Illum previous editions

ILLUM 17 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 | illum Sports 27 Suċċess wara l-ieħor għal Hannah Pace LISEM ta' Hannah Pace sar sinonimu mat- triathlon. Minkejja l-età żgħira tagħha, hija għadha kemm ikkompetiet fil-Grupp ta' Età 25-29 din is-sena, sa issa Pace kellha rata ta' suċċess ta' mija fil-mija fit-tlielaq tal-Ironman 70.3 li ħadet sehem fihom sa'issa. Għal min mhux familjari mal-Ironman 70.3, din it tellieqa tikkonsisti f 'għawma ta 1.9 kilometru, segwita minn 90 kilometru fuq ir-rota. It-tellieqa tispiċċa b'nofs maratona – ġirja ta'wieħed u għoxrin kilometru. L-ewwel esperjenza tagħha f 'dawn it-tip ta'tlielaq bdiet fl-2015 meta ħadet sehem fl- Ironman 70.3 ġewwa Budapest. Mal-ewwel uriet il-kapaċita tagħħa b'riżultat li Pace ikkwalifikat għal- post prestiġjuz fil- Kampjonati tad-Dinja Ironman 70.3 - l-ewwel atleta femminili Maltija li għamlet dan. Minn dakinhar 'il quddiem, Pace kompliet tikkwalifika f 'kull tellieqa li ikkompetit fiha - Turkija (2015), Budapest (2016), Staffordshire (2018). Il-prestazzjoni ta'Pace fil-Kampjonati tad-Dinja li saru ġewwa l-Awstralja fis-Sunshine Coast fl-2016 rat lil-Pace tirbaħ Bronż – rebħa sinifikanti meta wieħed qabbel l-esperjenza ta' Pace ma dik tal-atleti prezenti dik inhar. Fl-2018, Pace rebħet it-tieni titlu Nazzjonali fuq din id-distanza meta rebħet l-OceanLava Malta Triathlon - tellieqa mifruxa fuq l-istess distanza bħall-Ironman 70.3. Din it-tellieqa pprovdiet kundizzjonijiet iebsin ħafna meta l-elementi tat-temp kollha ġew esperjenzati dak inħar. Pace laqet l-isfida dak inhar u ħadet l-opportunita sabiex tkompli tkabbar l-esperjenza tagħha f 'dawn it-tip ta' tlielaq. Ir-reġim ta'taħriġ ta' Pace huwa esiġenti u intensiv - fejn kull sett ta'taħriġ huwa kkalkulat u maħsub biex jiżgura li jkolla l-aħjar preparazzjoni għat-tellieqa Ironman f 'Kopenħagen, id-Danimarka f 'Awwissu. Ir-reġim ta' Pace ma jinkludix biss programm taħriġ fiżiku, li jara lil Pace titħarreġ għal madwar 15 sa 20 siegħa fil-ġimgħa, iżda wkoll jinkludi pjan ta'nutrizzjoni mfassal madwar dan it-taħrig. Hekk kif toqrob it-tellieqa Ironman, it-taħriġ jiżdied għal xi 25 siegħa fil- ġimgħa. In-nutrizzjoni għandha rwol ewlieni, speċjalment f 'dan it-tip ta' taħriġ. X'wieħed jiekol hi xi ħaġa li tista' tikkawża daqsxejn ta 'uġigħ ta' ras għall-atleti –ftit ikel u wieħed ma jkollux l-enerġija għas- sigħat twal ta' taħriġ, ikel żejjed u wieħed jirriskja li jtella il-piż. Filwaqt li jista jkun faċli li tieqaf tiekol tajjeb hekk kif toqrob it-tellieqa, l-isfida tkun li tikkontrolla l-ikel kif suppost, għalhekk huwa importanti ħafna li in-nutrizzjoni tiġi kkunsidrata fil-pjan tat- taħriġ. "L-akbar tħassib tiegħi huwa li niżgura li nkun qiegħda niekol sew, din issir iktar diffiċli hekk kif jitwalu is-siegħat ta'taħriġ. B'xorti tajba, inħobb il-ħaxix u l-frott u l-għarus tiegħi huwa kok tajjeb ukoll! M'iniex qed ngħamel dieta estrema unammetti li nħobb noħroġ niekol mal-ħbieb u l-familja tiegħi. Inħoss li fil-ħajja dejjem għandu jinżamm bilanċ u nipprova napplika dan għal dak kollu li nagħmel." Ġurnata tipika tibda b'taħriġ filgħodu kmieni li jvarja minn għawm, ġirja jew rota. Wara ġurnata xogħol, Pace tkompli bis- sessjoni ta'filgħaxija. Minn Ottubru tal-2017, Pace bdiet titħareġ mal- kowċ Richard Laidlow, li jqassam it-taħriġ f 'biċċiet varjati. "Fl-off season iffukajna fuq l-għawm, saħħaħna it-taqsima tar-rota, kif ukoll bnejna bażi aerobika. Għalhekk, ġurnata tipika kienet tibda kmieni filgħodu segwita minn sessjoni fuq ir-rota u il-gym, mbagħad wara x-xogħol spiss kien ikolli sessjoni oħra. Issa li s-sessjonijiet bdew jitwalu u l-aktarsessjoni twila, hekk kif noqrob lejn l-Ironman, ser tkun ta' 8 sigħat f 'diversi okkażjonijiet." Wara s-suċċess ta' kull atleta hemm l-appoġġ tal-familja, ħbieb u min iħaddem. Pace bniet grupp ta' sapport qawwi f 'kull qasam. Dan isir permezz ta' komunikazzjoni kontinwa kif ukoll billi taqsam magħhom il- pjanijiet ta'taħriġ u tlielaq. "L-appoġġ tal-familja, il-ħbieb u il-kollegi huwa importanti ħafna għalija u din tikkontribwixxi għas-suċċess tiegħi – grata u konxja lejn il-fatt li din mhix xi ħaga faċli għalihom – speċjalment meta nkun b'xi burdata ħazina għax xi sezzjoni ta'taħriġ ma kienitx kif xtaqt. Dejjem ngħamel mezz li nsib ħin biex nissoċjalizza,inkella huwa faċli li bl-għajja u forsi xi ftit tensjoni tibda l-affarijiet b'mod negattiv u tieqaf tgawdi l-isport." L-impenn li jmiss ta' Pace ser tkun it-tellieqa Ironman f 'Kopenħagen, id-Danimarka - din ser tikkonsisti f 'għawma ta 3.8km, rotta ta'180km fuq ir-rota u maratona - ġirja ta'42km. Din se tkun l-ewwel tellieqa Ironman ta' Pace iżda bl-impenn u d-dixxiplina tagħha konvinti li ser naraw riżultat posittiv mingħand din l-atleta żgħazugħa. Pace hija appoġġjata minn Garmin Malta, Eurosport Malta, Starbene u Team Barry. Hannah Pace -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 June 2018