Illum previous editions

ILLUM 17 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 Sports 26 Jovica Milijic imkien ma' Mark Borg L-Iżlanda jaħsdu lill-Arġentina u jżommuhom draw minn Cristian Antony Muscat Arġentina ................... 1 Iżlanda .......................1 LIŻLANDA ħasdu bis- sħiħ lill-Arġentina meta żammewhom fi draw diżappuntanti ta' 1-1. L-Arġentini ħarġu fuq l-offensiva u wara tmien minuti, meta rċieva minn freekick pinġut tal- fenomenu Lionel Messi, pront kien id-difensur Nicolas Tagliafico li permezz ta' daqqa ta' ras b'lura minn mal-art ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi ċentimetri barra mil-lasti difiżi mill-goalkeeper tal-Islanda, Hannes Hall- dorsson. L-Islandiżi wieġbu fl-10 minuta meta Johann Berg Gudmundsson kellu xutt imblukkat minn difen- sur Arġentin biex mir- rebound, Birkir Bjar- nasson żmarkat u minn pożizzjoni ideali tefa' inkredibbilment barra permezz ta' xutt fil-baxx. Fid-19-il minuta, l-Arġentina fetħu l-iskor permezz ta' xutt bid- dawra mill-isbaħ minn ġol-kaxxa ta' Sergio Aguero. Iżda erba' minu- ti biss wara, l-Iżlanda ġabu l-iskor indaqs meta xutt ta' Gylfi Sigurdsson ġie mxellef minn difen- sur avversarju u milqugħ parzjalment mill-goal- keeper Arġentin, Wil- fredo Caballero, biex mir-rebound pront kien Alfred Finnbogason li mill-viċin spara ġewwa. L-Iżlandiżi komplew jagħfsu u fil-45 minuta, xutt fil-baxx angulat minn ġol-kaxxa tas- solitu Gylfi Sigurdsson ġie salvat minn mal-art minn Wilfredo Cabal- lero, bid-difiża Arġentina tkun pronta u tikklerja l-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Fit-63 minuta, l-Arġentina rebħu pen- alty meta wara li Lionel Messi indirizza kross lejn Maximiliano Meza, dan twaqqa' fil-kaxxa minn Hordur Magnusson. Madankollu, hekk kif mill-11-il metru nkariga ruħu Lionel Messi, dan ra lil Hannes Halldorsson isalva bi bravura. Lionel Messi falla ċans tad-deheb għall- Arġentina fil-81 minuta meta x-xutt mid-distanza tiegħu ntemm ftit barra. Arġentina Cabal- lero, Tagliafico, Biglia (Banega 54'), Messi, Di Maria (Pavon 75'), Meza (Higuain 84'), Masch- erano, Rojo, Otamendi, Salvio, Aguero Iżlanda Halldorsson, Saevarsson, Sigurdsson, Gudmundsson (Gislason 63'), Bjarnason, Sigurds- son, Finnbogason (Sig- urdarson 89'), Arnason, Gunnarsson (Skulason 76'), Magnusson, Hall- fredsson Referi Szymon Marciniak (POL) HANNES HALLDORSSON Twieled fis-27 t'April 1984 fl-Iżlanda. Salva l-penalty deċisiv mogħti minn Lionel Messi. Jilgħab ma' Randers FC. minn Cristian Antony Muscat Peru...........................0 Danimarka..................1 GOWL uniku ta' Yussuf Poulsen fid-59 minuta ta rebħa minima ta' 1-0 lid-Danimarka kontra l-Peru, biex b'hekk huma bdew din it- Tazza tad-Dinja bl-aħjar mod possibli. Dan kien dwell interessanti u bilanċjat bejn żewġ timijiet li qed jittantaw jikkwalifikaw mill-fażi tal- gruppi. Żgur li t-tim mill-Amerika t'Isfel beda l-partita b'moral għoli hekk kif wara li ilhom neqsin mit-Tazza tad-Dinja aktar minn 30 sena, ħadu l-aħbar li l-iskorer prolifiku tagħhom Paolo Guerrero kien se jilgħab f 'dan it-tournament wara li tneħħietlu s-sospensjoni li kien dabbar. Madankollu, huwa ma kienx inkluż mal-ewwel 11 f 'din il-partita hekk kif kien fuq il-bank tas-sostituti. L-ewwel taqsima kienet ikkaraterizzata minn ħafna logħob f 'nofs il-ground u ntemmet fi draw ta' mingħajr gowls. Fil-45 minuta, il-Peru rebħu penalty iżda mill-11-il metru Christian Cueva kien erratiku u ma rnexxielux jitfa' l-ballun fix-xibka. Id-Daniżi approfittaw bis-sħiħ minn dan il-fatt u fid-59 minuta skorjaw il-gowl tant importanti li tahom it-tliet punti prezzjużi permezz ta' Yussuf Poulsen. Peru 1 - Gallese, 2 - Rodriguez, 6 - Trauco, 8 - Cueva, 10 - Farfan, 13 - Tapia, 15 - Ramos, 17 - Advincula, 18 - Carrillo, 19 - Yotun, 20 - Flores Danimarka 1 - Schmeichel, 4 - Kjaer, 6 - Cristensen, 7 - Kvist, 8 - Delaney, 9 - N. Jorgensen, 10 - Eriksen, 14 - Dalsgaard, 17 - Stryger, 20 - Yurary, 23 - Sisto Referi Bakary Gassama (GAM)v Gowl uniku ta' Yussuf Poulsen jikkastiga lill-Peru YUSSUF POULSEN Skorja l-gowl tant importanti li ta tliet punti prezzjużi lid-Danimarka. Twieled fil-15 ta' Ġunju 1994 fid-Danimarka. Jilgħab ma' RB Leipzig fil-Ġermanja. Yussuf Poulsen jiskorja l-gowl uniku għad- Danimarka d-59 minuta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 June 2018