Illum previous editions

ILLUM 17 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum Rebħa soerta minn Franza fuq l-Awstralja minn Cristian Antony Muscat FRANZA.........................2 AWSTRALJA ..................1 KIENET tassew rebħa sofferta dik miskuba minn Franza meta b'iktar tbatija milli mistenni, huma għelbu lill-Awstralja bl- iskor ta' 2-1. Kienu l-Franċiżi l-ewwel li resqu viċin li jiftħu l-iskor meta wara biss żewġ minuti, xutt potenti u fil-baxx minn ġol- kaxxa ta' Kylian Mbappe ġie mdawwar f'corner b'abilitá mill-goalkeeper Awstraljan, Matthew Ryan. L-Awstralja wieġbu fis-17-il minuta, minn freekick pinġut ta' Aaron Moy, għola tajjeb Mathew Leckie li ap- profitta minn indeċiżjoni tad-difensur Franċiż Corentin Tolisso, u ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi salvata bi bravura liema bħalha minn Hugo Lloris, li dawwar tajjeb f'korner. Fis-56 minuta Franza rebħu penalty meta Joshua Risdon waqqa' lil Antoine Griezmann fil- kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess Antoine Griezmann li ma żbaljax hekk kif tefa' l-ballun fir-rokna tax- xibka. Iżda fis-60 minuta kien imiss lill-Awstraljani li jirbħu penalty meta Aaron Mooy indirizza freekick għal ġol-kaxxa u Samuel Umtiti miss il-ballun b'idu fil-kaxxa. Inkariga ruħu mill- penalty Mile Jedinak li permezz ta' xutt ċentrali fil-baxx tefa' l-ballun fix- xibka. Madankollu, kellhom ikunu Franza li jiskorjaw il-gowl tar-rebħa hekk kif fit-80 minuta, Paul Pogba, permezz ta' xutt sabiħ minn ġol-kaxxa tefa' l-ballun fix-xibka. Franza Lloris, Pavard, Varane, Umtiti, Pogba, Griezmann (Giroud 70'), Mbappe, Dembele (Fekir 70'), Tolisso (Matuidi 78'), Kante, Hernandez Awstralja Ryan, Mil- ligan, Leckie, Kruse (Arzani 84'), Nabbout (Juric 64'), Mooy, Je- dinak, Behich, Risdon, Sainsbury, Rogic (Irvine 72') Referi Andres Cunha (URU) Paul Pogba jiskorja l-gowl tar-rebħa għal Franza PAUL POGBA Skorja l-gowl tant importanti li ta r-rebħa lil Franza. Huwa plejer indispensabbli ta' Manchester United. Ingħaqad mar-Red Devils mingħand Juventus fid-9 t'Awwissu tal-2016.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 June 2018