Illum previous editions

illum 10 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 | illum Sports 31 minn Cristian Antony Muscat WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fil-club ta' Naxxar Lions, dan it-tim neo-promoss ippreżenta lill-president ġdid, is-Sirjan b'passaport Kanadiż, Yahya Kirdi. Il-wasla ta' Kirdi fil-klabb Naxxari ġabet magħha entużjażmu ġdid, bil-Lions matul dan l-istaġun jisnabu determinati li jsaħħu l-iskwadra biex iżommu posthom mal-kbar, waqt li l-objettiv prinċipali tagħhom huwa l-investiment ta' madwar €10 miljun f 'faċilitajiet ġodda li apparti pitches tal-football ikun jinkludi wkoll lukanda, ristoranti, gym, kif ukoll pixxina indoor. Dan huwa proġett li se jsir bl-għajnuna tal-Gvern waqt li huwa konformi mal-liġi tal-kummerċjalizazzjoni tal-faċilitajiet sportivi li tant kienet fl-aħbarijiet u li mistennija tidħol fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin. L-isem ta' Michael Zammit Tabona huwa wieħed sinonimu mal-klabb ta' Naxxar Lions u kien strumentali biex Kirdi wasal Malta. Erbatax-il sena wara li ħalla l-irwol tiegħu bħala president ta' Naxxar Lions, Zammit Tabona qed jirritorna fil-klabb din id-darba fl-irwol ta' viċi- president. Huwa afferma li l-proġett tal-ground huwa wieħed li jista' jsir, u l-klabb għandu l-art f 'idejħ biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol fuq dan il-proġett fiż-żona ta' quddiem il-McDonalds ta' Ħal-Għargħur. Min-naħa tiegħu l-president il-ġdid Yahya Kirdi qal li bis-suq tat- trasferimenti għalaq fil-jiem li għaddew, għalissa mhux se jkun hemm tibdil fit-tim, qabel ma fis-suq ta' Jannar il-klabb diġa qed jippjana kampanja akkwisti qawwija biex tal-inqas Naxxar Lions iżommu posthom mal- elite tal-futbol Malti matul l-istaġun li ġej. Sadanittant ġie ppreżentat ukoll id-Direttur Tekniku ġdid, l-Ingliż Stuart Watkiss li għandu esperejenza wiesa' fil-futbol fl-Ingilterra ma' klabbs żgħar kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ. Huwa qal li minbarra attenzjoni lis-settur taż- żgħażagħ, il-klabb se jkun qed ifittex plejers li jinsabu free release u li jkunu jistgħu jiċċaqalqu anke wara li jagħlaq is-suq tat-trasferimenti. Watkiss kompla, li l-għan immedjat tiegħu huwa dak li jara titjib fit-tim waqt li saħaq li jinsab konxju li l-plejers Maltin tal- klabb jiffurmaw is-sinsla tat- tim u għalhekk għandhom irwol ċentrali. Madankollu, wara li jintemm is-suq tat-trasferimenti, huwa se jkun qed ifittex plejers li jinsabu mingħajr kuntratt u li jistgħu isaħħu l-iskwadra Naxxarija. Huwa kkonkluda billi qal li f 'dan l-istadju qed jipprepara biex jiltaqa' mal-plejers ta' Naxxar Lions waqt li awgura li l-ambjent fid-dressing room Naxxarija jkun wieħed eċċellenti. Parti mill-bidliet li qed isiru b'din it-tmexxija l-ġdida, grazzi għal ftehim milħuq mal-klabb ta' Sliema Wanderers FC, mill-jiem li għaddew Naxxar Lions bdew jużaw il-ground ta' Tignè biex jagħmlu t-taħriġ tagħhom. Naxxar Lions jippreżentaw lill-President il-ġdid Naxxar Lions Debono u Bezzina b'rebħa oħra fit-tellieqa House of Sport 10k Road Running Series ġewwa Burmarrad. ITTIENI edizzjoni tal- House of Sport Road Running 10K Series 2017 li saret ġewwa Burmarrad nhar il-Ħadd li għadda, rat parteċipazzjoni kwazi doppja mis-sena l-oħra meta il fuq min 240 atleta ħadu sehem. Miżmuma taħt l-awspiċji tal-Malta Amateur Athletics Association, għal darb'oħra r-rotta xenika ġibdet taħlita tajba ta 'atleti - Charlton Debono u Lisa Bezzina komplew jiddominaw is-Serje b'rebħa oħra. Minkejja li r-rotta kienet iddisinjata biex tkun waħda ċatta u veloċi, l-irwiefen li ħakmu lil-Malta dakinhar tat- tellieqa, fixklu lill-biċċa l-kbira ta 'l-atleti, li ħafna minnhom irreġistraw ħinijiet kemmxejn iktar twal mis-sena l-oħra. Charlton Debono, li sa issa ħareġ rebbieħ f 'kull tellieqa din is-sena, kellu sfida qawwija minn Nuradin Shifa li żamm ma' Debono għall-parti l-kbira tat-tellieqa. Debono żied il-pass tiegħu fl-aħħar ftit metri sabiex jerġa' jirbaħ tellieqa oħra mis-serje f 'ħin ta' 33 minuta u 20 sekonda. Shifa daħal 28 sekonda wara Debono. Fit-tielet post daħal Mauro Desira b'ħin ta' 34 minuta u 41 sekonda. L-aqwa tliet atleti fil- kategorija femminili Lisa Bezzina, Josann Attard Pulis u Gianella Bugeja kienu mistennija li jieħdu post fuq il-podju. Ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet, Bugeja bdiet b'pass tajjeb iżda Bezzina, li kienet qeda tagħmel ir-rotta għall- ewwel darba, qabdet pass sod sabiex taqbeż lil Bugeja u tieħu l-ewwel post, b'distakk komdu jinġieb fl-ewwel dawra. Bezzina kienet segwita minn Attard Pulis u Bugeja, li żammew din il-pożizzjoni sa tmiem it-tellieqa. Bezzina lestiet ir-rotta ta' 10k fi 37:22, Attard Pulis f '40 minuta, b'titjib tal-ħin tagħha mis- sena l-oħra filwaqt li Bugeja daħlet fit-tielet post b'ħin ta' 41 minuta u 23 sekonda. "Ninsabu kuntenti ħafna bil-parteċipazzjoni f 'din it- tellieqa. L-atleti għandhom għażla ta' tlielaq b'kalendarju estensiv, għalhekk naħdmu biex niżguraw li l-atleti tagħna jkollhom esperjenza pożittiva. Ir-rotta ġiet magħżula b'attenzjoni sabiex l-atleti jkunu jistgħu igawdu rotta fil-kampjana u f 'ambjent kwiet", ikkummenta Charlie Demanuele, Direttur tal- HOS 10k Road Running Series. "It-tlielaq tagħna qed ikomplu jikbru, l-atleti jkomplu jirritornaw u jġibu lil ħbiebhom magħhom u l-biċċa l-kbira tal-aqwa atleti ta' Malta jkunu qegħdin fostna. Issa bdejna nħarsu 'l quddiem għat-tellieqa li jmiss li se ssir nhar it-8 ta' Diċembru, festa pubblika". Il-House of Sport 10k Road Running Series qed jiġu appoġġati minn Urban Jungle House of Sport, emvigee pr & marketing u Starmax. It-tim organizzattiv huwa grat għall- appoġġ mogħti mill-Pulizija ta' Malta, Transport Malta, il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar kif ukoll l-uffiċjali, marshalls, ekwipaġġi mediċi u voluntiera. Charlton Debono u Lisa Bezzina fuq quddiem nett t-tellieqa 'House of Sport 10K Road Running Series'.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 September 2017