Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895
Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 | illum Intervista 11 nibni l-pontijiet." U Giovanna Debono? Jekk jirriżulta li l-allegazzjonijiet fil- konfront tagħha u ta' żewġha ma kinux minnhom jew ma jirriżultawx f 'xiri ta' voti, terġa' tistedinha lura biex tipparteċipa fil-partit? "Bla dubju ta' xejn," tkun ir-risposta immedjata ta' Said. "Immedjatament malli jkun hemm deċiżjoni ta' dak it-tip. Minn dak li segwejt jidher illi l-każ kien imneffaħ u mkabbar apposta biex jipprovaw isallbuha." Jiddispjaċini li Refalo spiċċa mwarrab Nistaqsieh dwar Anton Refalo. Għawdxi bħalu u eks Ministru ta' Għawdex. Kritikat bil-bosta mill-PN stess għax mexxa strateġija ta' qadi u nies li jiddaħħlu jaħdmu mal-Gvern. Minkejja l-kritika qawwija li l-istess Refalo qala' minn bosta bnadi Said jgħid li dan iħobb lil Għawdex "u persważ li għamel dak li seta' biex iġib lil Għawdex 'il quddiem, anke jekk kien hemm bosta deċiżjonijiet li ma qbiltx magħhom. Jiddispjaċini li wara li ta' ħajtu għall-politika spiċċa mwarrab b'dan il-mod." Jekk ħatja Muscat għandu jixkupa lil Keith u Konrad.. Nibdew nagħlqu l-intervista b'mistoqsijiet dwar xenarji differenti f 'każ ta' eżitu differenti ta' proċessi li għaddejjin il-Qorti u li jinvolvu lill-Ministru Konrad Mizzi, Keith Schembri u lill-Prim Ministru innifsu. X'jagħmel Said, jekk elett kap u jekk jinstab li jistgħu jibdew proċeduri kriminali f 'kull każ, jew f 'wieħed minnhom? U x'jagħmel jekk ma jkun pruvat xejn jew pruvat li l-allegazzjonijiet mhux minnhom? "Kieku jien minflok Konrad u Keith ili li rreżenjajt, kif fil-fatt għamilt meta kelli akkużi fuqi. Irreżenjajt anke meta l-PM (Lawrence Gonzi) qalli li ma kienx hemm għalfejn u li ma kienx hemm każ kontrija. Għalhekk il-kredebilità hija importanti." "Jekk jinstab li hemm biżżejjed provi biex jinbdew proċeduri kriminali bħala oppożizzjoni nistenna li Muscat f 'żewġ minuti jixkupahom 'il barra kif messu diġà għamel," jisħaq Said. Jekk ma jinstabux biżżejjed provi Said sostna li jara dak li jkun ħareġ skont il-provi u "nieħdu deċiżjonijiet minn hemhekk." Dwar Egrant jgħid li allaħares jirriżulta li jistgħu jinbdew proċeduri kriminali "għax ikollna terremot politiku li jweġġa' lil pajjiżna internament u mad-dinja kollha. Immaġinaw x'mistħija...ikollna sitwazzjoni gravissima u jkunu jridu jittieħdu deċiżjonijiet ibsin." F'każ li dan kollu ma jseħħx u ma tinstab ebda prova kif Muscat qal li se jiġri ħafna drabi qabel l-elezzjoni, Said saħaq li huwa jevalwa x'joħroġ mill-inkjesta u "niddeċiedu bħala partit." "Tinsiex li hemm responsabilità kriminali imma hemm ukoll ir- responsabilità politika." Said temm l-intervista jgħid illi hu jrid partit rebbieħ, mibni fuq il-viżjoni u appoġġjat mill-poplu li jkun jemmen fl-istess viżjoni." "Konvint li se nasal, konvint għax l-esperjenza dan turih." ta' storja se jispiċċaw fix-xejn' Kont hemm l- ġlieda għad- demokrazija, ż- żmien tad-deheb tal-PN, u anke żminijiet diċli. Fi żminijiet diċli ma ħrabtx, ma nħbejtx. Ma rrinunzjajtx " " Ritratt: James Bianchi Chris Said