Illum previous editions

illum 10 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 22 Opinjoni L a Repubblica (22.8.2017) xandret serje ta' intervisti ma' studenti li qed jaspiraw li jiggradwaw minn universitajiet Taljani u Ewropej. Fosthom hemm aspiranti minn Barċellona, interns, studenti tal-ekonomija, tal- inġinerija u l-mużika. Dawn huma studenti li rċevew boroż ta' studju biex jistudjaw fil- Programm Erasmus bejn Frankfurt, Mannheim u Barċellona. Fost il-kummenti tal-istudenti, fid-dawl tal-attakk terroristiku fuq il-belt Spanjola, hemm dawk li jwissu li jekk jitħallew ikunu terrorizzati mhu se joħorġu qatt mill-gaġġa tal-biża'. L-istudenti qed jaslu minn Siena, Salerno, il-Ġermanja, l-Ingilterra u Pariġi. Lill-istudenti qed jaslulhom messaġġi ta' kuraġġ u speranza. Il-ġenituri tagħhom qed jgħidu li, naturalment, jibżgħu mit- terroriżmu, imma fil-fatt, kollox ma' kollox, iktar iseħħu inċidenti stradali minn atti terroristiċi. Naturalment hemm il- preokkupazzjonijiet, iżda hemm ukoll xewqa kbira għall-istudju universitarju ta' eluf ta' żgħażagħ li jiddefendu l-libertà tal-moviment kontra l-jihad ta' wara Barċellona. Iż-żagħżagħ iridu jerġgħu jaqbdu l-valiġġja biex jagħtu risposta kontra l-odju u biex juru li għandhom risposta qawwija kontra l-biża'. Il-programmi Erasmus ikopru minn sitt xhur sa sentejn u jispeċjalizzaw f 'suġġetti varji, mix-xjenzi sal-arti. Min-naħa tagħhom, il-messaġġi tal-qarrejja ta' La Repubblica jinkoraġġixxu l-kuraġġ, l-isperanza u l-ħsieb tal- Ewropa miftuħa. "Veru li hemm il-biża' għall-istudenti tagħna," kiteb Giorgio Lari minn Palermo, "Nammettu li hemm il-biża', imma hemm ukoll xewqa kbira ta' kurżità." Minn Ġenova jasal il-messaġġ ta' Francesca Coccella, li qed tistudja l-psikoloġija fi Strasburgu. "Nixtieq insegwi kors fil-psikoloġija tax- xogħol," tgħid Francesca. "L-ewwel nibda fi Strasburgu u mbagħad nibqa' l-Italja nagħmel kors itwal fit- teknika psiko-soċjoloġika." Li tkompli tgħix ħajtek hi l-aqwa risposta għall-mibegħda u t-terrur. L-Isqof jerġa' jitkellem L-Isqof Mario Grech reġa' tkellem fuq id-droga fil-festi. Jinħass bis- sħiħ l-appostolat tiegħu biex tkun eradikata l-pjaga tad-droga fil-gżira li jmexxi spiritwalment. F'Għawdex id-droga ilha li tfaċċat mis-snin sittin/sebgħin meta dehru l-ewwel discos. Issa numru ta' ġenituri qed jitolbu lill-Isqof jintervjeni u jitkellem dwar kif uliedhom sabu mod kif jiksbu d-droga mingħand l-adulti. Saħansitra qed jingħad li d-droga qed titqassam fil-festi tal- magħmudija u l-parties tat-tiġijiet. Mislufin fix-xemx Kien hemm ħafna lmenti dwar kif fil-bajja ta' Kemmuna sett ta' pultruni u umbrelel dan is-sajf bdew jinkrew għal €31 kuljum. Dan hu prezz inkredibbli, meta tqis li Malta suppost qed tikkompeti ma' destinazzjonijiet kontinentali oħra. Dan biex ma nsemmux li ħaddiema barranin minn Spanja, Franza u l-Italja li bħalissa qed jaħdmu Malta regolarment jinnotaw li l-baħar u l-bajjiet tagħna mhumiex daqstant indaf. X'ġara mit-tikketta Blue Flag? Għadha tfisser xi ħaġa? Ħamsin sena mis-sajf tal-imħabba Għaddew ħamsin sena minn meta 100,000 hippie nġabru fiż-żona ta' Haight-Ashbury, San Fransisco. Issa l-abitanti tal-belt qed isostnu li l-kultura alternattiva tal-hippies ilha ħafna li nbidlet f 'waħda ta' individwaliżmu. Il-motivazzjoni ewlenija llum hi l-ħolqien tal-ġid u l-flus. Haight-Ashbury saret mekka turistika fejn tista' tixtri l-ġojjellerija magħmula bl-idejn, ħwejjeġ vintage u oġġetti żgħar dekorattivi b'tema orjentali. Imma l-ispirtu tal-poeti beat u l-flower children, ilu li żvinta. Iż-żona magħrufa bħala l-Bay Area hi l-headqarters tal- industrija tal-high-tech. Rapport fil-Guardian on-line innota li l-frażi ta' Timothy Leary (wieħed mill- gurus tal-kontro-kultura) Turn on, tune in, drop out, ilha żmien twil li biddlet it-tifsira oriġinali li kellha. "Hawnhekk il-kelma komunità saret tirreferi għall-klijenti li intrapriża jista' jkollha; li toħloq ostakolu għall-ordni soċjali tfisser tibda l-kumpanija tiegħek u l-imħabba libera tfisser hook up fuq Tinder jew Grindr." Li ma tantx hu magħruf, sostna r-rapport tal-Guardian, hu li sa Ottubru 1967 il-ħolma tal-kultura hippie kienet tfarrket: il-100,000 li nġabru fil-belt ġabu problemi ta' nuqqas ta' akkomodazzjoni, kriminalità, droga u attakki sesswali. Kien hemm bosta li ssetiljaw San Francisco, bir-riżultat li l-abitanti Afro-Amerikani ħarġu mill-belt sforz il-prezzijiet dejjem jogħlew tal-proprjetà, bir-riżultat li llum 5% biss tal-popolazzjoni ta' San Francisco hi Afro-Amerikana. Dan il-fatt ma tantx jingħata importanza fil-mit dwar is-Sajf tal- Imħabba. Naturalment hemm il-preokkupazzjonijiet, iżda hemm ukoll xewqa kbira għall- istudju universitarju ta' eluf ta' żgħażagħ li jiddefendu l-libertà tal-moviment kontra l-jihad ta' wara Barċellona Numru ta' ġenituri qed jitolbu lill-Isqof jintervjeni u jitkellem dwar kif uliedhom sabu mod kif jiksbu d-droga mingħand l-adulti. Saħansitra qed jingħad li d-droga qed titqassam fil-festi tal-magħmudija u l-parties tat-tiġijiet MARIO AZZOPARDI Risposta kontra l-odju Reżistenza kontra t-terroriżmu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 September 2017