Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895
Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Tarxien R ...................... 1 Gżira U ......................... 2 GZIRA United ilbieraħ komplew jikkonvinċu meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta' 2-1, b'din ir- rebħa tkun it-tielet waħda konsekuttiva għalihom biex b'hekk għandhom punti massimi. Kienu Gżira United li ħolqu l-ewwel periklu wara 11-il minuta meta Ndubsi Emmanuel Okoue għadda tajjeb lejn Andrew Cohen li mill-viċin ra x-xutt sabiħ tiegħu jiġi mdawwar bi bravura mill-goalkeeper ta' Tarxien Rainbows, Christian Cassar. Il-Maroons komplew jattakkaw u fil-21 minuta, wara azzjoni konfuża fil- kaxxa, Amadou Samb minn taħt il-lasta xeħet inkredibbilment għoli. Azzjoni wara l-oħra Gzira United finalment ġew ippremjaati meta fit- 33 minuta rebħu penalty hekk kif il-goalkeeper tar- Rainbows Christian Cassar waqqa' lil Amadou Samb fil-kaxxa, biex mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess plejer mis-Senegall li ma żbaljax hekk kif tefa' l-ballun naħa u l-goalkeeper in-naħa l-oħra, b'dan il-gowl ikun ir-raba' wieħed għalih matul dan l-istaġun biex kompla jikkonsolida postu fil-quċċata tal-klassifika tal-aqwa skorers. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Gżirjani komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u ma damux ma rduppjawx l-iskor meta fis-47 minuta wara li rċieva minn kross mix- xellug, Ndubisi Emmanuel Okoye minn taħt il-lasta tefa' l-ballun wara Christian Cassar. Kien biss fis-86 minuta li ġiet innutata azzjoni oħra denja ta' nota dejjem minn Gzira United, meta Nikolai Muscat indirizza cross fil-baxx lejn Luca Brincat li iżda minn taħt il-lasta xeħet inkredibbilment għoli. Tarxien Rainbows naqqsu l-marġni tal-iskor fid-90 minuta meta l-captain Ryan Darmanin għadda tajjeb lejn Artur Benes li permezz ta' xutt minn ġol-kaxxa tefa' l-ballun fix-xibka. Tarxien R. Cassar, Scicluna, Cipriott (Cilia Mumford 89'), Spiteri, Agius, J. Brincat, Grech, Darmanin, Silva Faria, Benes, McKay (M. Brincat 82) Gżira U. Curmi, Cohen, Gatt Baldacchino, Avila Perez, Pulo, Tounkara (Brincat 84), Briffa, Muir, Okoye (Scerri 59'), White, Samb (Muscat 75') Referi Malcolm Spiteri AMADOU SAMB Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Jinsab fil-quċċata tal-kalssifika tal-aqwa skorers b'erba' gowls. Ingħaqad ma' Gżira U. mingħand Floriana matul dan is-sajf. Gżira U. jibqgħu b'punti massimi Ritratt: Christine Borg Taqtiegħa għall-ballun bejn Godwin McKay u Andrew Cohen