Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895
12 illum | Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 Aħbarijiet Tesserati għal għomorhom jibqgħu bla vot Delia ma jitħalliex juża podju li ntrama apposta għall-kandidati Tkompli minn paġna 1 Għall-ewwel elezzjoni tat-2 ta' Settembru li għadda kien hemm kunsilliera li għandhom vot fil-Kunsill Ġenerali li stqarrew fuq il-mezzi soċjali li ma ngħatawx il-vot u oħrajn li jissimpatizzaw ma' Adrian Delia li ġew ibblokkjati minn Membri Parlamentari għaliex urew fil-mezzi soċjali li jaqblu mal-ideat ta' dan il- kandidat. Sit-wazzjoni simili reġgħet tfaċċat ma' wħud mit- tesserati għal għomorhom li marru d-Dar Ċentrali jitolbu li jingħatalhom id- dokument tal-vot, wara li baqgħu ma rċevewx l-ittra uffiċjali biex jiġbru l-vot. Minflok ingħatalhom il-vot, intwerilhom il-bieb ta' barra għax minkejja li t-tessera mħallsa għal għomorhom intqalilhom li ma jistgħux jivvutaw. L-istess persuni għolja fil-Partit Nazzjonalista spjegawlna li din l-esklużjoni mhix is-sir biss fuq in- nies ta' barra imma wkoll internament u qalulna kif dakinhar tal-ewwel elezzjoni tas-Sibt li għadda, fid-Dar Ċentrali kien hemm podju bil-bnadar ta' Malta, l-Ewropa u l-partit ippreparat biex il-kandidati jkunu jistgħu jgħidu l-ewwel reazzjonijiet tagħhom wara r-riżultat u jirringrazzjaw lil kull min ivvutalhom. Qalulna li għalkemm Adrian Delia ġab l-akbar ammont ta' voti, ma tħalliex juża dan il-podju u minflok kellu jindirizza l-midja preżenti mill-foyer. Huwa fatt magħruf li Adrian Delia qasam fi tnejn l-opinjoni tan-nies u l-partitarji kollha tal- Partit Nazzjonalista. Dan hekk kif it-tieni parti ta' din l-elezzjoni qed tkun ikkaratterizzata b'messaġġi sottili li jduru mal-'prinċipji tal-partit' u l-kliem li qed jgħidu bosta esponenti fuq il- ħtieġa li 'nsalvaw il-partit'. L-għajta barra hija li s-sitwazzjoni preżenti qed tispiċċa ddgħajjef lill-Partit Nazzjonalista u qed tesponih għall-attakki mill-avversarji politiċi kif fil-fatt irrappurtat din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda. Ikkuntattjati mill-ILLUM, nies li jmexxu l-kampanja ta' Chris Said qalulna li min-naħa tagħhom fl-ebda ħin ma saret pressjoni fuq x'għandhom jagħmlu l-votanti. Ironikament, iż- żewġ kandidati għal Kap tal- partit Adrian Delia u Chris Said issa ilhom isostnu fid- diskorsi tagħhom li l-partit 'huwa tan-nies' u li huma n-nies li jagħmlu l-partit. (Ara l-intervisti ma' Chris Said u Adrian Delia f 'paġni 8-11) Adrian Delia fil-Foyer wara r-riżultat ta' nhar is-Sibt Randolph flok Gino u ċaqliqiet oħra fil-Partit Laburista Il-Partit Laburista b'tibdiliet f 'uħud mill-karigi tiegħu RANDOLPH De Battista, li ilu għal dawn l-aħħar snin jaħdem fi Brussell bħala parti mir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta inħatar bħala Kap Eżekuttiv tal- Partit Laburista, u b'hekk ħa post Gino Cauchi li kien ilu jokkupa l-istess kariga għal dawn l-aħħar erba' snin u nofs, sa mill-elezzjoni ġenerali tal-2013. Gino Cauchi issa nħatar bħala Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għar- Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u beda bl-impenji tiegħu fil- kariga l-ġdida b'effett immedjat. Min-naħa l-oħra fil-Partit Laburista, dwar il-ħatra tiegħu, De Battista, li kien diġà ħadem fil-Partit Laburista qabel l-2013 meta kien fit-tim tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista, qal li flimkien mat- tmexxija u l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, "se naħdmu biex nassiguraw li l-Partit Laburista jibqa' l-iktar partit organizzat u b'saħħtu f 'pajjiżna." Fi stqarrija, il-PL ħabbar ukoll li kien se jkun hemm iktar tibdiliet f 'karigi għolja fi ħdanu. Fil-fatt, minflok Nigel Vella, il-PL se jkun qed jaħtar ukoll Direttur tal-Komunikazzjoni ġdid li se jkun Aleander Balzan, li hu kwalifikat fil- komunikazzjoni, il-politika u l-istudji Ewropej, se jassumi dan l-irwol wara li fl-aħħar tliet snin u nofs kien Kap tal- Aħbarijiet ta' ONE. Fil-post tal-istess Balzan, Owen Galea se jkun qed jassumi l-irwol ta' Kap tal- Aħbarijiet. Galea, gradwat fil-Komunikazzjoni, għandu esperjenza f 'bosta oqsma tal-ġurnaliżmu u ħadem ma' wħud mill-iktar djar tal-midja stabbiliti fil-pajjiż. Il-PL ħabbar li l-persuni li kienu f 'dawn il-karigi għażlu li jissoktaw bil-karrieri tagħhom fi bnadi oħra, bid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, Chris Cardona, irringrazzja lil Gino Cauchi u Nigel Vella għall-ħidma tagħhom f 'dawn il-karigi fl- aħħar snin. "Il-ħatriet ta' persuni ġodda li jokkupaw karigi tant importanti huwa xhieda ta' tiġdid kontinwu u ta' kontinwazzjoni ta' bidla ġenerazzjonali fi ħdan il-Partit Laburista. Din il-bidla se tkompli tassigura li l-istruttura tal-Partit Laburista tkun dejjem aktar lesta għal aktar sfidi u suċċessi," qal id-Deputat Mexxej Cardona. Randolph De Battista se jkun qed jassumi l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Gino Cauchi kien ilu fil-kariga ta' Kap Eżekuttiv għal erba' snin u nofs