Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895
Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 | illum Sports 35 pool jew pixxina oħra? Iva, naħseb li għandu jkollna iktar faċilitajiet. Meta mmorru nilagħbu barra minn Malta, insibuha daqsxejn diffiċli li nilagħbu ġo indoor pools. Dan għaliex aħna mdorrijin nilagħbu barra u għalhekk insibuha diffiċli biex nieħdu n-nifs waqt li nilagħbu ġo indoor pools. Barra minn hekk ikollna iktar spazju biex nittrenjaw. Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom tittrenjaw u tilagħbu f 'Malta ma' dawk li int lgħabt fihom barra minn xtutna? Għandna riżorsi tajbin iżda daqsxejn limitati. Barra minn Malta kull klabb ikollu l-pixxina u l-gym tiegħu u b'hekk kull tim ikollu l-libertà li jittrejnja fil-ħin li jkun konvenjenti għalih u l-kowċ ikun jista' jagħmel xi sessjonijiet individwali ma' xi plejers. Il-media f 'pajjiżna tagħti biżżejjed exposure lill-waterpolo, jew tagħmel dan matul ix-xhur tas-sajf biss? Jiena naħseb li l-media f 'pajjiżna tagħti importanza lill-fubol iktar minn kull sport ieħor. Naħseb li l-waterpolo għandu jingħata iktar importanza speċjalment meta huwa sport li jġib riżultati u jagħmel isem għal pajjiżna. X'tikkummenta dwar l-ASA mmexxija mill-president, Joe Caruana Curran? Naħseb li l-ASA taħdem ħafna u tagħmel xogħol siewi immens u naħseb li għalhekk li l-waterpolo jikseb riżultati tajbin. U fuq il-kontroll tar-referis Maltin kif ukoll Taljani waqt il-logħob ta' matul l-aħħar staġun? Naħseb li ġeneralment ir-referis kienu tajbin matul l-istaġun. Ovvjament, ġieli jagħmlu żbalji imma kulħadd jieħu żball. Irridu niftakru li anke huma għandhom biċċa xogħol iebsa bħala referis u aħna l-plejers għandna nippruvaw nkunu professjonali u nippruvaw ma nkellmuhomx waqt il-logħba. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-logħba tal-waterpolo? Naħseb li jekk nibqa' sejjer hekk, nittrenja bis-serjetà, inżomm moħħi hemm u nibqa' saqajja mal-art għandu jkolli futur pożittiv. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Jiena ngħid lil dawk li jixtiequ jilagħbu l-waterpolo biex imorru jippruvaw jittrejnjaw ma' xi tim, għax ninsab ċert li l-logħba se togħġobhom u għal dawk li diġà jilagħbu ngħidilhom, qatt taqtgħu qalbkom anke meta l-affarijiet ma jiġukx kif tixtieq dejjem ibqa' ttrenja bis-serjetà u l-opportunitajiet jaslu żgur! l-aqwa ta' kull żmien fil-waterpolo lokali Twieled t-12 ta' Ġunju 1998 f 'Tal-Pietà, u għandu 19-il sena. Jilgħab ma' San Ġiljan u mat-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena. Rebaħ erba' tazzi minn erbgħa ma' San Ġiljan matul din is-sena. M'hemmx dubju li kien l-aqwa goalkeeper l-Kampjonat tas-sajf li għadda tal- waterpolo u li tabilħaqq miexi l-passi biex ikun fost l-aqwa, jekk mhux l-aqwa goalkeeper li qatt ipproduċa l-waterpolo f 'Malta. Missieru Alex Tanti huwa l-goalkeeper lokali li ħalla l-akbar impressjoni fuqu. Fix-xena internazzjonali jammira lil Stefano Tempesti u Viktor Nagy. Jake Tanti Ritratt: Matthew Brown