Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979
Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 31 adegwat fejn nitħarrġu kif tassew jixirqilna. Dan jawgura tajjeb għal dan l-isport f 'pajjiżna. Min huwa l-aqwa plejer fid-dinja bħalissa? Fl-opinjoni tiegħi l-aqwa plejer fid-dinja fejn għandu x'jaqsam billiard huwa Gareth Potts, Brittaniku ta' 34 sena mlaqqam The Golden Boy. Dan il-plejer rebaħ tliet kompetizzjonijiet maġġuri u jogħġobni ħafna l-istil tiegħu ta' kif jilgħab fuq il-mejda. Dan jaqla' flejjes kbar minn fuq din l-istess mejda iżda xi ħaġa importanti hi li dan hu plejer professjonali. Il-fatt illi int irbaħt it-titlu mondjali s-sena l-oħra kien ta' unur kbir għalik u anke għal pajjiżna. Iżda tħoss illi ġejt rikonoxxut biżżejjed mill-midja lokali? Sfortunatament inħoss illi ma ġejtx rikonoxxut biżżejjed mill-midja lokali b'mod speċjali meta wara dak l-avveniment tant storiku għalija ħadd ma ġie jarani fl-ajruport ta' Malta. Ħassejtni diżappuntant ħafna għax jien wara kollox għamilt unur lil Malta. Minkejja kollox l-episodju ta' meta rbaħt il-Masters u l-unur tas-sena l-oħra ser jibqgħu bħala memorja unika tiegħi personali. Dawn l-unuri ksibthom barra minn Malta meta rbaħt lil Lee Kendall u Carl Singleton rispettivament. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Ix-xewqa ewlenija tiegħi l-ewwel nett hi dik illi dan l-isport jiġbed aktar interess mill-awtoritajiet konċernati. Aktar importanza jfisser aktar parteċipazzjoni u għarfien kemm il-billiard f 'pajjiżna huwa wieħed mill-isports ewlenin li qed iġib is-suċċessi. Nemmen illi bħala plejers għandna biex nilagħbu sew kontra l-barranin. Jekk ikun hemm aktar ħeġġa mill- awtoritajiet konċernati, nistgħu nkomplu nżidu dejjem aktar il-livell tagħna. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ illi qed jaqraw din l-intervista. L-ewwel ħaġa importanti illi f 'dan l-isport wieħed jibqa' dejjem kalm u saqajh mal-art. Wara mbagħad huwa meħtieġ illi tilgħab b'dedikazzjoni u tieħu t-taħriġ bis-serjetà. Qatt m'għandha tikbirlek rasek sabiex int dejjem tieħu l-logħbiet illi jkollok b'ċertu dedikazzjoni ikun min ikun l-avversarju. Minn hawnhekk, nixtieq nirringrazzja lill-familjari u ħbieb kollha tiegħi li dejjem tawni l-kuraġġ u s-sapport neċessarju! Fl-aħħar nett, ngħid li wieħed m'għandu jaqta' qalbu qatt li jista' jasal fejn irid. Aħna l-Maltin kapaċi daqs ħaddieħor u kapaċi nġibu r-riżultati li nixtiequ bħalma dejjem ġibna għax tajbin! Viva Malta! ħadd ma ġie jarani fl-ajruport ta' Malta' Champion tal-Pool ta' Malta matul din is-sena u tad-dinja matul is-sena li għaddiet. F'dawn l-aħħar snin għamel unur kbir lil pajjiżna f 'dan l-isport li tant iħobb. Isostni bil-qawwa kollha li hemm bżonn ta' iktar sapport u rikonoxximnet mill-awtoritajiet konċernati lejn dan l-isport li tant qed jikber l- popolarità f 'pajjiżna. ANTON CUSCHIERI "Sfortunatament inħoss illi ma ġejtx rikonoxxut biżżejjed. Ħassejtni ddiżappuntant ħafna għax jien wara kollox għamilt unur lil Malta. Minkejja kollox l-episodju ta' meta rbaħt il-Masters u l-unur tas-sena l-oħra ser jibqgħu bħala memorja unika tiegħi personali." Ritratt: James Bianchi