Illum previous editions

ILLUM 17 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 | illum Intervista 13 tlifna... għall-ġid tad-demokrazija' li jidher illi se jiddaħħlu fil-White Paper dwar il- krjiet privati. Imma jaqbel mal-proposta l-oħra illi kirja jkollha durata minima? "Le, ma naqbilx. Jekk jien għandi post u rrid nikrihulek għal sitt xhur għandi dritt nagħmel dan. Basta nonora l-kuntratt," sostna l-eks Chairman tal-Awtorità tad- Djar. "Naqbel illi ninċentivak billi tħallas inqas taxxa aktar kemm id-durata tkun twila, imma tinċentiva mhux li timponi." Buttigieg jgħid li durata speċifika jew minima se tkun diffiċli li ssir, speċjalment fid- dawl tal-fatt illi għandek żewġ klassijiet ta' nies, barranin li jikru u Maltin li jikru. Kont avviċinat miż-żewġ partiti biex nikkontesta l-elezzjoni U allura bdejna naslu fit- tmiem tal-intervista u ma stajx ma nagħmilx referenza għal artiklu li Buttigieg kien kiteb u li ġie ppubblikat fuq il-gazzetta The Times. F'dan l-artiklu miktub fil-forma ta' appell Buttigieg qal hekk: "After the second consecutive drubbing and an internal acrimonious process in nominating its top brass, the party is not only experiencing an identity crisis – what does the party really stand for today – but alas a deep divide." Immur lura għal passat riċenti u nsemmi lill-eks Kap tal-PN Simon Busuttil; għal Buttigieg dan kien jirrapreżenta aktar dak li jemmen fih hu? "Jien ma dħaltx fil-partit minħabba Simon Busuttil jew Adrian Delia. Dħalt fil-PN minħabba l-valuri li jħaddan – il-valur tal-etika u n-negozju li jsir b'mod etiku, tas-solidarjetà, tal-ugwaljanza u tal- governanza tajba. Dawn huma l-valuri li nemmen fihom jien. Jispjega kif kien avviċinat miż-żewġ partiti biex joħroġ għall-elezzjoni, imma hu għażel il-PN. "Il-Partit Laburista fil-passat ħassejt illi kien partit li jrid jikkontrolla kollox. Fi żmien Alfred Sant kien sar partit ħafna iktar sahan, imma illum huwa wisq neo-liberali u kapitalist, fejn l-għan jiġġustifika l-mezz u bla prinċipji. Aktar kont nidħol fil-Partit Laburista meta kien immexxi minn Alfred Sant." Huwa jammetti li l-PN għamel żbalji, "imma mbagħad għandu track record tajjeb ħafna." 'Il-barunijiet tal-barunijiet ta' Alfred Sant saru l-ħbieb tal-ħbieb ta' Muscat' Kien jaħseb Buttigieg li l-PN se jitlef daqstant bil-kbir fl-2017? "Le, għax ħsibt li l-poplu mhux se jħares daqstant sal-ponta ta' mnieħru." Jiġifieri qed jgħid li l-poplu ħares sal-ponta ta' mnieħru meta eleġġa lill-PL fil-Gvern? "Le mhux il-poplu kollu, imma iva kien hemm settur ta' nies li raw x'se jakkwistaw huma biss. Nemmen li l-PL qabel l-aħħar elezzjoni uża ħafna il-'power of incembency' billi qeda diversi nies." Buttigieg jgħid li llum il-PL sar magna tal-customer care u gvern li jaqdi l-egoes il-kbar tal-pajjiż ('massaging bug egos'). "Illum il-barunijiet tal- barunijiet ta' Alfred Sant saru l-ħbieb tal-ħbieb ta' Muscat." Minkejja dan Buttigieg xorta jammetti li d-distakk fl-aħħar elezzjoni ddiżappuntah. Jaħseb li Busuttil kellu jibqa'? "Wieħed jirrispetta d-deċiżjoni. Imma jien personalment iva kont ningħaqad ma' ħafna li ħasbu li Simon kellu jistenna. Vera tilef il-PN imma b'daqshekk ma waqgħetx d-dinja." Hu jgħid illi Busuttil irreżenja għaliex "xorob" ħafna mill- valuri Ewropej. 'Jiena kritiku, imma leali u onest...' Filwaqt li jħoss li m'għandux isir iffukkar żejjed fuq id-diviżjoni, huwa fakkar illi diviżjoni jew nuqqas ta' qbil mhux xi ħaġa tal-PN u hawnhekk fakkar fil-ġlieda bejn Mintoff u Boffa, b'dan tal-aħħar jifforma partit għalih (Malta Workers Party), il-battibekk bejn l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant u l-eks Mexxej Laburista Dom Mintoff u li ra l-waqgħa ta' Gvern Laburista u anke diviżjoni li jgħid li jista' hemm fil-PL illum. Dwar il-PN huwa jgħid li hu "kritiku imma leali u onest. Li jien nikkritka ma jfissirx li rrid inkisser jew nagħmel il- ħsara, imma għax irrid il-ġid. L-artiklu li ktibt jiffoka fuq il-bżonn ta' rikonċiljazzjoni," jinsisti Albert Buttigieg. "Delia huwa l-kap leġittimu tal-PN illum u jien qed nisħaq illi min rebaħ m'għandux jieħu l-attitudni illi the 'winner takes it all' u min 'tilef ' m'għandux jieħu attitudni negattiva. Ejja ningħaqdu." Hu qed jipproponi illi jekk hemm bżonn il-partit isib lil nies bħall-eks Ministri Louis Galea u Joe Borg biex imexxu medjazzjoni fejn ikun hemm bżonnha. "Storikament San Pietru u San Pawl ma kinux jaraw għajn m'għajn, iżda ngħaqdu meta kien hemm bżonn. Jekk dawn qamu għall-okkażjoni minkejja li ma kinux jaqblu, għaliex ma nistgħux aħna wkoll?" Buttigieg insista li kulħadd fil-PN jeħtieġ jingħaqad, aktar minn kollox, biex tgawdi d-demokrazija; "ma nistgħux insiru stat b'partit wieħed." Nirrimarkalu illi l-istħarriġ tal-kamra tal-aħbarijiet tagħna qed juru illi bħalissa d-distakk bejn il-partiti huwa wieħed kbir jekk wieħed jikkunsidra dawk li huma deċiżi kif se jivvutaw. Nistaqsi lil Buttigieg mistoqsija diretta; il-PN, għall-eżistenza tiegħu u għall-pajjiż, jiflaħ għal telfa oħra b'distakk ta' 36,000 jew aktar? "Le ma nifilħux nerġgħu nitilfu hekk għall-ġid tad- demokrazija." "Aħna rridu one party state? Fejn hemm stat b'partit wieħed hemm abbuż u nuqqas ta' demokrazija. Hemm rieda tajba, mela ejja naħdmu għall-għaqda," jappella Buttigieg, "jekk ningħaqdu nsiru aktar b'saħħitna."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 June 2018