Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979
Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 29 FI żmien it-Tazza tad- Dinja, ssoltu mdorrija li joħroġ xi ktieb li jiffoka fuq din it-tazza li tant toħloq interess, emozzjonijiet u tensjoni! Din id-darba qed jiġi ppubblikat ktieb li jmur lil hinn mill-istatistika, il-goals, ir-rebbieħa u l-ismijiet ta' plejers li ħadu sehem f 'edizzjonijiet differenti. Il-librerija sportiva qed tiżdied bi ktieb ieħor 'Żelqiet Sportivi u Ċajt Ieħor' li qed joħroġ fi żmien il-World Cup u fih insibu rakkuntati aktar minn 160 ċajta u praspura li għamlu players Maltin, coaches, uffiċjali ta' clubs, Presidenti tal-MFA, referis u anki ġurnalisti li rrapurtaw avvenimenti sportivi. L-awtur tal-ktieb 'Żelqiet Sportivi u Ċajt Ieħor' hu Mario Pisani li fl-esperjenza tiegħu ta' 23 sena referi u wara bħala ġurnalist sportiv bena kuntatti ma' bosta spor- tivi u amministratturi li kienu disponsibbli li jirrakuntawlu xi ċajt li għamlu jew li kienu vittma tagħha. L-awtur qal li meta bdiet tiġri l-kelma li qed isir dan il-ktieb, kien hemm min beda jissuġġerilu ismijiet u jagħtih ukoll indikazzjoni ta' min jagħmel l-aktar ċajt goff biex il-ktieb ikun aktar imħawwar u mżewwaq! Fejn ġraw il-praspar? Kul- limkien: f'Malta u barra, fil-grawnds u fid-dressing rooms, fil-kmamar tal- lukandi fejn il-plejers kienu jinsabu meta kellhom logħob barra minn Malta u fuq l-ajruplan, quddiem statwa waqt it-talb sa quddiem l-Imħallef fl-awla tal-Qorti, f'restaurants differenti u f'car parks, u minn ġol-lifts għal ġo karozzi. Kull kantun- tiera li tista' timmaġina saret xi ċajta fiha. U x'ma ntużax biex saru ċ-ċajt u l-praspuri? Kannoli, tiben, badges tal-MUSEUM, shampoo, whisky, toilet pa- per, passaporti, arloġġi, fluffy eggs, television, il-breakfast permezz tar-room service u oħrajn... Aktar ma kienu jsibu oġġetti aktar iċ-ċajt kien ikun kulurit. Diversi plejers tal-Premier jirrakkuntaw il-praspar li għamlu lil xulxin. Is-sabiħa hi li f'dan il-ktieb int se taqra ċ-ċajt li għamlu u l-vittmi se jiskopru min kien għamlilhom iċ-ċajta li qatt ma kienu jafu min kien hemm warajha. F'dan il- ktieb se jinkixfu l-borom u se joħroġ fwar ta' daħk! Ħafna miċ-ċajt spiċċaw b'wiċċ il-ġid, iżda kien hemm uħud li marru żmerċ u daħlu jew iżżeffnu l-pulizija! Iċ-ċajt kollu li hemm rak- kuntati f'dan il-ktieb huma ġraw veru. Anki meta kien hemm players li vvintaw li wieħed mill-players sħabhom kien għamel attentat ta' qtil. Daqstant ieħor hi minna l-istorja li plejers 'saru jafu' mill-gazzetti li kien hemm tim li kien interessat fihom meta dan ma kienx veru! Iżda l-istorja tant kienet kredibbli li gazzetta kienet belgħet iċ-ċajta u ppubblikat l-istorja! Fil-ktieb 'Żelqiet Sportivi u Ċajt Ieħor'nidħqu waqt li naqraw kif żvolġiet iċ-ċajta. Se naraw ukoll meta l-eks plejer leġġendarju Brażiljan, Pelè, kien pretenda xi ħaġa speċjali mingħand Fr Hilary! F'dan il-ktieb issir taf min huma l-aktar plejers imqar- bin u kummidjanti fit-team nazzjonali. Se taqta' l-kurżita' min jiċċajta l-aktar goff. Se tiskopri persuna oħra fil- player li taf. 'Żelqiet Sportivi u Ċajt Ieħor'jinkludi wkoll 30 illustrazzjoni ta' plejers, kowċis u uffiċjali ta' clubs Maltin. Illustrazzjonijiet li viżwalment jirrakkuntaw iċ-ċajt u l-praspar li saru mill- players u li saru minn Mark Schembri. Dan il-ktieb ippubblikat minn Kite Group jingħaqad ma' sensiela ta' kotba ta' ċajt u umoriżmu fosthom kotba dwar ċajt li ġraw fuq politiċi, professjonisti mill-qasam tas-saħħa, reliġjużi u issa għal World Cup kien imiss l-isportivi Maltin. Il-qoxra tal-ktieb turi lil Ray Żażu Farrugia li kien involut ukoll f'ċajta. L-introduzzjoni tal-ktieb saret mill-psikjatra Dr Anton Grech li jikteb x'inhi r-raġuni li l-plejers jiċċajtaw ħafna u jiċċajtaw ukoll b'mod goff. It-tnedija tal-ktieb saret fl-MFA Trophies Lounge Ta' Qali. Il-ktieb hu ppubblikat minn Kite Group li dan ix-xahar ippubblika wkoll l-awtobi- jografija ta' Andrè Schembri bl-isem ta' 'Andrè Schembri, 10 snin nilgħab fl-Ewropa'. Dawn iż-żewġ kotba jinkisbu mill-ħwienet tal-kotba jew minn fuq www.kitegroup.com.mt. Meta Pelè ppretenda xi ħaġa speċjali mingħand Fr Hilary 'Nikkunsidra lili nnifsi bħala tarbija f 'dan l-isport u għalhekk dawn ir-riżultati kienu ta' sodisfazzjon kbir' - Mireya Cassar minn Cristian Antony Muscat Fost l-aktar atleti Maltin li spikkaw fil-COJI Games li saru fil-jiem li għaddew fi Sqallija, kien hemm iż- żagħżugħa Mireya Csasar. Hija tatna iktar dettalji: "Ilni fl-atletika mill-2016 u bdejt bhala sprinter, però f'Jannar tal-2017 bdejt nipprattika l-isport tat-tfigħ baxx fosthom ix-Shot Put, Discus, Javelin u Hammer. Taħt il-gwida tal-kowċ tiegħi Genci Dapi bdejt mill-ewwel inġib riżultati pożittivi waqt il-kampjonati organizzati mil-Malta Amateur Athletic Associa- tiom (MAAA). Però, xorta kienet sorpriża pożittiva meta f'Settembru tat-2017 ġejt magħżula mil-MAAA biex nirrapreżenta lil Malta f''meeting' tal-atletika għal żgħażagħ ta' taħt is-16-il sena Ewropej ġewwa Brno fir-Repubblika Ċeka. Ħadt sehem fil-kompetizzjoni tax-Shot Put u rnexxieli nakkwista t-tielet post minn fost 32 atleta, b'tefgħa ta 11.56m li biha ksirt ir- rekord nazzjonali fil-kate- gorija tiegħi. Dan ir-riżultat kompla jimlieni b'kuraġġ kbir. L-2018 bdiet b'mod pożittiv ħafna fejn waqt kompetizzjoni tax-Shot Put indoor ġewwa Lon- dra, irnexxieli nissupera t-12-il metru b'tefgħa ta' 12.03m. Fil-bidu ta' Mejju waqt il-World Athletics Day imtella' l-Marsa Track għall-iskejjel kollha ta' Malta, irnexxieli nikser ir-rekord tal-kategorija fil- Javelin b'tefgħa ta' 29.53m. Fil-kampjonati nazzjonali tal-atletika li saru f'Mejju li għadda rnexxieli wkoll insir ir-rebbieħa nazzjonali tax-Shot Put u l-Javelin u niġi t-tieni fid-Discus u l- Hammer. Fil-kompetizzjoni tax-Shot Put, irnexxieli anki nerġa' nikser ir-rekord fil-kategorija b'tefgħa ta' 12.06m. B'dawn ir-riżultati inkoraġġanti, ġejt magħżula mill-Kumitat Olimpiku Malti biex nirrapreżenta lil pajjiżi fil- COJI Games (Island Games) 2018 li saru ġewwa Sqallija. Jien kont parti minn kontinġent im- daqqas u kont waħda minn diversi atleti li pparteċipaw fl-atletika. Il-kontinġent Malti kien magħqud ħafna u nista' ngħid li permezz ta' din il-kompetizzjoni sirt naf iktar atleti Maltin oħra li għalkemm nara- hom kuljum ftit ikolli ċans insir tabilhaqq nafhom. Il-parteċipazzjoni tiegħi kienet fl-events kollha tat- tfigħ, jiġifieri fix-Shot Put, Discus, Hammer u Javelin. Nista' ngħid li l-livell ta' dawn il-kompetizzjonijiet kien wieħed b'saħħtu ħafna u għalhekk dan kien test importanti ħafna għalija. L-eċitament kien xi ħaġa inkredibbli imma bil- preparazzjoni tiegħi taħt il-gwida tal-kowċ Genci Dapi ħassejtni ppreparata biżżejjed biex nagħti sfida lil kulħadd. Ir-riżultati ma naqqsux għax irnexxieli nġib tliet midalji tal-fidda fix-Shot Put, Discus u Hammer u waħda Bronż fil-Javelin. Fix-Shot Put inħoss li l-midalja tad-deheb tliftha minn ħalqi għax id-distanza tar- rebbieħa kienet waħda li s- soltu nissuperaha faċilment imma naħseb li l-eċitament għamel xi ftit tiegħu. Ta' sodisfazzjon kbir ħafna kien ir-riżultat fil-Hammer fejn irnexxieli nagħmel Personal Best b'tefgħa ta' 44.49m. Jien nikkunsidra lili nnifsi bħala tarbija li għadha qed tagħmel l- ewwel passi f'dan l-isport u għalhekk dawn ir-riżultati kienu ta' sodisfazzjon kbir. Però, inħoss ukoll li dawn il-COJI Games urewni li għalkemm qiegħda fit-triq it-tajba xorta baqgħali ħafna x'nitgħallem. Issa qed nistenna b'ħerqa kbira li jasal Lulju, għax għadni kif ġejt infur- mata li ġejt magħżula biex nirrapreżenta lil Malta fil-FISEC Games 2018 li ser isiru f'Genk fil-Belġju. Għalhekk, issa xogħli huwa li nikkonċentra fuq l-eżamijiet tal-aħħar tas- sena u t-taħriġ regolari tiegħi biex finalment inkun nista' nagħti prestazzjoni tajba fil-Logħob tal-FISEC u nagħmel gieh lil pajjiżi u lil dawk kollha li tant jieħdu paċenzja bija."