Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979
illum Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 Sports 28 'Kuntent li ħarġitli prestazzjoni kif xtaqt u rbaħt 'The Grid' għat-tielet sena konsekuttiva' - Ryan Farrugia minn Cristian Antony Muscat OCR (Obstacle Course Racing), minkejja li huwa sport relativament ġdid f 'pajjiżna, qed jikseb popolarità sena wara oħra. 'The Grid' hija tiġrija ta' 13-il kilometru fuq terran varjat u mħarbat u fl- istess ħin work-out b'diversi ostakli matul il-korsa li jinkludu fost oħrajn, ostakli bi stil militari, ostakli fil-baħar, ġarr ta' tyres jew oġġetti tqal kif ukoll tixbit ma' ħitan, ħbula u containers. Madankollu, din ma żammitx lill-1200 parteċipant li dis-sena ppartecipaw fit-tellieqa. Ryan Farrugia, rebbieħ taż-żewġ edizzjonijiet preċdenti ta' 'The Grid', għal darb'ohra rebaħ din it-tiġrija f' ħin rekord ta' 59 minuta u 54 sekonda u b'hekk kien l-uniku atleta li għamel din il-korsa inten- siva f' inqas minn siegħa. Huwa tana iktar dettalji: "Dan it-tip ta' sport jit- testjak fiżikament u psikoloġikament. Minn xhur qabel trid tibda taħriġ speċifikat kemm għal-long distance running kif ukoll biex jirnexxielek tagħmel l-ostakli mingħajr ma tikkawża injury. Ngħid għalija, it-tiġrija bdejt nipprepara għaliha mill- mument li applikajt sitt xhur ilu. Kien programm intensiv ta' trejning li f'xi ġimgħat minnhom anke kien imiss l-10 sessjoni- jiet fil-ġimgħa. It-taħriġ jinkludi l-aktar ġiri – kemm fit triq, fit-trakka u anke fuq l-imħarbat. Barra minnhekk, ma jistax jonqos li tagħmel strength and conditioning training speċifiku biex issaħħaħ l-upper body. Minn ġranet qabel id-data tat-tiġrija, trid tibda tipprepara ruħek psikoloġikament għall- isfida li twaddablek għal wiċċek din it-tip ta' tiġrija. Trid tkun iffukat mill- bidu sal-aħħar, u meta ġismek jibda jċedi, trid tagħti kollox speċjalment mental- ment u ma ċċedix. Tiġrija bħal din litteralment iżżarmak u tagħsar minnek dak kollu li għandek. Dan l-aħħar suċċess f'The Grid li kompla jikkonfer- mani bħala l-aqwa trail runner ta' Malta fisser sodisfazzjon kbir li tem- mejt l-istaġun tat-trail running u obstacle course racing b'rebħa oħra. Din tagħmilha r-raba' rebħa minn erba' tiġrijiet li kkompetejt fihom din is- sena f'Malta f'din it-tip ta' dixxiplina fl-atletika. Kuntent li ħarġitli prestazzjoni kif xtaqt fil- ġurnata tat-tiġrija. OCR jittestjak iktar min dixxi- plini oħrajn tal-atletika u trid tkun iffukat mill-bidu sal-aħħar. Żgur li ma kinitx faċli, speċjalment il- press- joni biex inżomm it-titlu ta' champion f'din it-tiġrija għat-tielet sena konsekut- tiva. Sodisfatt ukoll li rajt mijiet ta' parteċipanti kif ukoll il-kompetizzjoni tal- elite wave kulma jmur qed titjieb u tiġi aktar kom- petittiva. Fl-isport tal-ġiri u l- atlelika, hemm formula sempliċi għas-suċċess; iktar ma tittrejnja u tieħu t-taħriġ bis-serjetà, iktar tissaħħaħ u ġġib riżultati tajbin. Apparti hekk, trid tikol tajjeb u tistrieħ biżżejed, u ma jonqosx li tillimita l-ammont ta' ħruġ u sagrifiċċji oħra f'ħajtek biex it-taħriġ jieħu priorità. B'din il-mentalità, ngħix u nitrrejnja kuljum u nirrin- grazzja 'l Alla, ir-riżultati għadhom ġejjin. Meta nara li ilni niġri biss tliet snin, inħossni xxurtjat li diġà qed nikseb riżultati pożitivii kemm f' pajjiżi kif ukoll barra minn xtutna. Inħoss li fejn wasalt s'issa huwa biss biċċa żgħira mill-muntanja li fadalli x'nitla', u fadalli ħafna fejn nista' ntejjeb il-wirja atletika tiegħi. Nirringrazzja minn qalbi lill-isponsors li kulma jmur qed juru iktar interess fl-isport Malti, fosthom Teamsport, Garmin Malta u Phone Refix." Fl-aħħar ta' Ġunju Ryan Farrugia li huwa atleta tat- tim nazzjonali tal-Moun- tain Running, ser ikun qed jirrapreżenta lil Malta fil-European Mountain Running Championshps li se jsiru fil-Maċedonja. Tkanta, timmudella... u teċċella f''The Grid' minn Cristian Antony Muscat Jista' jkun li l-isem ta' Corinna Baldacchino huwa iktar sinon- imu mal-kant u mal-immudellar. Madankollu, f'dawn l-aħħar xhur, han beet teiataiak alhaetiak fejn fieim lk agde hsret sses fit- 0teleia ferm imenjatava u iebad mimlija ostakli ta' The Grid. Hija tatna iktar dettalji: "Ili għal dawn l-aħħar xhur im- mur il-gym kif ukoll training il- HIIT għaliex dan jgħinek kemm fiżikalment kif ukoll mental- ment. Dejjem xtaqt nieħu sehem f'din l-attività ta' The Grid, għaliex kont naf li ma tinvolvix ġiri biss iżda jkun hemm ostakli differenti wkoll. Din is-sena għamilt minn kollox biex insib ftit ħin ta' kuljum għall-isport. Permezz tal-HIIT sessions li attendejt għalihom, kelli ħin biex inrawwem ċertu saħħa u anki ni- dra ċerti metodi u tekniċi sabiex negħleb ċerti sfidi f'The Grid. Sfortunatament, ftit xhur ilu kont weġġajt saqajja u b'hekk ma stajtx nipprattika l-ġiri daqskemm xtaqt matul dawn l-aħħar xhur. Waqt The Grid kien hemm 13-il kilometru b'kollox u kien hemm mumenti fejn ħassejtni għajjiena. Iżda xorta ma ridtx naqta' qalbi u kont de- terminata li nispiċċaha kollha sa- biex fl-aħħar jirnexxieli negħleb l-ostakli kollha anki meta kien hemm ċerti mumenti fejn żammejt pass inqas mgħaġġel. Fil-verità, il-ġiri mhuwiex il- 'forte' tiegħi, iżda mbagħad kont tajba għal ħafna mill-attivitajiet f'The Grid. Nista' ngħid li l- ostakli mhux kollha kienu faċli, iżda ħadt ħafna gost nagħmel l-almu tiegħi biex nagħmilhom. Kif bdejt nisma' li ħa jkollna naqbżu fit-tajn, naqbżu fil-baħar u nitilgħu ħafna ħbula u ħitan tal- injam, iktar kelli motivazzjoni biex nibda din it-tiġrija, għaliex fl-istess ħin hija avventura. Kienet esperjenza unika għaliex irnexxieli nagħmel ċerti affarijiet li qatt ma bsart li kien ħa jirnexx- ieli nagħmel, kif ukoll ħadt pjaċir f'ċerti mumenti naħdem ma' nies bħala tim sabiex flimkien nagħtu l-kuraġġ lil xulxin waqt il-kompetizzjoni. Wara din l-esperjenza, avolja spiċċajt b'naqra tbenġil mhux ħażin, ninsab ċerta li ħa nibqa' nittrejnja sabiex nerġa' nieħu sehem f'The Grid f'Ottubru li ġej. Nixtieq ngħid prosit lill- organizzaturi għaliex tassew kienet organizzata tajjeb u b'mod tassew divertenti. Inħeġġeġ ukoll lil dawk kollha interes- sati biex jippruvawha għax żgur hija esperjenza indimentikabbli u li ġġiegħlek tħossok kburi u sodisfatt." Ritratt - David Axisa Ryan Farrugia -azzjoni waqt 'The Grid' Corinna Baldacchino -azzjoni waqt 'The Grid' Ritratt - Ste De Martino