Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979
2 illum | Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 78 61 87 63 21 9 73 50 Tlugħ Nru. 728 Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant'Anna, Floriana The Cross Pharmacy, 859, Triq il- Kbira San Ġuzepp, Ħamrun St. George's Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Qormi St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant'Elena, Birkirkara St. Luke Pharmacy, Triq San Luqa, Pietà San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borg, San Ġwann Mrabat Pharmacy, 5, Triq l-Imra- bat, Sliema St. Joseph Pharmacy, 164, Annibale Preca Street, Lija Santa Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Mosta Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Paola White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla May Day Pharmacy, Triq il-Vit- torja, Żabbar Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it- Torri, Gudja Pasteur Pharmacy, Triq it-Tell- erit, Safi De Rohan Pharmacy, 24, Triq Sant'Antnin, Żebbuġ Make Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, Mtarfa Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria Gozo Chemists, Mġarr Road, Xewkija Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: Tajba VIŻIBILITÀ: Nofsinhar ix-Xlokk forza 2 għal 3 lokalment forza 3 li jsir mil-Lvant għax-Xlokk forza 3 lokalment forza 4. Billejl isir forza 2 għal 3. BAĦAR: Ħafif / Moderat L-OGĦLA: 27˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 4 lokalment forza 4 li jdur mill-Punent il-Lbiċ forza 4 u jsir varjabbli forza 2 għal 3 filgħaxija BAĦAR Ħafif / Moderat Il-Parlament Ewropew japprova regoli ġodda dwar l-użu tad-drones NHAR it-Tlieta, l-MEPs approvaw ftehim informali li ntlaħaq bejn in- negozjaturi tal-Kunsill u l-Parlament f 'Novembru 2017 dwar regoli għad- drones u l-operaturi tad-drones biex ikun hemm livell komuni ta' sigurtà u biex l-operaturi u l-produtturi jkunu jistgħu jiżviluppaw il-prodotti u s-servizzi f 'qafas legali prevedibbli. Attwalment il-biċċa l-kbira tad- drones jaqgħu taħt regoli nazzjonali differenti, u dan jaf ixekkel l-iżvilupp tagħhom. Skont ir-regoli l-ġodda, id-drones ikollhom ikunu ddisinjati biex ikunu jistgħu jitħaddmu mingħajr ma jipperikolaw lin-nies. Abbażi tar-riskju potenzjali, ikkalkolat pereżempju fir-rigward tal-piż tad- drone jew iż-żona li fiha jittajjar, id-drone jkollu jkun mgħammar b'elementi ta' sigurtà addizzjonali, bħall- inżul awtomatiku fil-każ li l-operatur jitlef il-kuntatt mad-drone jew sistemi li jevitaw il-kolliżjonijiet. L-operaturi tad-drones ikollhom ikunu jafu r-regoli kollha li japplikaw għalihom u jkunu kapaċi joperaw drone b'mod sigur. Dan ifisser li ċerti operaturi ser ikollhom jirċievu taħriġ qabel ma jkunu jistgħu joperaw drone. Sabiex l-operatur ta' drone jkun jista' jiġi identifikat f 'każ ta' inċident, l-operaturi għandhom ikunu fuq reġistri nazzjonali u d-drones tagħhom immarkati biex ikunu jistgħu jiġu identifikati. Dan mhux ser jikkonċerna l-iżgħar drones. Regoli iżjed dettaljati jkollhom jiġu żviluppati mill-Aġenzija Ewropeja għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni u l-Kummissjoni abbażi tal-prinċipji stabbiliti b'dawn ir-regoli. Modernizzar tar-regoli dwar is-sigurtà tal- avjazzjoni Ir-regoli adottati jaġġornaw ukoll il-liġijiet tal-UE dwar is-sigurtà fis-settur tal-avjazzjoni biex tiġi indirizzata ż-żieda mistennija fit-traffiku tal- ajru fis-snin li ġejjin. Bidliet oħra jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-aġenzija tal-UE għas- sigurtà tal-avjazzjoni u l-awtoritajiet nazzjonali meta jiġu valutati r-riskji fir-rigward ta' titjiriet li jgħaddu minn fuq żoni ta' konflitt. Il-Kummissjoni tirċievi wkoll id-direttiva biex tiżviluppa standards għat-tniżżil f 'ħin reali tad-data mit-tagħmir ta' reġistrazzjoni meta ajruplan ikollu l-problemi. Ir-regoli issa jridu jiġu adottati mill-ministri tal- UE. Attwalment id-drones b'piż ta' inqas minn 150Kg kienu rregolati fil-livell nazzjonali. Dan kien qed jirriżulta fi frammentazzjoni regolatorja. It-teknoloġija tad-drones ċivili tista' tammonta għal madwar 10% tas-suq tal- avjazzjoni tal-UE fl-10 snin li ġejjin (madwar EUR 15-il biljun fis-sena). Skont il- Kummissjoni l-industrija tad-drones tista' toħloq madwar 150,000 impjieg fl- UE sal-2050.