Illum previous editions

illum 10 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 | illum Intervista 9 ngħallmuhom dwar il-prinċipji. Imma mbagħad ma nistgħux ninsew kwistjonijiet oħrajn. It-tfal trid tgħallimhom il-prinċipji, imma jridu jieklu wkoll. Jiddevertu wkoll," itemm jgħid. Il-Gvern ta' Joseph Muscat 'bla direzzjoni' Infakkru illi l-poplu, jew maġġoranza tiegħu jħoss li dan it-tħassib qed jidirizzah Muscat. Mela allura għalfejn għandu jagħżel lil Delia? "Veru," jammetti Delia, "imma fuq bażi short term. Billi jaqdi l-bżonnijiet ta' setturi differenti b'konvenjenza. M'hemmx ippjanar u m'hemmx viżjoni." Huwa jsemmi t-turiżmu bħala eżempju u jistaqsi jekk hux qed nippjanaw bħala pajjiż. Jekk hux qed nikkunsidraw il-ħsara li jgħid li qed issir minħabba "r-rovina u l-bini bla rażan. Kieku għal kull sular li żidna, żrajna siġra..." Delia jgħid li dan il-gvern "ikkalpesta" l-ambjent filwaqt li jsostni illi hemm bżonn ta' ħidma biex ikun hemm tħaddir tal-pajjiż u biex ikun hemm pjani dwar l-ilma u arja nadifa, fost l-oħrajn. "X'inhu l-pjan għal Malta ta' 20 sena mil- lum? X'inhi l-viżjoni tal-Gvern preżenti? Delia jsostni li pajjiżna għandu bżonn inizjattivi ta' "investiment mir-riħ, enerġija mill-mewġ, enerġija solari. Nistgħu naspiraw li nkunu l-ewwel pajjiż li jkun carbon neutral. Nistgħu niżviluppaw bi pjan, mhux skont min jiġi għall- permess. Fil-verità għandna lanqas biss bdejna." Delia jakkuża lill-Partit Laburista illi mexxa bil-politika tal-populiżmu. "Il-Gvern ikkonċentra fuq xi jridu setturi speċifiċi. Li taqdi mhux ħażin, imma li tagħti eluf ta' impjiegi meta suppost hemm metodu u proċess huwa ħażin. Kif jista' l-Gvern li suppost qed jara li ma tinkisrix il-liġi jiksirha hu stess u jqassam impjiegi bl-addoċċ?" jistaqsi Delia. "Daħħal nies mela, fejn hemm bżonn. Mhux fejn hemm bżonn elettorali." Huwa f 'dan il-punt tal-intervista li Delia jwiegħed li fejn kien hemm inġustizzji jew fejn persuna kellha dritt "għall-promozzjoni imma jaqbżek xi ħadd sempliċiment għax ta' partit ieħor," il-PN se jieħu azzjoni fil-Qrati jekk il-Gvern ma jreġġax lura l-istess inġustizzja. "Fejn saru tranfers vendikattivi l-PN se jkun it-tarka ta' dawk in-nies," wiegħed Delia li semma' diversi entitajiet illi fihom qed jallega li saru tali transfers vendikattivi. Ridt seba' ħajjiet biex inkun dak kollu li allegaw fuqi... Naturalment ladarba qed nintervista lil Adrian Delia, ma nistax ma nsemmix is-sħaba sewda li ntefgħet fuqu b'allegazzjonijiet serji li għandu kont f 'Jersey u li minn dan il-kont għaddew flus li ġejjin mill-prostituzzjoni. Hu dejjem ċaħad u sostna li l-kontijiet kienu 'client account' u mhux tiegħu. Imma lil hinn mill-allegazzjonijiet li anke fl-intervista qed jibqa' jiċħad, il-komportament tiegħu l-ġimgħa l-oħra kemm meta daħal id-Dar Ċentrali ma' folla nies u qal li l-PL huwa l-għadu kif ukoll fl- aħħar attività tiegħu qabel l-ewwel votazzjoni, ma jistax jiċħadha. Deher taħt pressjoni, irrabjat u xi minn daqqiet isteriku. "Dak id-diskors seħħ wara 10 ġimgħat ta' kampanja intensiva. Qlajt minn kullimkien bla rażan u minn ċerti nies, bla limitu u diċenza umana. Jien seren," sostna Delia, "għax liġi qatt ma ksirt u etika qatt ma ksirt. Fejn aġġixxejt, dejjem għamilt dan b'korretezza." Huwa elenka l-akkużi li saru fil-konfront tiegħu, "u filli qalu li jien miljunarju, filli fallut li se naħtaf partit biex inħallas id- dejn, imbagħad traffikant tad- drogi, imbagħad imdaħħal fil- prostituzzjoni, issa li jien mażun u li ta' madwari faxxisti Ridt seba' ħajjiet biex nagħmilhom kollha dawn l-affarijiet." "Jekk urtajt lil xi ħadd bil-mod kif tkellimt niskuża ruħi, imma dak kien kollu li bdejt inħoss. Għidt dak kollu li ħassejt f 'qalbi. Dak kien l-Adrian Delia wara 10 ġimgħat ta' kampanja." U finalment. Delia jemmen li kapaċi jirbaħlu lil Muscat? "Nemmen li kapaċi illi bil-politika tal-verità li nirbaħ lura l-qlub. Fi 22 xahar nippreżenta l-aħjar PN u konvint li f 'erba' snin u nofs nwasslu lill-PN fl-aħjar forma li jkun denju li jiggverna." ksirt ebda liġi jew etika' Naħseb li iva, il-PN -aħħar erba' snin sar aktar esklussiv " " Ritratt: James Bianchi Adrian Delia jgħid li minkejja kollox jinsab seren

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 September 2017