Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895
illum | Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 Aħbarijiet Ritratt: Jesmar Baldacchino ATTIVITAJIET TA' NATURA 'CORPORATE' 'TEAM-BUILDING' GHALL-IMJPEGATI TAL-POST TAX-XOGHOL, OKKAZJONIJIET SOCJALI RICEVIMENTI STAGJONALI… Qed tfittex post b'differenza ghall-attivita' tieghek? Gianpula Village joffri ghazla ta' swali u spazji originali u unici li huma perfetti biex tohloq okkazjoni memorabbli. Biex issir taf aktar jew tibbukkja zjara biex tara b'ghajnejk, cempel fuq (356) 9974 8923 jew ibghat email lil sales@gianpulavillage.com www.gianpulavillage.com Ħarġet tard però ħarġet xorta Minn Liam Carter ITTMIENJA ta' Settembru jew Otte Settembre hija festa pubblika ċċelebrata f 'Malta li primarjament tfakkar il- ġrajja ta' żewġ avvenimenti li fasslu l-istorja ta' din il-gżira. Iżda mhux biss hekk kif din il-ġurnata taħbat ukoll mal-kommemorazzjoni tat-twelied tal-Verġni Marija, magħrufa aħjar bħala l-Bambina, festa li tiġi ċċelebrata f 'bosta lokalitajiet f 'Malta fosthom, l-Isla, in-Naxxar u l-Mellieħa u x-Xagħra f 'Għawdex. Din il-ġurnata tfakkar żewġ assedji li l-gżejjer Maltin esperjenzew. L-ewwel, dak tal-1565 meta għal iktar minn tliet xhur it-Torok Ottomani kienu assedjaw lill-Birgu u lill-Isla sakemm irtiraw u telqu minn din il-gżira filwaqt li fl-1943, l-Italja kienet irtirat mit-Tieni Gwerra Dinjija dan wassal għat-twaqqif tal- bumbardamenti min-naħa tat-Taljani fuq Malta, b'hekk il-poplu Malta seta' jieħu naqra nifs. Sfortunatament fil-jum ta' din il-ġurnata tant mistennija, Malta esperjenzat maltempata kbira li ħalliet partijiet mill- pajjiż saħansitra mgħerrqin taħt l-ilma. Ix-xita damet nieżla aktar minn siegħa u kienet ikkaratterizzata minn sajjetti kontinwi f 'din l-ewwel maltempata wara sajf mill- aktar twil, sħun u niexef, ikkarratterizzat minn diversi mewġiet ta' sħana, speċjalment fil-bidu t'Awwissu. F'Jum il-Vitorja, issir ukoll ir-regatta tradizzjonali fejn numru ta' qaddiefa mil- lokalitajiet ta' Bormla, il-Birgu, Birżebbuġa, Marsamxett, il-Kalkara u l-Isla jissiltu f 'esibizzjoni ta' numru ta' tiġrijiet bid-dgħajjes fil-Port il-Kbir fejn ir-rebbieħ jieħu x-shield. Intant ilbieraħ filgħaxija fil-lokalitajiet fejn issir il-festa tal-Vitorja fosthom l-Isla, ix- Xagħra Għawdex u n-Naxxar, ħarġet il-purċissjoni tal- Bambina, hekk kif din kellha tkun posposta minħabba l-istess maltempata. Fil- Mellieħa l-Bambina ħierġa llum wara li l-Ħamis li għadda ttellgħet wirja spettakolari ta' nar tal-art u anke tal-ajru. Il-maltemp mistenni li jippersisti fl-ewwel jiem tal- ġimgħa d-dieħla, għalkemm it-temperatura se terġa' tmiss it-30 grad u x-xemx terġa' tiżreġ, biex ikompli s-sajf Malti, li din is-sena ma tantx kien ħanin wisq.