Illum previous editions

ILLUM 17 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 16 Opinjoni Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle LEWWEL nett irrid nagħmel dikjarazzjoni solenni: Jiena lil Michael Brigulio nħobbu mhux għax għandu rasu kbira u sormu ppuppat biss imma għax jiena għandi dagħdigħa KBIRA għal dawk li jaħsbu li huma xi ħaga meta nfatti jkunu żero. Mela ħa nibda, niftakar meta fis-sajf li għadda Mikiel għax hekk inħobb ngħidlu - stqarr li Adrian Delia għandu jirreżenja u mhux joqgħod għall- kontestazzjoni għall-kap tal-partit – jiena għidt that's the boy Mikkie. Imma insomma għax Mikkie (ngħidlu hekk meta nkunu qed niġġammjaw fuq id-drums) li huwa opportunist f 'daqqa waħda bidel fehmtu. Ifhem li Mik (ngħidlu hekk għax meta jara mikrofonu dejjem isir qisu Mussolini jgħajjat u jwerżaq) ilu jbiddel fehmtu. Jekk idur dawra mal-ħbieb li fadallu jgħidulek li Mike huwa pinnur u tant minfuħ bih innifsu li ma jistax jara kemm hu mnejjek. Jiena ma naqbilx, jien naħseb u sinċerament nemmen li Michael Brigulio huwa l-aktar politiku viżjonarju li qatt kellna u ser jkollna f 'Malta. Għandu viżjoni li pereżempju jitla' fil-parlament ta' Brussell u jieħu paga biex forsi jgħix u jiddandan bħal dawk il-psataż li tant għajjar kemm ilu jkakki u jpixxi f 'din id-dinja. Imma jiena nemmen li bħala viżjonarju emmen li dawk l-affarijiet li kien tant kien jemmen fihom iwarrabhom f 'sekonda u jibda jkanta l-kantilena tan- Nazzjonalisti. Dan hu l-kobor ta' Mikkie. Il-kapaċità li jnessi n-nies x'kien jaħseb bħala pereżempju fuq l-abort, x'qal fuq l-IVF meta kien imexxi l-Alternattiva u ovjament fuq il-PINNE. Biex tapprezza kemm hu kbir il-Mikkie trid tifhem kif kapaċċismu jbiddel l-kulur politiku tiegħu. Minn tal-graffiti, għall-Alternattiva, għal Laburist, għall- Alternattiva u mbagħad għal Nazzjonalist. Imma biex tinduna kemm huwa kbir o kbir Miki, il-fatt li Delia qed jaċċetta flus mill-istess buġarruni kuntratturi u spekulaturi li tant għajjar Mikkie sinjal ċar li dan hu bniedem li jħares 'ilquddiem u jikkalkula kollox. Huwa don li tkun ipokrita u pinnur. Don li tkun kamalejonte u tbiddel skont l-istaġuni u t-temp. Huwa għalhekk li jien meta nara l-polza tal-vot ser nagħti numru wieħed lil Mikkie u mbgħad inkompli bil-vot fuq David Casa, għaġeb ieħor li bl-għerf tiegħu u dak ta' Michael jirrapreżenta l-għajta l-ġdid tal-PN: Honesti excusationem pecunia finem* *Il-moralità l-iskuża tagħna, il-flus li jinteressawna! Għaliex ħa nivvota Nr 1 lil Michael Brigulio Min ser jirbaħ il-premju tal-ħaddiem tas-sena għax jaħdem u ħaqqu? 1) Robert Abela għax dejjem stinka għall-ewwel mijun mit-taxxi tagħna 2) Adrian Delia, simply Adrian. 3) Nicky de Fremeaux għax rabbiet ħamest itfal waħedha mingħajr l-għajnuna ta' Drian!! 4) Alex Sciberras Trigona għax-xogħol finta u siewi li għamel għal Malta 5) Lis-segretarju parlamentari Anthony Agius Decelis li wera kemm hu bravu meta poġġa ritratt ta' George Pullicino tad-DB fuq il-facebook tiegħu 6) Lil Pierre Portelli li jagħtik l-impressjoni li jistinka meta verament ikun qed jaħdem għalih innifsu 7) Lil John Bundy li bejnietna ma nafx x'inhu jagħmel 8) Lil Marie Louise Coleiro li ma tħobbx tidher 9) Lill-Kummissarju tal-Pulizija li wara l-ħamsa addio xogħol u dlonk jitlaq lejn il-klabb tal- lnter 10) Lil Aaron Bugeja li ilu sena u tliet xhur fuq l-inkjesta tal-Egrant u ħaqqu prosit 1) Karl Stagno Navarra, li rnexxielu jisplodi l-aħħar magna tal-lie detection li użaw fuqu 2) Ivan Bartolo li jaħseb li l-partit tiegħu l-partit tal-onesti 3) Chris Fearne li qal li jixtieq li Joseph jibqa' Leader! 4) Manwel Delia li bħalissa qed jistenna għall-paga tal-mara 5) L-Isqof li jiddikjara li qabel il-PN jiġi l-PN 6) Michael Brigulio li jemmen li l-PINNE differenti mill-PILLE. 7) Lil Engerer li bħal Brigulio qiegħed fil-politika għall-prinċipji 8) Maria Efimova għax bħal Stagna Navarra 9) Jien għax għandi ħafna x'nitlef 10) Marie Louise Coleiro li trid toħroġ għall-Ewropa għax xebgħet minn Malta Aqta' minn dawn min hu l-aktar onest u mhux giddieb? Irrispondi u ara kemm int bravu CYRUS Engerer minn Tas- Sliema minn familja kbira Nazzjonalista li kien instab ħati li tefgħa ritratti tal-maħbub tiegħu biex ipattihielu ser joħroġ għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew. Isma', ir-ritratt tal-maħbub tiegħu ma kienx ritratt komuni ejja ħa mmorru, imma ritratt kollu kulur u dettall pornografiku li bejnietna meta narahom jien jaqbadni l-bard… kbir. Insomma Cyrus l-aħħar darba li ħareġ għall-elezzjoni kellu jirtira l-kandidatura tiegħu għax kien hemm sentenza kriminali kontrih. Issa Cyrus ried bil-kbir li jkun ir- rappreżentant ta' Malta fi Brussell, imma ma għaddiex mit-test għax meta qalu li trid tkun Laburist pur biex tieħu l-post imma mhux wieħed tal-plastik u tal-ġuġu. Imma ħarsu lejn Engerer indunaw li jaqa' fil-kategorija ta' Brigulio jiġifieri każ rari ta' 'pinnur, opportunist u egoċentriku.' Engerer infatti f 'ħafna affarijiet jixbah lil Brigulio ħlief għall-punt irrilevanti fejn jixbah lil Casa. Imma b'differenza minn Casa li kien darba Laburist u dar Nazzjonalist, Engerer kien ġej minn familja Nazzjonalista li toqtol. Toqtol ovjament f 'sens metaforiku. Għax apparti lili u lil xi eks Engerer ma jrid joqtol lil ħadd. Issa li ħareġ Engerer naħseb li l-Labour ser jirbħu s-sitt siġġu, għax tant għandu fan club kbir li ser jibla' ċorma voti u jitla' sparat. Dan għaliex skont l-aħħar stħarriġ pubbliku, il-biċċa l-kbira mill-elettorat Malti huwa opportunist, ipokrita u skont David Thake ħassieb kbir ta' żmien il-ħaġar ħafna nies iħobbu jimmaġinaw lilhom innifshom fil-poter u jivvutaw għal min jixbah lilhom. Raġuni għaliex David Thake għamel vroma fl-elezzjoni nazzjonali, għax ħadd mill- elettorat ma ried jimmaġina lilu nnifsu kretin u vojt bħal Thake. Akkuża falza għax Thake huwa negozjant ta' suċċess u persuna ħelwa ħafna. Minn hawn insellmu lil Engerer u ngħidulu oqgħod attent li ma taqax f 'nasba oħra u tispiċċa tieħu xi ritratt kompromettenti u tużah għall-kampanja tiegħek għax ikun hemm xi ħadd bħali li jqattgħek biċċiet. GRRRR! Cyrus tar-revenge porn ħiereġ mal- Labour

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 June 2018