Illum previous editions

illum 10 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 MALTA tinsab fil-ġirja sabiex tospita l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, hekk kif din l-aġenzija flimkien mal-Awtorità Bankarja Ewropea se tiċċaqlaq wara li jseħħ il-Brexit u r-Renju Unit ma jkunx aktar membru tal-Unjoni Ewropea. Din iżda se tkun għadma iebsa minħabba l-fatt li jikkompetu ma' Malta għal din l-aġenzija, hemm 18-il belt Ewropea oħra. Dawn huma Amsterdam, Ateni, Barċellona, Bonn, Bratislava, Brus-sell, Bukarest, Kopenhagen, Dublin, Helsinki, Lille, Milan, Porto, Sofija, Stokkolma, Vjenna, Varsavja u Zagreb. It-tellieqa għall-Aġenzija Bankarja hija kemmxejn eħfef għaliex se ssir bejn tmien pajjiżi. Malta diġà qed tospita aġenziji Ewropej, l-aktar importanti hija l-EASO jew aħjar l-aġenzija Ewropea għall-Ażil, liema taqtigħa sabiex niġu ġġudikati din l-aġenzija kienet waħda qalila ferm fi żmienha minħabba li hija aġenzija sensittiva ferm fid-dawl tal- problemi li l-immigrazzjoni qed toħloq fl-Unjoni Ewropea kollha. Huwa mistenni li l-Kummissjoni Ewropea toħroġ bl-ewwel assessjar tagħha fuq l-aġġudikazzjoni tal-aġenżiji sal-aħħar ta' Settembru biex finalment ikunu l-mexxejja Ewropej, fosthom il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, li jiddiskutu l-proċess aħħari tal-għażla waqt summit Ewropew li se jsir ix-xahar id-dieħel. Għalkemm it-tellieqa mhix faċli, pajjiżna jinsab f 'pożizzjoni ferm tajba biex jintgħażel sabiex jospita l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini dan minħabba r-riżultati ekonomiċi tajbin li qed niksbu kif ukoll minħabba t-tkabbir ekonomiku li qed jiġu approvati mill- awtoritajiet finanzjarji globali. Interessanti wkoll iżda li pajjiżna huwa fost l-uniċi tliet pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li ġew ikklassifikati fost l-ewwel għaxar pajjiżi fid-dinja li jagħżlu ċittadini Ewropej li jgħixu f 'pajjiż ieħor li mhux il-pajjiż li twieldu fih. F'dan l-indiċi dinjija l-Inter Nations Expat Insider 2017, Malta ġiet ikklassifikata fit-tieni post fost 65 pajjiż għall-faċilità li wieħed jintegra ruħu u jsib xogħol malajr, fir-raba' post għall- mod kif il-barranin jiġu milqugħa fostna u fl-għaxar post fil-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol. Kelliem għall-Kummissjoni Ewropea qal mal-ILLUM li dawn ukoll ikunu fatturi li se jiġu kkunsidrati għaliex jgħinu lill-ħaddiema preżenti tal-aġenziji biex jintegraw u jaħdmu f 'pajjiż Ewropew ieħor. Dan apparti l-użu tal-lingwi differenti fost il-ħaddiema Maltin, il-klima u l-kwalità tas- servizzi tas-saħħa. Għandek 16-il sena? Tista' ssir sindku... ILQAFAS politiku nazzjonali qiegħed f 'mira ta' bidla, hekk kif illum tħabbret konsultazzjoni pubblika dwar id-dritt li żgħażagħ ta' 16-il sena li jikkontesaw l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali u li sussegwentement jiksbu l-akbar ammont ta' voti fl-istess elezzjoni, ikunu jistgħu jinħatru bħala sindki tal-lokal. Dan huwa biss parti żgħira mir-riforma li qed tiġi proposta, hekk kif qed ikun propost li żgħażagħ ta' 16-il sena jkunu jistgħu jivvutaw kemm fl-elezzjonijiet ġenerali u kif ukoll fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew. Dan ġie mħabbar waqt konferenza stampa f 'Kastilja mmexxija minn Julia Farrugia Portelli, is-Segretarju Parlamentari inkarigata mir-riformi, flimkien mas- Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, Clifton Grima u s-Segretarju Parlamentari għall- Gvern Lokali u Komunitajiet, Silvio Parnis. Is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli qalet "qed nibnu fuq il-pass storiku li sar fil-leġiżlatura li għaddiet fejn żgħażagħ minn 16-il sena 'l fuq ingħataw il-vot fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali, u issa qed nistaqsu jekk għandniex nestendu dan id-dritt għall- elezzjonijiet ġenerali u dawk Ewropew". Is-Segretarju Parlamentari kompliet tgħid li "dan il-pass li se nieħdu f 'pajjiżna għandu jiftħilna għajnejna dwar pass ieħor li hemm bżonn li jsir: dak li jkun hemm il-preparazzjoni neċessarja għal żgħażagħ li jikkontestaw l-elezzjonijiet." Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li hu jemmen li l-għoti tal-vot liż-żgħażagħ ta' sittax-il sena għall-elezzjonijiet ġenerali huwa sinjal ta' fiduċja fiż-żgħażagħ mill-Gvern preżenti, u li "ż-żgħażagħ huma maturi biżżejjed sabiex jieħdu deċiżjonijiet u kapaċi jagħrfu u jirraġunaw fuq min għandu jmexxi l-lokalitajtiet tagħhom." Filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li din il-miżura daħlet bħala wegħda elettorali sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta' demokrazija lokali u dan ser issir billi l-kunsilli lokali jattiraw lejhom enerġija u parteċipazzjoni aktar wiesgħa, partikolarment minn żgħażagħ ġodda. L-2015 kienet l-ewwel sena fejn iż-żgħażagħ ta'16- il sena ġew mgħotija dritt li jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Terence Agius kien inħatar sindku ta' Ħal Kirkop fl-età ta' 18 –il sena, b'hekk baqa' mniżżel fl-istorja ta' pajjiżna bħala l-iżgħar sindku fl-istorja ta' Malta. Kull min jixtieq jipparteċipa fil-konsultazzjoni jista' jħalli l-kummenti tiegħu fuq id- dokument ta' konsultazzjoni fuq is-sit www.konsultazzjoni. gov.mt. Ritratt: Omar Camilleri - DOI Il-kelliema li indirrizaw il-konferenza tal- aħbarijiet ilbieraħ Riżultati ekonomiċi tajbin jistgħu jgħinu lil Malta tospita aġenzija oħra Ewropea • Dan wara li indiċi dinjija jpoġġu lil Malta mal-pajjiżi l-aktar imfittxija mal-barranin ....skont proposta f 'konsultazzjoni pubblika dwar iż-żgħażagħ u l-involviment tagħhom fil-politika Malta ma' 18 oħra fil-ġirja għal aġenzija Ewropea tal-mediċini

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 September 2017