il-ftehim, iż-żewġ timijiet qed jistennew lill-FIFA tagħmel dan kollu uffiċjali. Silva huwa player Portugiż ta' 28 sena u jilgħab f 'nofs il-grawnd. ALEX SANDRO - Wara li rrifjuta kuntratt ma' Chelsea, il-winger ta' Juventus Alex Sandro lest biex jinnegozja l-kuntratt tiegħu mal-Bianconeri li bħalissa jiskadi fl-2020. Jidher illi l-ogħla awtoritajiet minn Turin qed jikkonvincu lill-player iġedded dan il-kuntratt sal-2022 fejn hu maħsub illi ser ilaħħaq l-€4.5 miljun kull stagun. Dan l-istess kuntratt jaf jiġi jiswa kważi daqs kemm jaqilgħu Buffon, Khedira u Pjanic li ma Juventus għandhom paga tajba ħafna. ARTURO VIDAL - Iż-żewġ timijiet ta' Milan, Inter u Milan qegħdin f 'taqtiegħa sabiex jakkwistaw lill-player ta' Bayern Munich Arturo Vidal. Skont il-gazzetta Taljana Tuttosport, dawn iż-żewġ clubs qed jippruvaw jibbukjaw lil dan il-player għas-suq tat-trasferimenti tas-sajf illi ġej. Il-kuntratt taċ-Ċilen jiskadi fis-sajf tal- 2019 u d-diriġenti tan-Neroazzurri u tar-Rossoneri qed jittamaw illi jkun jista' jiġi akkwistat għal €30 miljun. Vidal diġà lagħab fil-kampjonat Taljan bejn l-2011 u l-2015 ma' Juventus. JOSE MARIA GIMENEZ - Skont il-gazzetta Taljana Corriere dello Sport, Inter qed jaħsbu biex ikomplu jsaħħu d-difiża u qed isegwu b'interess il-progress tal-plejer ta' Atletico Madrid Jose Maria Gimenez. Jidher illi d-diriġenti ta' Inter huma lesti li jixtru lil dan il-plejer f 'Jannar illi ġej meta jerġa' jiftaħ suq ieħor ta' trasferimenti u fl-istess ħin, Atletico Madrid jistgħu jerġgħu jibdew jinnegozjaw il-plejers wara li ngħataw sanzjoni li matul is-suq tas-sajf la jistgħu jixtru u lanqas ibigħu. Gimenez huwa plejer ta' 22 sena u lagħab 32 darba mal-Urugwaj fejn skorja erba' goals. BERNARDESCHI U CHIESA - L-eks stilla ta' Fiorentina, Giancarlo Antognoni f 'intervista li kellu mas-sit sportiv calciomercato.it, tkellem dwar żewġ plejers partikolari li huma l-passat u l-preżent tal-Viola, Federico Bernardeschi u Federico Chiesa. Kif nafu Bernardeschi ngħaqad ma' Juventus fil-bidu ta' dan l-istaġun u skont Antognoni, il-plejer jista' jagħti l-każ illi ddispjaċih illi ngħaqad magħhom minħabba illi s'issa ftit sab spazju fl-ewwel 11 ta' Massimiliano Allegri. Min-naħa l-oħra, il-leġġenda Viola kellu kliem ta' tifħir għal Chiesa illi ma' Fiorentina kien determinanti l-istaġun illi għadda u fl-opinjoni tiegħu dan il-player jista' jkompli jiżviluppa l-ħiliet tiegħu. minn Cristian Antony Muscat RIYAD MAHREZ - Sar magħruf illi l-winger ta' Leicester Riyad Mahrez kien qed jipprova jingħaqad ma' Manchester United proprju fi l-31 t'Awwissu li għadda iżda kull tentattiv sfuma fi x-xejn. It-team nazzjonali Alġerin kien ta permess lil Mahrez biex jinnegozja t-transfer tiegħu fejn kienu qed jissemmew clubs oħra bħal Barcelona, Chelsea u Arsenal. Mahrez ried jitlaq akkost ta' kollox minn ma' Leicester iżda issa ser ikollu jibqa' ma' dan it-team almenu sa Jannar meta jerġa' jiftaħ suq ieħor. ANTOINE GRIEZMANN - Skont il-ġurnal The Manchester Evening News, l-attakkant Franċiż ta' Atletico Madrid Antoine Griezmann lest illi jingħaqad ma' Manchester United fl-Ingilterra sa minn Jannar illi ġej. Huwa fatt magħruf li l-kowċ tar-Red Devils Jose Mourinho jixtieq player illi jilbes il-flokk numru 7 u jogħġbu ħafna l-istil ta' Griezmann illi flimkien mal-attakkant l-ieħor Romelu Lukaku jistgħu jiffurmaw dwett mill-aqwa fl-attakk. Kien hemm diversi tentattivi matul is-sajf biex il-United jiksbu l-firma ta' Griezmann iżda minħabba l-projbizzjoni tat-transfers fuq Atletico Madrid, id-diriġenti Ingliżi ddeċidew illi jistennew sa Jannar.