Illum previous editions

illum 10 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 Sports 30 Il-mibki iżda qatt minsi, Alex Vella. ASMK Autocross f 'Għawdex b'risq il-Fondazzjoni Arka FI tmiem din il-ġimgħa, l-'Assoċjazzjoni Sport Mututi u Karozzi' (ASMK) tinsab fix- Xewkija, Għawdex bil-karozzi tal-Autocross. Din l-attività sponsorjata mill-'ASMK' u 'Pasta Poiatti' hija r-raba' waħda tax-xorta tagħha li l-ASMK qed torganizza ġewwa l-gżira Għawdxija. Dan il-programm qed jittella' prinċipalment biex jinġabru fondi b'risq il-'Fondazzjoni Arka' li tagħmel ħafna xogħol siewi mar-residenti tagħha f 'Għawdex u wkoll biex aktar jiġi esponut dan il-motorsport tal-Autocross fost l-ispettaturi Għawdxin speċjalment dawk li jsibu diffikultà jinżlu f 'Ta' Qali, Malta. Din ir-raba' edizzjoni qed issir fil-korsa tal-Gozo Horse Racing Association fix-Xewkija. L-ASMK għal darb'oħra rnexielha tasal għall- ftehim mal-Assoċjazzjoni tat-Tlielaq taż-Żwiemel f 'Għawdex biex jintuża il- Kumpless Sportiv tagħhom għal din l-attività. Il-korsa temporanja qed tkun mibnija minn membri tal-ASMK fuq art kbira li tinsab fin-nofs tal-korsa taż-żwiemel, liema żona ma tintużax għat-tiġrijiet taż-żwiemel. Din il-lokalità fiha spazju biżżejjed għal din l-attività bil-karozzi Autocross li għandu joffri spettaklu lill-ispettaturi li jattendu. Dan kollu huwa possibli bil- koperazzjoni sħiħa u grazzi kbira għall-Kumitat tal-korsa spċcjalment il-president Mary Mifsud u l-Kumitat tal-Gozo Horse Racing Association. Il-Ministeru għal Għawdex qed tissapportja din l-attività flimkien mal-Gozo Sports Board u d-Dipartiment tax- xogħlijiet f 'Għawdex. Grazzi wkoll hija ndirizzata lill-Korp tal-Pulizija u f 'Għawdex, Water Service Corporation, lill-familja ta' Joe Apap u ħafna kollaboraturi oħra Għawdxin li kollha qed jagħtu s-sehem tagħhom biex din l-attività tkun possibli u tkun suċċess. It-tiġrijiet tal-lum il-Ħadd 10 ta' Settembru jibdew fl- 10:30am. Il-kompetituri u l-ispettaturi mistennija jagħtu donazzjoni kull wiehed li ħa tmur b'risq il-Fondazzjoni ARKA. Il- premjazzjoni lir-rebbieħa ħa ssir fuq il-post fi tmiem il-programm minn persuni distinti. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel ukoll kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku info@asmk.org.mt jew permezz tal-mowbajl fuq in-numru ċellulari 99425489. Melvin Buttigieg fuq Citroen segwit minn Quinn Camilleri fuq Peugeot 106. Marvin Grima fuq Opel Corsa. Jean Paul Grech fuq Peugeot 106. Ritratti - Mario Micallef Riżultat pożittiv ieħor għas-Swieqi Phoenix Volleyball fl-Ungerija ITTFAJLIET tas-Swieqi Phoenix Volleyball ġew lura Malta wara li pparteċipaw għal darb' oħra fl-Eötvös Cup, kompetizzjoni prestiġjuża tal-Under 20 li ssir kull sena f ' Debrecen, it-tieni l-akbar belt tal- Ungerija. It-tfajliet tan-nursery ewlenija tal-volleyball f 'Malta, rebbieħa l-aħħar staġun, għat-tieni sena konsekuttiva, tal-kampjonati nazzjonali tal- Under 14, Under 16 u Under 18, irnexxielhom jiksbur- ranking tad-9 post minn 32 klabb – kważi kollha mill- Ewropa tal-Lvant - li ħadu sehem fl-avveniment. Is-sena l-oħra it-tim kien wasal sa l-10 post fil-kompetizzjoni. F'kumment dwar il- parteċipazzjoni ta' Swieqi Phoenix Volleyball f 'din il-kompetizzjoni, il-president tal-klabb Orlando Bonnici qal li: "Aħna kburin li l-plejers żgħażagħ tagħna rnexxielhom jikkompetu b'mod effettiv kontra wħud mill-aqwa timijiet ta' taħt l-20 sena fl-Ewropa tal-Lvant, u li rnexxielhom jirbħu sitta mis-seba' logħbiet li lagħbu, b'rebħiet fost oħrajn kontra timijiet mill-Ungerija, il-Polonja u s-Serbja. Il- parteċipazzjoni tagħna f 'din il- kompetizzjoni għandha rwol importanti fl-iżvilupp tal-ħiliet tekniċi u ta' 'teamwork' tal- plejers tagħna, u speċifikament bħala tħejjija għall-istaġun li ġej. " It-tfajliet ta' Swieqi Phoenix Volleyball rebħu l-partiti kollha tagħhom fl-istadju tal-grupp mingħajr ma tilfu set. Madanakollu, sussegwentement kienu sfortunati li tilfu logħba kruċjali, bi skor ta' 2-1, kontra t-tim lokali ta' Debreceni Fazekas Mihaly Gimnazium, li ddeċidiet jekk kienux se jiġġieldu għal post fl-ewwel tmienja, jew mid-disa' post lura. Minkejja din id-daqqa ta' ħarta, it-tim wera karattru u kompla jirbaħ il-bqija tal- logħbiet tiegħu, kontra UKS San Lesko tal-Polonja (2-0), it-tim Ungeriż ta' Tiszaujvarosi Eötvös Jozef Gimnazium (2-0), u t-tim mis-Serbja ta' KI-0230 Kikinda (2-1). B'hekk ġie żgurat id-disa post minn 32 tim li ħadu sehem f 'din il- kompetizzjoni. Għal aktar informazzjoni dwar Swieqi Phoenix Volleyball, jew sabiex wieħed jingħaqad ma wieħed mit- timijiet tan-nursery tagħhom, wieħed jista' jibgħat email fuq l-indirizz elettroniku, info@ psc.com.mt. It-tim ta' Swieqi Phoenix Volleyball -Ungerija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 September 2017