Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895
illum | Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 Sports 34 Kif għażilt il-waterpolo fost numru ta' sport ieħor? Ta' età żgħira kont nilgħab il- futbol. Missieri kien għadu jilgħab il-waterpolo u jien kont immur il-pixxina miegħu. Xi ħbieb minn tiegħi li kienu diġà jittrenjaw kienu ħajruni biex immur nittrenja magħhom u minn hemm bdejt nittrenja man-Neptunes. Ovvjament kelli nagħżel bejn waterpolo u fubol u peressli missieri kien jilgħab il- waterpolo d-demm jiġbed, il-logħba għoġbitni u għażilt li nkompli fuq waterpolo. Bħala goalkeeper, min huma l-idoli tiegħek kemm fil-kamp lokali kif ukoll f 'dak internazzjonali tal- waterpolo? Missieri huwa l-idolu tiegħi, kellu ħafna suċċessi fil-passat u nixtieq inkompli fuq il-passi tiegħu. Fuq fama mondjali nħares lejn Stefano Tempesti u Viktor Nagy, nipprova nieħu ċerti elementi li jużaw huma f 'sitwazzjonijiet varji tal-logħba. Kull min tkellem miegħi u jifhem fil-logħba tal-waterpolo qalli li int għad tkun l-aqwa goalkeeper li qatt ipproduċa l-waterpolo lokali. X'tikkummenta fuq dan? Napprezza ħafna dawn il- kummenti pożittivi iżda għadni żgħir u nemmen li għad baqagħli ħafna x'nista' ntejjeb kif ukoll nġib iktar esperjenza. Dawn il-kummenti jagħmluli kuraġġ biex nibqa' nittrenja u nibqa' ffukat. Fis-sajf li għadda kellek staġun mill-aqwa ma' San Ġiljan - fl- opinjoni tiegħi l-aqwa wieħed fil- karriera tiegħek sa issa, għalkemm ftit ilek tilgħab fil-livell tal-kbar. Taqbel miegħi jew taħseb li għad fadal lok fejn ittejjeb il-wirjiet tiegħek? Kelli staġun tajjeb imma naħseb li għad fadal lok fejn intejjeb il-wirjiet tiegħi. Dan kien l-ewwel staġun tiegħi fil-Kampjonat Premier, u se nkompli naħdem biex il-wirjiet tiegħi dejjem jitjiebu staġun wara l-ieħor. Li jkollok tiddeskrivi din is-sena ta' San Ġiljan fejn irbaħtu erba' tazzi minn erbgħa, kif tiddeskrivih? Fl-opinjoni tiegħi niddeskrivi dan l-istaġun bħala staġun perfett. Mhux biss irbaħna erba' tazzi minn erbgħa iżda rbaħna l-logħob kollu ta' dan l-istaġun, għalhekk naħseb li ma jistax ikollok staġun aħjar minn hekk. X'tikkummenta fuq Aleksandar Ivovic - rikonoxxut bħala l-aqwa plejer tal-waterpolo fid-dinja fil- preżent? Aleksandar Ivovic huwa plejer kbir waqt li għandu wkoll karattru tal-ġenn. Għenna kollha f 'aspetti differenti tal-logħba mill-esperjenza tiegħu u naħseb li b'hekk kellna staġun memorabbli. Kif qed tħares lejn il-futur ta' San Ġiljan fil-waterpolo lokali? Naħseb li l-futur ta' San Ġiljan huwa wieħed pożittiv. Għandna ħafna plejers ta' età żgħira kif ukoll plejers ta' esperjenza u naħseb li flimkien nistgħu nagħmlu iktar staġuni memorabbli. Plejer tal-kalibru tieghek ġieli qies li jmur jilgħab barra minn Malta? Nixtieq ħafna li nagħmel karriera barra minn Malta u qed nara l-possibiltà jekk din il-ħolma tistax isseħħ. Jekk tiġini opportunità naħtafha għax l-opportunitajiet mhux dejjem jiġuk meta tridhom. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal- istudju u mat-taħriġ u l-logħob tal-waterpolo? Trid tqassam il-ħin tajjeb, kultant trid tagħmel sagrifiċċji li tistudja sa tard bil-lejl iżda mhix impossibli. X'tikkummenta fuq ir-riżultati mill-aqwa li kellkom bħala tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena fl- aħħar xhur? Naħseb li n-nazzjonal huwa importanti u naħseb li jkun ta' unur għal kull plejer li jirrapreżenta lil pajjiżu. Naħseb li f 'Malta għandna talenti kbar fil-waterpolo u dan intwera mir-riżultati li ksibna. Wara dan is-suċċess ikun hemm ħafna ħidma u sagrifiċċji, konna nittrenjaw fil-5.30am kif ukoll gym u trejning fil-pixxina filgħaxija. Madankollu kien hemm kritika li l-avversarji li lgħabtu kontrihom f 'dawn it-tournaments ma kinux tal-ogħla livell. Kif tirribatti din il- kritika sa ċertu punt kostruttiva? Jiena naħseb li l-prestazzjonijiet tat-tim m'għandhomx jiddependu fuq l-avversarji, trid tagħti l-100% dejjem. Urejna li aħna tim tajjeb anke fil-European Games fejn ksibna riżultati rispettabli kontra l-aqwa timijiet minn madwar l-Ewropa kif ukoll ksibna rebħiet fil-logħob ta' klassifikazzjoni f 'din l-istess kompetizzjoni. X'inhi r-relazzjoni tieghek mal- kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo u dan kif għenek matul il-karriera tiegħek fil-waterpolo? Għandi relazzjoni tajba ħafna mal- kowċ tat-tim nazzjonali, Karl Izzo. Tani diversi opportunitajiet mat-tim nazzjonali, fostom l-EU 12 Nations f ' Mejju li għadda fil-Polonja. Din l-esperjenza għenitni ħafna għal dan l-istaġun tas-sajf. U dik mal-kowċ ta' San Ġiljan, Marco Orlovic, u mal-Kumitat Amministrattiv tal-istess klabb? Dan kien l-ewwel staġun tiegħi ma' San Ġiljan u rnexxieli nibni relazzjoni tajba mal-kowċ Marco Orlovic. Naħseb li dik hija importanti ħafna biex ikollok staġun tajjeb. Mal-kumitat ta' San Ġiljan ukoll għandi relazzjoni tajba u huma għenuni biex inħossni milqugħ u dejjem isegwu u jagħmlu biċ-ċert li l-plejers ikollna relazzjoni tajba flimkien. Tħoss li f 'Malta qed jinħass il- bżonn immedjat li tinbena indoor "Jiena ngħid lil dawk li jixtiequ jilagħbu l-waterpolo biex imorru jippruvaw jittrejnjaw ma' xi tim, għax ninsab ċert li l-logħba se togħġobhom u għal dawk li diġà jilagħbu ngħidilhom, qatt taqtgħu qalbkom anke meta l-affarijiet ma jiġukx kif tixtieq dejjem ibqa' ttrejnja bis-serjetà u l-opportunitajiet jaslu żgur!" Il-goalkeeper li għad ikun fost l-aqwa Cristian Antony Muscat Jake Tanti - bla dubju l-aqwa goalkeeper l-Kampjonat tas-sajf li għadda tal-waterpolo u li tabilħaqq miexi l-passi biex ikun fost l-aqwa, jekk mhux l-aqwa goalkeeper li qatt ipproduċa dan l-isport f 'Malta. "Nixtieq ħafna li nagħmel karriera barra minn Malta u qed nara l-possibiltà jekk din il-ħolma tistax isseħħ. Jekk tiġini opportunità naħtafha għax l-opportunitajiet mhux dejjem jiġuk meta tridhom." "Kelli staġun tajjeb imma naħseb li għad fadal lok fejn intejjeb il- wirjiet tiegħi. Dan kien l-ewwel staġun tiegħi fil-Kampjonat Premier, u se nkompli naħdem biex il-wirjiet tiegħi dejjem jitjiebu staġun wara l-ieħor."