Illum previous editions

illum 10 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 Intervista 10 'Jekk inbigħu ruħna, 140 sena Q ed jiddiskrevuh bħala l-'underdog' tal-elezzjoni li se twassal biex jintagħżel Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Qed jgħidu li it għandu ċans li jirbaħ minkejja l-ħidma qawwija u kontinwa li għaddejja favur tiegħu mid- Dar Ċentrali stess (ara paġna 1). Imma t-tiġrija sal-barkun jgħid il-Malti u l-assunzjonijiet li mhux se jkun Said li jirbaħ jibqgħu biss assunzjonijiet, xejn aktar, xejn anqas. L-ILLUM tibda l-intervista ma' Said, billi tmur lura għas-Sibt li għadda u x-xeni ta' ewforija li laqgħu r-riżultat tajjeb li kiseb l-avversarju tiegħu f 'din l-elezzjoni. Il-fatt li tant hemm entużjażmu għal Delia u mhux daqstant għalih, jew tal-inqas l-entużjażmu għalih mhux daqstant fid-deher, mhux indikatur ċar illi n-Nazzjonalisti huma mxennqin għal bidla totali, iktar milli għal xi ħadd li joffri kontinwità? "Jien ukoll sodisfatt għax intgħażilt u jien kont wieħed minn dawk magħżula biex ngħaddi għall- proċess ta' għażla mit-tesserati. It-tim tiegħi ħadem kemm felaħ u irrid nirringrazzjah," jgħid Said li jkun ħerqan biex ifakkar li "l-Kunsill Ġenerali kellu l-kompitu li jagħżel żewġ kandidati u issa se mmorru quddiem 22,000 persuna. L-għażla tal-kap tal-partit għad trid issir." Said huwa ħerqan ukoll li jiġġieled l-idea illi qed jirrapreżenta 'kontinwità'. "jien qed inwiegħed tibdil u tiġdid fuq it-triq tas-sewwa, fuq il-kredibilità, il-prinċipji u l-integrità mhux li nsiru 'Labour Mark 2'. Imma xorta ma weġibnix dwar il-ħeġġa li kien hemm fil-kamp ta' Delia, imma nieqsa mill- kamp tiegħu. Forsi għax kollox kien qed jindika li kellu jkun hu li jikseb l-ikbar numru ta' voti? "Min iċċelebra kellu kull dritt jagħmel dan, imma r-riżultat ta' min se jkun kap se jkun nhar is-16 ta' Settembru. Jiena ħassejt li l-messaġġ tal-Kunsillieri huwa li l-ebda kandidat ma ġab maġġoranza." 'Ħafna minn ta' Perici llum qegħdin miegħi' "Nista' ngħidlek li l-maġġoranza kbira ta' dawk li kienu qed jappoġġjaw lil Alex Perici Calascione llum huma parti mit-tim tiegħi," sostna Chris Said. Huwa fatt magħruf u anke rrappurtat fuq din il-gazzetta stess li l-maġġoranza tat-tmexxija uxxenti tal-PN, primarjament Simon Busuttil, kienu qed jappoġġjaw lil Perici Calascione li ġab 269 vot jew 22% biss tal-voti mitfugħa mill-Kunsillieri. Said itenni li t-triq tiegħu hija tas-sewwa u jagħmel refernza għal Eddie Fenech Adami. "Fil- bijografija tiegħu Fenech Adami kien qal li meta l-PN jabbanduna l-valuri tiegħu jkun spiċċa u jien se naħdem biex il-PN ma jispiċċax u biex il-valuri tiegħu li huma l-pedament ta' kollox jibqgħu intatti." Huwa qal illi fuq din l-assigurazzjoni mbagħad il-PN jibni fuq il-viżjoni tiegħu, "li tkun segwita mill-maġġoranza tal-poplu biex insiru electable mill-ġdid. " Forsi għalhekk iridu lil Delia ħafna Nazzjonalisti, għax qed jagħmel lill-PN electable. Ħafna Nazzjonalisti jħossu li wara tant telfiet il-partit għandu bżonn xi ħadd ġdid li jista' jerġa' jrebbħu elezzjoni. Said jerġa', għat-tieni darba diġà, iwissi li "ma nistgħux insiru fotokopja tal-Labour għax dan ikun il-bidu tat-tmiem. Jekk insiru bħall-PL għalfejn għandhom jivvutaw lilna n-nies?" jistaqsi Said li jkompli jgħid li llum il-PL m'għadux soċjalist u tal-ħaddiem imma sar partit tal-'issa' u 'illum' u tal-individwu x'jista' jakkwista u kif se nistagħna llum." ...sal ponta ta' mnieħrek Said iżda jmur oltrè minn hekk u jgħid illi min qed jirraġuna favur Delia biex il-partit jirbaħ l-elezzjoni "qed iħares sal-ponta ta' mnieħru. Jekk inbigħu ruħna 140 sena ta' storja se jispiċċaw fix-xejn. Min qad jirraġuna hekk qed iħares biss fl-immedjat." Kontinwament qed jitkellem dwar il-PN bħala Labour Mark 2. Jiġifieri hu jemmen li b'Delia il-PN isir fotokopja tal-PL? Għax Delia qed jgħid li hu se jissalvagwardja l-valuri tal-partit... "Mela allura mhu mod ġdid xejn," jirrispondi Said li jinsisti illi hu qed jirreferi għall-integrità u l-kredibilità tal-partit. Imma hemm xi theddida għall- integrità tal-partit? Said ma jweġibx dwar Delia imma jgħid li kulħadd jaf li hu integru. "Dak li għamilt fil-ħajja privata tiegħi kulħadd jista' jevalwah...inftaħt għall-iskrutinju, jien ktieb miftuħ mal-ġurnalisti u qatt ħadd ma sab xejn dwari." "Jien garanzija għall-PN li jekk inkun qed immexxi mhux se nibża' x'se jitfagħli l-Labour minn wara. Mhux qed inħares wara dahri, inkella hekk nispiċċa dejjem fuq id-difiża." Huwa sostna li l-PN għandu bżonn kap li jinsab attent għall- Gvern u li jkun qed jagħġen viżjoni mhux iħares jew jibża' minn dak li jista' joħroġ il-Labour fuqu. "Fejn ikun hemm it-tajjeb ngħiduh imma l-istess fejn ikun hemm il-ħażin u allaħres ikun hemm xi ħaġa li twaqqafna milli nitkellmu," jerġa' jisħaq Said mingħajr qatt ma jagħmel referenza ċara għal Delia jew l-akkużi li saru kontrih fl- aħħar ġimgħat. 'Jien qatt ma rrinunzjajt u ħrabt f 'mumenti diffiċli' Nikkrea xenraju. Jitla' Adrian Delia Kap tal-PN u jiġri dak li jingħad minn bosta fil-PN li se jiġri. Il-PN isir 'Labour Mark 2'. Chris Said x'jagħmel? Iqum għall- okkażjoni? "Jien dejjem kont hemm." Jasserixxi Said. "Kont hemm fil-ġlieda għad-demokrazija, fiż- żmien tad-deheb tal-PN, u anke fi żminijiet diffiċli. Fi żminijiet diffiċli ma ħrabtx, ma nħbejtx. Ma rrinunzjajtx ir-responsabilitajiet tiegħi, kont hemm għall-PN u għall-pajjiż." Ladarba Said isemmi bosta drabi l-viżjoni, nistaqsih x'inhi l-viżjoni tiegħu għall-pajjiż u jekk pajjiżna għadx fadallu tragwardi li għad irid jilħaq. "Iva dażgur," jibda jgħid Said li jgħaddi biex jelenka numru ta' tragwardi u kwistjonijiet li jħoss illi l-pajjiż irid jaħdem fuqhom. Il-PN irid ikun tarka tal- ħaddiem... "L-ewwel nett li naċċertaw governanza tajba. Li l-istituzzjonijiet ma jkunux pupazzi f 'idejn il-gvern imma verament ikunu hemm biex jissalvagwardjaw lill-poplu Malti u Għawdxi. Hemm il-problema tat-traffiku, is-safokazzjoni hekk kif kullimkien jinbena, bini mingħajr ippjanar u l-PN irid jindirizza dan l-inkwiet tan-nies." Huwa jkompli billi jsemmi l-pensjonanti u kif ħafna minn dawn ma jistgħux ilaħħqu mal- ħajja u t-titjib fl-ekonomija li mhux qed jilħaq lil kulħadd." Huwa obbligu tal-PN li jkollu politika ċara fuq il-familji u l-persuni vulnerabbli," jisħaq Said f 'dikjarazzjoni pjuttost qrib dawk ta' Simon Busuttil li kien ippożizzjona lill-PN fuq l-ispettru tax-xellug f 'dak li jirrigwarda kwistjonijiet soċjali. Said jaċċenna wkoll kontra dak li jsejjaħ, "l-isfruttament tal-ħaddiem. Il-PN irid ikun tarka tal-ħaddiem, tarka kontra l-isfruttament tal-ħaddiem. Tajjeb li jsiru l-profitti imma mhux à skapitu ta' ħaddiema li jitħallsu biċ-ċiċri." "U nassigurak li dan mhux paroli biss," itemm jgħid Said. Bibien miftuħin...imma mhux għal kulħadd Bħalma staqsejt lil Adrian Delia, nistaqsi wkoll lil Chris Said jekk il-bibien tal-partit humiex miftuħin għal kulħadd u nsemmi wkoll lil Jesmond Mugliette, Jeffrey Pullicino Orlando u John Dalli. Bit-tattika dimplomatika li juża ta' spiss Said, huwa jisħaq li għandu rispett lejhom kollha, "imma l-bibien miftuħin għal min hu ġenwin, leali, li jaħdem għall-ġid komuni mhux għalih, li kapaċi jaħdem f 'tim. Dawk li jissodisfaw dawn il-kritrerji l-bibien għalihom huma miftuħin u magħhom irrid Nista' ngħidlek li l-maġġoranza kbira ta' dawk li kienu qed jappoġġjaw lil Alex Perici Calascione llum huma parti mit-tim tiegħi Kieku jien minok Konrad u Keith ili li rreżenjajt, kif l-fatt għamilt meta kelli akkużi fuqi. Irreżenjajt anke meta l-PM (Lawrence Gonzi) qalli li ma kienx hemm għalfejn " " " " agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 September 2017