Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979
9 Aħbarijiet Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 | illum 90% tal-Maltin kuntenti bil-kwalità tas-servizz tat-telefonija Minn Liam Carter HI komuni ħafna li tisma' lil xi ħadd igerger fuq is-servizz tat-telefonija tiegħu, forsi minħabba reception jew inkella d-dewmien sabiex jaqbad ma' rappreżentant tal-customer care. Minkejja dan kollu, din jaf hi biss perċezzjoni hekk kif, studju li ħejjiet l-Awtorità Maltija dwar il-komunikazzjoni kkonkluda li iktar minn 90% tal-Maltin huma kuntenti bil- kwalità tas-servizz attwali. L-istudju tal-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni stħarreġ is-servizzi tat- telefonija fissa fost ir-residenzi Maltin u apparti milli indaga fuq is-sodisfazzjon tal-kwalità tas-servizz, l-awtorità fost l-oħrajn staqsiet mistoqsijiet rigward rati telefoniċi, miżati għas-servizz u fuq l-użu tal-mowbajl flok linja fissa tradizzjonali. U meta tinqala' l-ħsara... il- Maltin jibqgħu sodisfatti? 69% tal-parteċipanti qalu li ma kellhomx ħsarat jew qtugħ tas-servizz x'jirrapportaw fit-12-il xahar ta' qabel sar l-istħarriġ. Mill-banda l-oħra, 18% tal-parteċipanti b'abbonament għas-servizz tat-telefonija fissa qalu li rrapportaw ħsara waħda fl-istess żmien, filwaqt li 13% rrapportaw bejn tnejn u ħames ħsarat. Madanakollu, 79% ta' dawk li rrapportaw xi ħsarat, qalu wkoll li l-operatur indirizza l-problema fis-servizz b'mod sodisfaċenti. Ikkonfermata: Il-mowbajl ħa post il-linja fissa 80% tal-parteċipanti kollha qalu li jqisu l-mowbajl bħala s-sostitut għas-servizz tat- telefonija mil-linja fissa tradizzjonali. Fl-istess waqt, 46% tal-parteċipanti qalu li jqisu applikazzjonijiet bħal WhatsApp, Skype u Messenger, bħala sostitut għas-servizz ta' telefonija fuq linja fissa. Int taf kemm tonfoq fuq is- servizz tat-telefonija? Apparti minn hekk, 78% tal-parteċipanti b'abbonament tat-telefonija fissa wieġbu li ma jafux kemm hi l-ispiża ta' kull xahar fuq l-abbonament tagħhom. 64 % ta' dawn qalu li, r-raġuni hi minħabba l-fatt li jixtru servizz f 'bundle u dan jagħmilha diffiċli sabiex ikunu jafu eżattament x'qed jonfqu fuq is-servizz tat- telefonija fissa waħdu. Tnejn minn kull tlieta qalu, li l-ispiża tagħhom tammonta għal inqas minn €20 fix-xahar. Filwaqt li terz tal-parteċipanti kollha qalu li jonfqu bejn €20 u €50 fix- xahar. 20mm All round Bleed DRAGONFLIES AND DAMSELFLIES OF THE MALTESE ISLANDS DRAGONFLIES AND DAMSELFLIES OF THE MALTESE ISLANDS Charles Gauci Dragonies are large, oen brightly coloured, insects which few people would not notice actively ying over water, whether it is while walking along water reservoirs in valleys or while visiting gardens where water features are present. However, these are only one stage in their life cycle aer having spent a much longer period living under water as larvae. Most species of dragonies and damselies are highly habitat specic in both their larval and adult stages. e Maltese Islands lack most types of riparian habitats and as a result the number of species found locally is very small. is is compensated for by the high concentration of these insects at most water bodies. is book describes each of the nineteen species recorded in the Maltese Islands and each species is amply illustrated by photographs which, for the commoner species, illustrate most or all the stages in their life cycle. It is hoped that besides being of help and interest to nature lovers, it will also raise a much needed awareness among the general public about biodiversity and nature conservation,. e author spent fourteen years teaching Integrated Science and Biology at secondary State schools before moving to the Għadira Nature Reserve where he was Managing Warden until his retirement twenty four years later. He has been interested in dragonies for the last ten years. Having been an avid bird watcher since his early teens, he co-authored a number of ornithological books – Bird Studies on Fila, L-Agħsafar, A Guide to the Birds of Malta, A New Guide to the Birds of Malta and e Breeding Birds of Malta. He also co-authored several ornithological papers and was the editor of BirdLife Malta's scientic journal 'il- Merill' from 1986 to 1994. Since his initial interest in dragonies in 2008 he has been so fascinated by these wonderful insects to the extent that they now oen take precedence over birds. ISBN: 978-99957-894-0-4 Charles Gauci P R E-P U B LI CAT I O N O FFER MediaToday is pleased to o er a pre-publication o er of €15.00 (original price is €20) including packaging and postage of the full-colour hardback edition of Dragon ies and Damsel ies of the Maltese Islands by Charles Gauci published by Birdlife Malta. The pre-publication o er is valid until 27 June 2018 and is only available to residents of Malta and Gozo. Please send a cheque addressed to MediaToday, Vjal ir-Rihan, San Gwann together with your name, address and contact number Schembri f 'diversi laqgħat ma' kumpaniji fil-qasam tal-Blockchain ISSEGRETARJU Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri attenda għal għadd ta' laqgħat ma' kumpaniji li joperaw fil-qasam tal-blockchain fi New York. "Sodisfatt li nista' nħabbar li wara dawn il-laqgħat, fil-ġranet li ġejjin, rappreżentanti tal-kumpaniji se jkunu qed iżuru Malta biex jiftħu l-uffiċini tagħhom u se jibdew joperaw minn Malta," qal Silvio Schembri. Waqt iż-żjara tiegħu fl-Istati Uniti s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri attenda wkoll għat-38 Assemblea tal- Partijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għal Telekommunikazzjoni bis- Satelliti f 'Washington DC. "Il-preżenza ta' Malta waqt il-konferenza turi kemm il-Gvern huwa kommess li jsaħħaħ is-settur tat- telekommunikazzjoni li jgħin għat-tkabbar tal-ekonomija diġitali bħala mutur importanti għat-tkabbir ekonomiku ta' Malta. Waqt il-konferenza ttieħed vot biex neleġġu membri ġodda fi ħdan kumitati tal-Assemblea. Li konna parti minn dan il-vot, dan poġġa lil Malta bħala pajjiż voċiferu fis-settur tat-telekomunikazzjoni," qal Schembri. ITSO hija organizzazzjoni intergovernattiva li tagħti servizz tat- telekommunikazzjoni pubbliku li jinkludi voice data u video fuq bażi mhux diskriminatorja. Bħalissa, l-organizzazzjoni għandha 149 stat membru, inkluż Malta. L-irwol ta' ITSO hu li tassigura li jkunu implimentati l-prinċipji ewlenin għal proviżjoni tas-servizzi tat- telekommunikazzjoni pubbliċi fuq livell internazzjonali b'affidabilità għolja, ta' kwalità u li tippromwovi s-servizzi tat- telekommunikazzjoni pubbliċi fuq livell internazzjonali b'mod li jlaħħqu l-aspettattivi f 'dik li għandu x'jaqsam informazzjoni u soċjetà komunikattiva. L-Assemblea tal-Partijiet hija l-korp ta' tmexxija tal- organizzazzjoni u tiltaqa' kull sentejn.