Illum previous editions

illum 10 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 Opinjoni 16 L -ewwel mitt jum ta' kull amministrazzjoni huwa avveniment sabiħ ħafna għaliex bis-saħħa tiegħu nimmarkaw il-ħidma ta' Gvern ġdid. Normalment l-ewwel mitt jum jitqiesu bħala honey moon period, iżda l-ħidma li wettaq il-Kabinett kienet waħda ta' min baqa' għaddej irrankat iwettaq miżura wara l-oħra tal-programm elettorali. Altru milli qamar il-għasel! Il-ġurnata minn filgħodu turik u m'hemm ebda dubju li dawn il-ħames snin se jkunu kontinwazzjoni tal-ħafna xogħol tajjeb li wettaqna fl-ewwel erba' snin. Biżżejjed naraw ir-riżultati ekonomiċi u malajr tirrealizza li f 'Joseph Muscat il-poplu għandu persuna li se jkompli jsaħħaħ lil pajjiżna u jmexxih 'il quddiem. Tant kemm qed joħorġu riżultati pożittivi fil-kamp ekonomiku u soċjali li kważi kważi n-nies qed jeħduhom forgranted. Dawn ir-riżultati ma jiġux b'kumbinazzjoni imma frott ħidma ma taqta' xejn minn Gvern u Prim Ministru ffukat u jaf fejn irid jasal. Konvint li din it-tieni leġiżlatura se tkun aħjar mill- ewwel waħda biex pajjiżna verament jgħix l-aqwa żmien. Diskors effettiv Din il-ġimgħa mmarkajna l-festa pubblika ta' Jum il- Vitorja fejn primarjament insellmu lil missirijietna li ħarġu rebbiħin fl-Assedju l-Kbir. Ħafna Maltin, ukoll, f 'Jum il-Vitorja jiftakru fl- avvenimenti ta' Settembru 1800 meta Emanuele Vitale u Francesco Saverio Caruana mexxew lill-Maltin kontra t-truppi Franċiżi lill-flotta Sqallija tal-Gran Soccorso u f 'dak li ġara fl-1943 meta l-Italja ċediet l-armi. Għalkemm għaddiet prattikament ħajja ta' bniedem mill-1943 sal-lum għad hawn Maltin u Għawdxin fostna li għexu lil Pietro Badoglio jiddikjara li l-armistizju li l-Italja talbet lill-Ġeneral Dwight D Eisenhower ingħata u lil Eisenhower jgħid, mill- kwartieri tal-Alleati tefa' ta' ġebla 'l bogħod minn Malta, li l-Italja ċediet b'mod inkondizzjonat. Hu x'inhu l-Assedju l-Kbir huwa ċelebrazzjoni ta' meta Malta rebħet, ta' meta Malta għelbet l-isfidi militari li tpoġġew quddiemha. Kienu għamlu sewwa missirijietna, ftit wara l-irvellijiet tas-Sette Giugno, li bdew jikkommemoraw din il-festa biex iwasslu l-messaġġ li l-poplu Malti kapaċi jkun rebbieħ fuq l-għadu u fuq il- barrani li jipprova jaħkmu. Il-festa għadha relevanti anke wara li pajjiżna ħa rajh f 'idejh bl-avvenimenti storiċi li seħħew fis-sittinijiet u sebgħinijiet u wara li l-ekonomija qamet fuq saqajha permezz ta' Gvernijiet sussegwenti fl-aħħar tliet ġenerazzjonijiet. F'kull ċelebrazzjoni ta' Jum il-Vitorja, sena wara sena, jagħmel diskors mistieden jew mistiedna distinta. L-ewwel wieħed f 'nofs l-għoxrinijiet kien Dun Karm Psaila, il-poeta nazzjonali. Din is-sena kien imissha Dr Carmen Sammut li tagħmel id-diskors tagħha li kien wieħed mill-aqwa diskorsi li qatt smajt kemm ili nattendi għal dawn l-avvenimenti. Dr Sammut nislet narrattiva sħiħa fuq it-tema tal-avvanz u l-emanċipazzjoni tal-mara u semmiet diversi nisa u rġiel li ħadmu kemm felħu biex dan it-tragward jintlaħaq dejjem iktar. Ħarset lejn il-figura ta' Malta li hija spiss tiġi mfassla fil-forma ta' mara. Ħarset lejn dak li ġara fl-1947 biex il-mara tkun tista' tieħu l-vot. Ħarset lejn l-istorja ta' qariba tagħha li welldet fil-gwerra iżda ma gawdietx lill-familja tagħha. Ħarset ukoll lejn il-ġejjieni u dak kollu li rridu nwettqu biex l-emanċipazzjoni tal-mara fis-soċjetà tagħna verament titwettaq. Minn qalbi nifraħ lil Dr Sammut. Konvint li din il- ġenerazzjoni se tkun dik li se tagħmel id-differenza f 'dan is-settur. Is-sejf ta' de Valette Kemm kienet ta' suċċess l-inizjattiva li ħadna biex nagħmlu ġurnata li fiha s-sejf ta' de Valette ikun għall-wiri b'xejn għall-benefiċċju tal- poplu Malti u Għawdxi kollu. In-nies ikkonkorriet bi ħġarha u n-numri kienu fantastici. Iktar minn 5,400 persuna gawdiet minn din l-opportunità ta' darba. Grazzi minn qalbi lill- ħaddiema ta' Heritage Malta u grazzi lill-Gvern Franċiż talli ħdimna tant tajjeb flimkien. Intervista inġusta Il-Prim Imħallef Emeritu u Imħallef fuq il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem Vincent de Gaetano għoġbu jagħti intervista lil ġurnal lokali dwar is-settur tal- Ġustizzja. Dan essenzjalment qal li dan il-Gvern m'għamel xejn sew ħlief li rranġa l-pensjoni tal-Ġudikanti. Din tal-pensjoni kienet riforma bżonjuża u ġusta li l-iktar li se tgħin hu lil dawk l-Ġudikanti li baqgħu jaħdmu Malta, baqgħu jagħmlu s-sagrifiċċji f 'pajjiżna u baqgħu jipprovaw jagħmlu l-bidliet li jemmnu fihom f 'Malta. Ċertu argumenti li saru f 'din l-intervista kienu bbażati fuq fatti skorretti u nbnew argumenti fuq pedamenti totalment żbaljati u dan m'huwiex sewwa. Biss, m'iniex però se nidħol f 'kummentarju pubbliku ma' dan l-Imħallef, anke għax jidhirli li Ministru tal-Gvern m'għandux qatt jidħol f 'dibattitu – anke jekk fuq livell akkademiku - ma' mħallef sedenti. Nagħżel għalhekk li ma nikkummentax. Minflok nawguralu suċċess fil-kariga li għandu barra minn pajjiżna. Soċjetajiet Mużikali b'saħħithom Proprju fil-ġimgħa tal- Vitorja, fejn ħafna familji Maltin u Għawdxin igawdu ħin ta' kwalità flimkien u jkunu involuti f 'xi waħda mill-festi li jiffesteggjaw fl- irħula tagħhom tajna għotjiet finanzjarji importanti lil xejn inqas minn 21 banda wara proċess kompetittiv. Jien kuntent ħafna bil-mod ta' kif saru l-affarijiet. Kellna għall-ewwel darba fl-istorja tal-Kunsill Malti għall-Arti skema miftuħa proprju għas- soċjetajiet mużikali fejn allura l-baned ma kellhomx għalfejn itellqu ma' artisti oħra ta' ġeneri oħra. Il-proċess kien miftuħ: kull banda setgħet tapplika. L-għażla saret mill-Assoċjazzjoni tal-Baned Maltin u dan biex inkunu ċerti li n-nies l-iktar li jifhmu jkunu dawk li jtuna l-pariri effettivi. Prosit minn qalbi lil kull min ħa sehem u nemmen li minn dan l-eżerċizzju ħareġ ħafna ġid. Aħna se nkomplu naħdmu fil-qrib bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Assoċjazzjoni tal-Baned Maltin biex dan il- valur miżjud li jagħtu l-baned Maltin u Għawdxin lil pajjiżna jkompli jissaħħaħ. OWEN BONNICI Kellna għall-ewwel darba fl-istorja tal-Kunsill Malti għall-Arti skema miftuħa proprju għas-soċjetajiet mużikali fejn allura l-baned ma kellhomx għalfejn itellqu ma' artisti oħra ta' ġeneri oħra Konvint li din it-tieni leġiżlatura se tkun aħjar mill-ewwel waħda biex pajjiżna verament jgħix l-aqwa żmien Mija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 September 2017