Illum previous editions

ILLUM 17 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 | illum Aħbarijiet darba bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem Bonnici li l-każini tal-banda jaqdu rwol importanti fis-soċjetà, Peralta insista li "l-piż tas- servizz soċjali li joffri l-każin tal-banda għandha tħallas għalih is-soċjetà u mhux is-sidien." Temm jisħaq li jekk wieħed jemmen verament li l-każini tal-banda jagħtu servizz daqstant importanti lis-soċjetà, għandha tkun is-soċjetà li tħallas il-prezz ġust lis-sidien. Fi stqarrija, l-istess sidien kienu saħansitra talbu lill-President Marie-Louise Coleiro Preca biex ma tiffirmax din il-liġi għax fi kliemhom tagħmel farsa mill-Kostituzzjoni u s-Saltna tad-Dritt. Hu mifhum li ġaladarba l-emenda hija indirizzata partikolarment għall-Każin De Paule u minħabba l-fatt li l-Qorti ordnatilhom joħorġu mis-sede sal-aħħar ta' Settembru, il-Parlament mistenni jivvota dwar din il-liġi qabel jieqaf għall-btajjel tas-sajf. Mhux kulħadd jaħsibha l-istess... Fl-aħħar ġimgħat il-gazzetta ILLUM ħadet diversi reazzjoni oħra dwar din l-emenda. • Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien qal li l-Gvern għandu l-obbligu morali u soċjali li jirrikonoxxi l-kontribut essenzjali li l-każini tal-baned jaqdu fis-soċjetà u jgħinhom iżda ma għandux jagħmel dan a skapitu tas-sidien. Simili għal dak li qal Peralta, kien insista li dan huwa ċans biex il-Gvern juri bil-fatti u l-flus li lest jgħin lill- każini biex iwettqu l-funzjoni tagħhom. • Għall-kuntrarju tal-argumenti tal-familja, l-Avukat Alex Scibberas insista li ma hemm xejn ħażin b'din l-emenda. Spjega li l-liġi kif inhi bħalissa ma tikkontemplax bilanċ bejn l-interess privat, jiġifieri dak tas-sidien tal-proprjetà li għandhom dritt igawdu l-proprjetà tagħhom u l-interess pubbliku, f 'dan il-każ l-irwol li jaqdi l-każin tal-banda. • Il-President tal-Għaqda Każini tal-Baned, Noel Camilleri kien saħaq li dan l-Abbozz huwa pass importanti li joffri serħan tal- moħħ lil dawk il-każini tal-banda li bħalissa jinsabu mhedda bi żgumbrament. X'tgħid l-emenda: • Emenda indirizzata għal dawk il- każini ordnati biex jiżgumbraw • Ma tapplikax għall-każini li jkunu naqsu milli jħallsu l-kera. • Każin jista' jevita l-iżgumbrament jekk iħallas 10 darbiet aktar fil- kera • Il-kirja ma għandhiex tkun inqas minn €5,000 fis-sena u mhux aktar minn 1% tal-valur tal-proprjetà • Is-sid jista' jitlob varjazzjoni fil- kundizzjonijiet tal-kera • Żgumbarment ma jistax ikun ordnat jekk ix-xogħlijiet stutturali jkunu relatati "ma' attivitajiet filarmoniċi jew soċjali tal-każin tal-banda" • Żgumbarment ma jistax ikun ordnat jekk ix-xogħlijiet ikunu "miljorament tal-fond" u rriversibbli 'Se nibqgħu niġġieldu biex insalvaw lil pajjiżna maħtuf mill-ħallelin mafjużi' - Occupyjustice 'SIĠRA tal-Ġustizzja' 'tħawlet' quddiem il-Ġonna tal-Barrakka ta' Fuq is-Sibt wara nofsinhar b'ittri ta' protesta bħala l-'frott' mill-friegħi tagħha. Is-siġra tħawlet tmien xhur mill- assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. #Occupyjustice qalu li "kulma fadlilna huma l-għeruq tal-ħażen". #Occupyjustice hu grupp ta' attivisti mmexxija minn nisa. Huma fakkru li li qiegħdu s-siġra fejn kien hemm siġra tal-ballut li għexet tul it- Tieni Gwerra Dinjija "imma mietet taħt il-Ministru preżenti tal-ambjent." #Occupyjustice qalu li "l-messaġġ tagħhom hu sempliċi: "Muscat, Schembri u Mizzi, għaliex ma tagħmlux bħas-siġra u titilqu 'l hemm?" L-attivisti tennew il-fehma tagħhom li s-sensiela twila ta' provi dokumentati jġiegħlu lill- Prim Ministru u t-tnejn l-aktar qrib tiegħu jitilqu. "Il-Prim Ministru jista' jara din is-siġra kuljum mit-tieqa tal-uffiċju tiegħu u forsi jiftakar li l-Kap tal-Uffiċju tiegħu Keith Schembri u l-Ministru ewlieni tiegħu Konrad Mizzi bnew strutturi li jaħslu l-flus biex jirċievu tixħim illeċitu, waqt li hu qed jipproteġihom mill-post li suppost dawn l-affarijiet iwaqqafhom — Kastilja — għax kif inhu ċar jaqbel lilu," qalu #Occupyjustice. L-attivisti qalu li minn meta kienet assassinata Daphne Caruana Galizia, isem pajjiżna mar il-baħar. "Din il-ġimgħa rajna lill-Kummissarju Ewropew titkellem fuq possibiltà ta' proċeduri kontra Malta war ksur tal-liġijiet Ewropej. Rajna kif qorti f 'Ateni effettivament iddikjara li Malta m'hawnx sigurtà għall-whistleblower Maria Efimova li jfisser li m'hawnx sigurtà għal min jazzarda jitkellem kontra Joseph Muscat." "Se nibqgħu niġġieldu biex insalvaw lil pajjiżna maħtuf mill-ħallelin mafjużi. Mhux se nistrieħu qabel issir ġustizzja".

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 June 2018