Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979
Aħbarijiet 4 Minn Yendrick Cioffi Is-Sindku tal-Belt Valletta, il-Professur Alexiei Dingli, qal mal-gazzetta ILLUM li sidien ta' postijiet ta' divertiment fil-Belt Valletta għandhom ikunu kostretti jinstallaw 'Sound Meters' li jaqtgħu awtomatikament id-dawl jekk l-istorbju f 'dawn l-istabbilimenti jaqbeż ċertu livelli. Din hija waħda mis- soluzzjonijiet li skont is-Sindku tista' tnaqqas l-inkonvenjent tal- istorbju fuq ir-residenti Beltin minħabba ristoranti u bars li qed jinfetħu f 'żoni residenzjali. Dingli saħansitra qal li huwa kontra li jingħataw permessi għal stabbilimenti li jestendu l-imwejjed u d-divertiment fit-toroq residenzjali tal-Belt Valletta u appella biex iż-żona residenzjali Beltija tkun protetta minn dan l-iżvilupp. 54% tal-Beltin mhux kuntenti bl-istorbju fil-Belt L-ILLUM tkellmet ma' Dingli wara li stħarriġ tal-Eurostat wera kif fost ir-residenti tal- ibliet Kapitali Ewropej jew bliet kbar oħra, dawk Beltin huma l-inqas kuntenti bil-livell ta' storbju fil-Belt Valletta. Minkejja li l-Beltin huma magħrufa bħala nies li jafu jiċċelebraw, biżżejjed issemmi l-karnival u l-futbol, 34% tar- residenti Beltin wieġbu li ma huma kuntenti xejn bil-livell tal-istorbju fil-Belt Valletta. Jekk ma dawn wieħed iżid lil dawk li wieġbu "ftit li xejn kuntenti" bil-livell tal-istorbju, in-numru jitla' għal 54% tar- residenti Beltin. Dan ifisser li minkejja ċ-ċokon u l-limitazzjonijiet tal-Belt Valletta, ir-residenti Beltin huma inqas kuntenti minn dawk ir-residenti tal-ibliet li huma ħafna akbar, fosthom Madrid, Pariġi, Brussell, Amsterdam u saħanistra Londra. Hawn ta' min wieħed jagħmel parentesi żgħira u jispjega kif dan l-istħarriġ, ippubblikat ftit tal-jiem ilu, sar fl-2015 u illum | Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qed ifittex individwi li huma lesti biex jingħaqdu ma' tim dinamiku u jiġu offruti l-opportunita' għal min irid isegwi karriera fis-Servizz Pubbliku. Applikazzjonijiet qed jiġu milqugħa f'dawn il-postijiet: Manager II (Procurement) Manager I (Procurement) Assistant Manager (Procurement) Quantity Surveyor's Assistant L-applikazzjonijiet flimkien ma' CV jintlaqgħu mill-Customer Care Unit tad- Direttorat tal-People Management, Blk A, Triq Francesco Buonamici, Il-Furjana jew mill-Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard min-nofsinhar (Central European Time) tal-Tnejn 2 ta' Lulju, 2018. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill- Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Ġunju, 2018 jew billi tintbagħat emajl fuq recruitment.mtip@gov.mt Il-formola tal-applikazzjoni tista' titniżżel minn https://publicservice.gov.mt/en/people/Pag es/PeopleResourcingandCompliance/Form sandTemplates.aspx Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Triq Francesco Buonamici, Il- Furjana, Tel no: 2292 7864, Email: recruitment.mtip@gov.mt Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali 'Għolli l-mużika u jinqatagħlek Stħarriġ tal-Eurostat wera kif ir-residenti Beltin huma l-inqas kuntenti bil-livell tal-istorbju fost ir-residenti tal- ibliet kapitali Ewropej. Is-Sindku tal-Belt Valletta ma jaqbilx ma' postijiet ta' divertiment fi ż-żoni residenzjali Jaħtfilha l-mowbajl waqt li kienet qed tiekol barra ŻAGĦŻUGĦ ingħata sentenza ta' tmien xhur ħabs, sospiża għal 18-il xahar wara li wieġeb ħati li seraq mowbajl minn Paceville. Fil-Qorti nstema' kif mara kienet qed tiekol f 'ristorant, fuq mejda fit-triq, meta f 'salt wieħed għadda ż-żagħżugħ mill-Kamerun, ħatfilha l-mowbajl u telaq jiġri. Pulizija li kienu qed jagħmlu r-ronda, raw lill-mara tiġri wara r-raġel u telqu għal warajh, qabduh u arrestawh. Iż-żagħżugħ wieġeb ħati tal- akkużi kollha miġjuba kontrih u l-Maġistrat meta nnutat li l-kondotta tiegħu hija nadifa u li anke rritorna l-mowbajl lill-mara, tatu sentenza sospiża.