Illum previous editions

ILLUM 17 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 Intervista 12 G ħex 20 sena minn ħajtu bħala qassis, imma issa ilu tliet snin fil-politika. Kien ukoll fit- tmun tal-Awtorità tad-Djar u issa Viċi Sindku ta' San Ġiljan; Albert Buttigieg. Il-ġimgħa l-oħra kiteb artiklu li kien pjuttost qawwi dwar il-Partit Nazzjonalista u iktar minn ħaġa oħra, għall-inqas għall-għajn li qed tħares minn barra mill-Partit Nazzjonalista, messaġġ onest għall-għaqda. Imma l-intervista qiegħda ssir fid-dell ta' kwistjoni umanitarja li setgħet waslet għal traġedja u allura r-rifjut tal-Italja li tieħu 600 immigrant minkejja li kienu fl-ibħra koperti mill-Italja. Nistaqsih; sar ħafna diskors dwar dak li hu legali u dak li le, imma taħseb illi fid- diskussjoni dwar dak li hu legali nsejna naħsbu fl-aspett uman? "Ara, teknikament il- Gvern kien korrett. Ir- regolamenti huma dawk li huma. L-Oppożizzjoni wriet maturità u f 'mumenti bħal dawn irridu nikkunsidraw lill-pajjiż bħala l-ewwel, qabel il-partit," sostna Buttiegieg f 'eku ta' dak li qal il-Kap tal-PN Adrian Delia fil- Parlament nhar it-Tnejn filgħaxija. "Imma naħseb li stajna wrejna iktar solidarjetà," ikompli jgħid mill-ewwel, "naqbel ma' dak li qalet il-UNHCR meta fakkret illi l-umanità għandha dejjem tiġi qabel il-politika." Jgħid illi jemmen li dak kollu li sar kien tajjeb, "imma l-Gvern u l-Prim Ministru kif ukoll il-klassi politika kollha Maltija kienet toħroġ b'aktar unuri kieku wrejna aktar solidarjetà." "Iċ-ċiviltà tagħna hija mibnija fuq is-solidarjetà," ifakkar Buttigieg li jgħid illi issa huwa importanti li ssir ħidma biex ma jerġgħux jinħolqu preċedenti ġodda fil-futur. 'Delia qed jitkellem dwar ħaddiem li jrid jgħix u jħallas il-kera hawn' Imma Buttigieg iħossu komdu b'diskorsi tal-Kap tal-PN li poġġew lil persuni barranin, speċjalment ommijiet barranin, fl- attenzjoni? Jaqbel ma' diskors, ħafna minnu fl-arja, dwar il-barranin u kif dawn huma periklu għall-identità tagħna, kif għamel Delia nhar Jum il-Ħaddiem? "Meta titkellem fuq il- barranin u l-immigranti qed titkellem dwar suġġett diffiċli u sensittiv. Xi kultant ikollok intenzjoni u xi ħadd idawwar dak li qed tgħid," qal Buttgieg li jagħmel referenza għal stqarrija illi fiha l-aġenti tal-proprjetà qed iwissu illi l-influss ta' barranin jista' jwassal biex numru ta' nies, inkluż Maltin, ikunu sfurzati 'l barra mill-post li qed jikru minħabba domanda li tgħolli l-prezzijiet b'mod astronomiku. "Delia fuq hekk kien qed jitkellem," sostna Buttigieg, "kien qed jitkellem fuq dak il-ħaddiem li jrid jgħix u jaħdem hawn, li jrid iħallas il-kera fl-aħħar tax-xahar. Din hija problema li tmur lil hinn mill-politika għax hija kwistjoni ta' spazju." U malli jsemmi spazju, l-intervista ddur fuq l-ambjent u l-effett tal- popolazzjoni dejjem tikber fuq l-ispazju limitat f 'pajjiżna 'Tieħu art pubblika u biex tgawdi int, se nbati jien...' Jibda billi jesprimi tama li ħadd ma juża l-problema ta' spazju bħala raġuni biex issir riklamazzjoni tal-art, xi ħaġa li hu jagħmel ċar illi huwa kontra. Imma hekk kif qed jitkellem isemmi l-bini żejjed. Xi jrid ifisser b'żejjed? "Jista' jkun li qed nibnu iktar milli għandna bżonn." Imma kif qed jgħid hekk, meta mumenti ilu qal illi ġejjin ħafna nies f 'pajjiżna? "Inti temmen li dawn il- barranin li ġejjin pajjiżna jew il-first time buyers jew is- second time buyers se jifilħu jixtru dawn l-appartamenti?" jistaqsi Buttigieg b'referenza għall-appartamenti bi prezzijiet miljunarji. "Dan apparti li hemm postijiet ukoll fejn m'għandniex inkomplu nibnu." Nisaqtsih jagħti eżempju. "Paceville għaddej żvilupp aggressiv, għandek ħafna permessi li ħarġu għal proġetti bħal Mercury House u issa proġett ieħor f 'San Ġorġ." Inwaqqfu hemm u nfakkru lil Buttigieg illi l-kontro- argument huwa li dawn il- proġetti qed joħolqu x-xogħol u se jfissru investiment qawwi. Imma dlonk jgħidli illi l-investiment, "ma jiġix biss mill-kostruzzjoni. Irridu nifirxu l-ekonomija, lil hinn mill-bini. Imma ejja nitkellmu dwar il-każ ta' San Ġorġ (il-proġett li se jkun qed isir mill-kumpanija DB fuq art tal-Gvern mogħtija lill- kumpanija għal €60 miljun bi ħlas inizzjali - premium - ta' €15-il miljun)." "Mela f 'dan il-każ għandek l-iżvilupp fuq art pubblika u biex tgawdi int inbati jien, nidfnek..." qal Buttigieg f 'eku għall-Oppożizzjoni ta' residenti minn Pembroke li qed jinsistu li dan l-iżvilupp se jimpinġi fuq il-livell ta' għixien tagħhom, fosthom il-volum tat-traffiku li mistenni jiżdied, tniġġis mill- kostruzzjoni u t-torri ta' 19-il sular li jinsistu li se jkun qed jgħatti d-dawl tax-xemx. "Huwa d-dritt tiegħek li tibni, imma mhux askapitù ta' xi ħadd ieħor. Dan huwa l-ġid komuni, jew se jkollna l-ġid komuni jew il-liġi tal-ġungla, fejn min hu b'saħħtu j kisser lil min mhux." Imma Buttigieg u l-Kunsilli Lokali qed jitolbu bidliet? U x'bidliet qed jitolbu? "L-ewwel nett irid isir assessjar tal-impatt fuq in- nies u fuq l-infrastruttura, jekk hux drenaġġ, jekk hux toroq. L-infrastruttura hemm bżonn issir qabel ma jsir l-iżvilupp." U l-Partit Nazzjonalista qiegħed jagħti appoġġ b'mod uffiċjali lir-residenti jew le? Buttigieg jgħid biss li l-Kunsilli Lokali kollha tal- madwar, inkluż Kunsillieri Laburisti qed jitkellmu b'mod ċar kontra dan l-iżvilupp. 'M'hemmx biżżejjed rieda politika biex l-affarijiet f 'Paceville jinbidlu..' Nersqu ħarira, mill- bajja ta' San Ġorġ għal ġo Paceville. Din il-gazzetta ilha tirrapporta dwar is- sitwazzjoni ta' Paceville b'mod prominenti, b'diversi artikli dwar rapporti li kienu saru minn Gvern Nazzjonalista fl-2012 iżda li baqgħu jżejnu l-ixkaffa u jrabbu t-trab. Inti tara li sar progress? nistaqsih. "Jekk ngħid li ma sarx progress inkun qed nigdeb, imma sar biżżejjed?" Filwaqt li jgħid li hu ma jaħsibx li qed isir biżżejjed, jgħid illi l-problema hija "ħafna interessi ta' flus u allura l-affarijiet ma jimxux sew... jiġifieri jien nagħmel lobbying, int tagħmel lobbying , jien nagħlaq għajn u inti tagħlaq għajn." Imma x'qed jipprova jgħid eżatt Buttigieg? "Ħa ngħidha ċara u ngħidha b'rispett. Xi kultant ikun hemm familjarità żejda bejn il-Pulizija u ċerti stabbilimenti..." jgħid Buttigieg mingħajr ma jagħti aktar dettalji. Imma Buttigieg jaħseb li kemm ilu li nbidel il-Gvern żdied in-nuqqas ta' infurzar? Hekk qed jipprova jgħid? "Jien naħseb li s-soluzzjoni hija li l-Pulizija jkunu awtonomi, b'mod partikolari f 'din iż-żona u ma jieħdu ordnijiet mingħand ħadd u telefonati mingħand ħadd." Nitolbu jkun iktar konkret u jsemmi każ ta' telefonati li jsiru lill-pulizija, kif qed jimplika. Buttigieg iżda ma jispeċifikax. Jassigurani, li dak li qed jgħid hu ma jfissirx li n-negozji m'għandhomx jagħmlu flus, "imma kollox irid isir b'etika u rispett. Anke l-bankini ħadu biex jibnu l-kjosks," jgħid b'referenza għal permess biex jinbena kjosk fuq bankina wiesgħa ħdejn lukanda ewlenija fil- pajjiż. Isemmi wkoll l-għassa f 'Paceville; proposta imma ma saret qatt. Isemmi latrina; proposta imma ma saret qatt u jsemmi wkoll l-ambulanza. "Hemm nuqqas ta' infurzar tal-liġi u m'hemmx biżżejjed rieda politika biex l-affarijiet jinbidlu f 'Paceville. Din ġejja minn diversi fatturi fosthom, kif diġà għidt, interessi finanzjarji." Hu jinsisti li kull min jinqabad jikser il-liġi għandha titteħidlu l-liċenzja. Ma jaqbilx ma' durata minima għal kirja privata Bħala persuna li kienet tokkupa l-ogħla kariga fl-Awtorità tad-Djar taħt Gvern Nazzjonalista (tneħħa mill-kariga fl-2013, ftit wara li kien elett Gvern ġdid) staqsejt lil Buttigieg x'jaħseb dwar il-White Paper li suppost għandha tkun ippubblikata sa qabel ma jagħlaq il-Parlament. "Noqogħdu attenti," tkun l-ewwel ħaġa li jgħid. "Jekk nissikkaw ħafna l-privat jieqaf jikri u jekk jiġri hekk in-nies se jmorru għand il- Gvern." "Naqbel ħafna mal-proposta li kull kirja jkollha kuntratt," jgħid Buttigieg għal waħda miż-żewġ miżuri prinċipali Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt 'Ma nifilħux nerġgħu nitilfu kif tlifna... Ħa ngħidha ċara u ngħidha b'rispett. Xi kultant ikun hemm familjarità żejda bejn il- Pulizija u ċerti stabbilimenti... " " Iħoss li qed isir wisq żvilupp 'żejjed'. Jemmen li hemm wisq interessi f 'Paceville biex isiru l-bidliet meħtieġa. Jappella lin-Nazzjonalisti biex jingħaqdu ħalli ma nsirux 'one party state'. Albert Buttigieg intervistat mill-gazzetta ILLUM

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 June 2018