Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895
15 Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 | illum Aħbarijiet €180,000 lil 21 każin tal-banda għal xogħlijiet ta' restawr ILBERAĦ il-Ministru Owen Bonnici ppreżenta għajnuna finanzjarja lil 21 każin tal-banda li jammontaw għal total ta' €180,000. Dan sar fuq inizjattiva tal-Ministeru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali permezz ta' proċess kompetittiv amministrat mill-Kunsill Malti għall-Arti f 'kollaborazzjoni mal- Assoċjazzjoni Baned Maltin, li minnu ntgħażlu 21 soċjetà mużikali. Il-Ministru Bonnici qal li l-każini tal-baned huma għaqdiet volontarji li jħaddnu rwol importanti fil- komunitajiet tagħna permezz tat-tagħlim tal-mużika li joffru u tal-valur artistiku miżjud li jsebbaħ l-irħula u l-komunitajiet. Huwa għalhekk li nħass il-bżonn li l-każini tal-baned jingħataw għajnuna finanzjarja. Il-Ministru Bonnici spjega li din l-għajnuna finanzjarja se ssarraf fi żviluppi fis- soċjetajiet mużikali li jvarjaw minn restawr ta' armar, ta' pitturi u l-mużika kif ukoll titjib fis-servizz tat-tagħlim tal-mużika. Dan kollu se jsir bl-iskop li l-każini tal- baned ikunu jistgħu jkomplu jikkontribwixxu lejn il- kultura u l-wirt kulturali ta' pajjiżna. Is-soċjetajiet li se jibbenefikaw minn din l-iskema huma: Banda l-Unjoni Luqa, Banda Santa Katerina Żurrieq, Banda La Vittorja Mellieħa, Banda Re Ġorġ V Mqabba, Banda Peace Naxxar, Każin San Gabriel Balzan, Banda Żejtun, Sant' Elena Band Club Birkirkara, Banda San Ġużepp Għaxaq, Banda Sant' Anna Marsascala, Banda Stella Maris Sliema, Banda Birżebbuġa Birżebbuġa, Banda Madonna tal-Ġilju Mqabba, Banda Sta Marija Għaxaq, La Stella Victoria Għawdex, Banda San Leonardo Kirkop, Banda San Lawrenz Birgu, Għaqda Mużikali L'Isle Adam Rabat, Banda Victory Naxxar u Banda Sta Maria Żebbuġ Għawdex. Preparamenti fil-Palazz tal-Granmastru għal-laqgħa tal-Grupp Arraiolos FL14 u fil-15 ta' Settembru, il-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca ser tkun qed tospita t-tlettax-il laqgħa tal-Grupp Arraiolos – il-laqgħa tal-Presidenti mhux Eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea. Il-preparamenti għal din il-laqgħa, li għaliha ser jipparteċipaw tlettax-il President mhux Eżekuttiv, għaddejjin ġmielhom fil-Palazz tal- Granmastru u fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall- Konferenzi. Hekk kif jaslu fil-Palazz tal-Granmastru, il- Presidenti ser jidħlu mill- bieb prinċipali, liema bieb kien l-ispirazzjoni wara l-logo uffiċjali tal-laqgħa Arraiolos. Il-Presidenti jkunu milqugħin mill- President ta' Malta fid-daħla tal-Palazz u jipproċedu għas- Sala tat-Tron fejn ser isir il- ftuħ uffiċjali. Wara, l-ewwel sessjoni ser issir ġewwa s-sala li fi Frar laqgħet il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea għas-summit u li għas-sitt xhur tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ntużat għal-laqgħat tal-Kunsilli tal-Ministri Ewropej. Intant qiegħed isir xogħol ta' tisbieħ fil-kmamar tal-Palazz tal-Granmastru bil-branding marbut ma' din il-laqgħa, fosthom anke fil-Press Centre, li bħal kif intuża fil-Presidenza, ser ikun qiegħed jospita 'il fuq minn 150 rappreżentant minn fost l-iktar kmamar tal-aħbarijiet prestiġġjużi tal-Ewropa. Minn dan iċ- ċentru wkoll, PBS li huwa l-Host Broadcaster għall- Arraiolos ser ikun qiegħed jikkordina numru ta' xandiriet speċjali marbutin mal-istess laqgħa tal-Grupp Arraiolos. Għal-laqgħa tal-grupp Arraiolos, ser ikunu qed jattendu l-Presidenti tal- Awstrija, tal-Bulgarija, tal-Kroazja, tal-Estonja, tal-Greċja, tal-Ġermanja, tal-Latvja, tal-Italja, tal- Islovenja, tal-Portugal, tal-Polonja, tal-Ungerija, u l-President ta' Malta bħala l-President Ospitanti. L-ewwel laqgħa tal-Grupp Arraiolos saret ġewwa l-Portugal, fl-2003.