Illum previous editions

ILLUM 17 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 LISKAMBJU tal- informazzjoni bejn Stati Membri huwa element bażiku sabiex tiġi żgurata s-sigurtà taċ-ċittadini tagħna madwar l-Unjoni Ewropea, qalet il-MPE Laburista Miriam Dalli. "Li nibnu struttura b'saħħitha kontra theddid terroristiku jista' jgħinna nissodisfaw ir-responsabbiltà tagħna li nżommu liċ-ċittadini tagħna siguri. It-tiġdid tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) hija għodda importanti għal dan il-għan," stqarret l-MPE Dalli. Bħala rapporteur għall-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi, Miriam Dalli laqgħet il-ftehim informali li wasslu għalih il- Presidenza Bulgara tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar tliet regolamenti fuq l-użu tas-SIS għal kwistjonijiet ġudizzjarji, għal kontroll tal- fruntieri u għal kwistjonijiet ta' ritorn ta' persuni minn pajjiżi terzi. L-abbozz tar-regolamenti jintroduċi kategoriji addizzjonali ta twissija, inkluż dawk dwar persuni suspettati jew mfittxija. Miriam Dalli enfasizzat kif l-għodod taħt SIS jistgħu jintużaw fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħtif tat-tfal u f 'każijiet ta' tfal neqsin. "Għalija kien dejjem importanti li mhux biss nindirizzaw il-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni u l-ħtif tat-tfal, iżda wkoll li niżguraw li d-drittijiet fundamentali dwar il-protezzjoni tad-data tagħhom jkunu rispettati," qalet Dr Dalli. L-abbozz tar-regolamenti jintroduċi twissijiet preventivi għat-tfal f 'riskju ta' ħtif minn ġenituri, kif ukoll tfal vulnerabbli u persuni li ma jkunux jistgħu jivvjaġġaw għas-sigurtà tagħhom stess. Fis-snin li għaddew, l-isfidi tal-immigrazzjoni u t-terroriżmu saru aktar interkonnessi. Studju ppubblikat is-sena l-oħra mill-Istitut Daniż għall- Istudji Internazzjonali wera kif, f 'dawn l-aħħar 10 snin, il-maġġoranza l-kbira ta' persuni involuti f 'attakki terroristiċi madwar l-Ewropa kienu ċittadini tal-UE. L-istudju wera li bosta kienu foreign fighters, u li kienu diġà magħrufa mal-awtoritajiet Ewropej. L-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali u fil-kontrolli tal- fruntieri huma essenzjali. Il-ftehim milħuq jinkludi wkoll twissijiet dwar ir-ritorn ta' persuni ta' pajjiżi terzi li t-talbiet tagħhom għall-ażil ma jkunux ġustifikati u jkunu ġew miċħuda. "Għandna l-għodod biex niggarantixxu is-sigurtà taċ- ċittadini tagħna. Issa, huwa f 'idejn l-Istati Membri biex jimplimentaw kif suppost l-Acquis ta' Schengen," ikkonkludiet Miriam Dalli. Minn Albert Gauci Cunningham ILFENOMENU tal- immigranti bid-dgħajjes mhux beħsiebu jbatti, anzi mistenni jiżdied fil-ġranet u ġimgħat li ġejjin. Din il- gazzetta tinsab infurmata illi numru ta' dgħajjes qed jitilqu mil-Libja b'numru kbir ta' immigranti fuqhom biex jerħulha lejn l-Ewropa. Din il-gazzetta ġiet infurmata illi fil-fatt hawn madwar sitt dgħajjes fl-ibħra madwarna. Fil-fatt ilbieraħ l-Ministru tal-Intern Matteo Salvini reġa' wissa illi dgħajsa oħra se tkun qed titlaq mill-kosta Libjana u li pajjiżu mhux se jittollera merkanzija umana f 'portijiet Taljani. "Waqt li l-Aquarius sejra lejn Spanja, żewġ għaqdiet non governattivi Olandiżi qed joperaw żewġ vapuri (Lifeline u Seefuchs) waslu mal-kosta Libjana u qed jistennew lill-merkanzija umana, sakemm jabbandunawhom t-traffikanti. Dawn in-nies," sostna Salvini "għandhom ikunu jafu li l-Italja daqshekk se tkun parti minn dan in-negozju klandestin tal-immigrazzjoni u se jkollhom ifittxu portijiet oħrajn fejn imorru." "Bħala Ministru u bħala missier, qed nieħu din l-azzjoni għall-benefiċċju ta' kulħadd." Din is-sitwazzjoni mistennija tikkumplika l-affarijiet aktar bejn Malta u l-Italja li nhar it-Tnejn kienu prattikament f 'battalja ta' kliem b'Malta tirrifjuta li tieħu l-immigranti hekk kif l-eqreb port sigur kien fil-fatt fl-Italja. L-Italja u speċjalment il-Ministru tal- Intern Salvini, m'aċċettawx id-dgħajsa Aquarius fl- Italja b'600 immigrant jibqgħu bejn sema u ilma. Dan sakemm daħal għall- immigranti l-Gvern Spanjol. Il-PM Muscat għamilha ċara fi stqarrija Ministerjali nhar it-Tnejn filgħaxija illi l-Gvern Malti kien lest illi jgħin lill-immigranti billi ta' kunsinja ta' ikel u ilma kif ukoll kien lest jagħti l-għajnuna medika f 'każ ta' bżonn. Salvini u Ministru ieħor Taljan, Danilo Toninelli ma tantx kellhom kliem sabiħ għal Malta. Salvini akkuża lill-pajjiżna illi mhux qed jagħmel il-parti tiegħu biex ikunu salvati l-immigranti, filwaqt li Toninelli qal li jekk Malta mhix kapaċi tieħu ħsieb taż-żona ta' Tfittxija u Salvataġġ, għandha tgħaddiha lill-Italja. Stqarrija li ġabet reazzjoni iebsa wkoll mill-Gvern Malti li akkuża lil Toninelli illi mhux informat sew u li qed jipprova joħloq kwistjoni mix-xejn. Jidher li din it-tonalità u dan id-diskors qed jinżel tajjeb sew ma' ħafna nies, biżżejjed wieħed jara illi l-messaġġ ta' Salvini fuq Facebook kellu aktar minn 127,000 'likes' u kien imxerred minn 22,000 persuna fl-ewwel tliet sigħat illi kien ippubblikat. Salvini jwissi u jerġa' jgħid illi l-Italja mhux se tieħu immigranti Dgħajjes mil-Libja u oħrajn fl-ibħra madwrna jistennew biex ikunu milqugħin fl-Italja jew Malta... TO BE PUBLISHED ON SUNDAY 17 TH JUNE 2018 MALTESE VERSION DIPARTIMENT TAL-PULIZIJA ESPRESSJONI TA'INTERESS 1 /2018 Il-Kummissarju tal-Pulizija javża li:- Proposti se jintlaqaw permezz tal-Email fuq Email address: tenderspolice.mhas@gov.mt sa mhux aktar tard mill- 11:00 am tat-Tnejn 2 ta' Lulju 2018 għall- EOI No: 1 /2018 - SERVIZZ TA' INTERPRETI LID- DIPARTIMENT TAL-PULIZIJA Dettalji jistgħu jinkisbu billi tintbagħat talba permezz ta' email bit-titlu "Request Form – INTERPRETER SERVICES" fuq Email address: tenderspolice.mhas@gov.mt (Tel: 22942355) Proposti jridu jiġu mibgħuta, kif deskritt hawn fuq f'paragrafu 1, bit-titlu: "BID – Interpreter Services" Matteo Salvini ma' Marine Le Pen Regolamenti ġodda mmirati biex jiżguraw sigurtà xierqa fiż-Żona Schengen

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 June 2018